Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000067/2013

Testi mressqa :

O-000067/2013 (B7-0501/2013)

Dibattiti :

PV 09/10/2013 - 20
CRE 09/10/2013 - 20

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
12 ta' Ġunju 2013
O-000067/2013
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 Suġġett: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-infurzar transkonfinali tal-liġi fl-UE permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Prüm u l-Mudel Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni (EIXM)
 Tweġiba 

Il-Programm ta' Stokkolma u l-Istrateġija għas-Sigurtà Interna sejħu biex ikun hemm aktar koerenza u konsolidament tal-istrumenti u l-għodda differenti li jeżistu fl-UE għall-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi, inkluża d-Deċiżjoni Prüm. Fis-7 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat żewġ Komunikazzjonijiet dwar dan is-suġġett.

1. Meta jitqies il-fatt li d-Deċiżjoni Prüm ġiet adottata skont it-tielet pilastru preċedenti u l-implimentazzjoni tagħha hi nieqsa minn sorveljanza u kontroll demokratiku xieraq fil-livell tal-UE, tista' l-Kummissjoni tindika meta beħsiebha tressaq proposta leġiżlattiva biex id-Deċiżjoni Prüm issir parti mill-qafas legali tat-Trattat ta' Lisbona?

2. Taqbel il-Kummissjoni li għandu jkun hemm dibattitu politiku dwar kif l-aħjar jitfasslu u jintużaw l-istrumenti, il-mezzi u l-għodda eżistenti għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi, filwaqt li jiġu rispettati b'mod sħiħ il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Ġunju 2013Avviż legali