RAPPORT dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

25.2.2009 - (PE-CONS 3719/2008 – C6‑0042/2009 – 2005/0237A(COD)) - ***III

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
'Chairman' tad-delegazzjoni: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
Rapporteur: Luis de Grandes Pascual

Proċedura : 2005/0237A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0097/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

(PE-CONS 3719/2008 – C6‑0042/2009 – 2005/0237A(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3719/2008 – C6‑0042/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill[3],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0828)[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0097/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif xieraq u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 632.
  • [2]  Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0447.
  • [3]  ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11.
  • [4]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

I.1 It-Tielet Pakkett Marittimu

It-Tielet Pakkett Marittimu (magħruf ukoll bħala l-Pakkett Erika III) kien propost mill-Kummissjoni fi tmiem l-2005. Dan il-pakkett kien is-segwitu tal-Pakketti Erika I u Erika II li kienu ġew ippreżentati wara l-inċident tal-Erika tal-1999 'il barra mill-kosta Atlantika Franċiża. Kien ukoll is-segwitu tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21.04.2004 imfassla mill-Kumitat Temporanju dwar it-titjib tas-sikurezza fil-baħar (MARE) li twaqqaf wara l-inċident tal-Prestige fl-2002.

L-għan ġenerali tat-Tielet Pakkett Marittimu hu li jkompli jsaħħaħ il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar is-sikurezza u li jittrasponi strumenti prinċipali internazzjonali fil-liġi Komunitarja. Is-seba' proposti tiegħu għandhom l-għan li jevitaw l-inċidenti (billi jtejbu l-kwalità tal-bnadar Ewropej, jirrevedu l-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll statali tal-portijiet u s-sorveljanza tat-traffiku tal-bastimenti u billi jtejbu r-regoli dwar is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni) u jiżguraw rispons effettiv f'każ ta' inċident (billi jiżviluppaw qafas armonizzat għall-investigazzjoni tal-inċident, jintroduċu regoli dwar kumpens għall-passiġġieri f'każ ta' inċident u billi jintroduċu regoli dwar ir-responsabilità tas-sidien tal-bastiment flimkien ma' skema mandatorja tal-assigurazzjoni).

I.2 Din il-proposta

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni kien li ssaħħaħ ir-regoli u l-istandards komuni tal-UE għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u l-amministrazzjoni marittima relatata tal-attivitajiet tal-vapuri. Il-kompitu ewlieni kien li tkun reveduta l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE imniżżla fid-Direttiva 94/57/KE, b'hekk ikunu regolati organizzazzjonijiet, magħrufa bħala "soċjetajiet ta' klassifikazzjoni", li attwalment huma responsabbli għall-ispezzjoni tal-vapuri u biex jinħarġu l-liċenzji tagħhom.

Il-proposta tal-Kummissjoni ssaħħaħ u tiċċara l-irwol tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-UE, minħabba li kienu rikonoxxuti nuqqasijiet sinifikanti meta qed tkun spezzjonata u ċċertifikata s-sikurezza tal-vapuri. Superviżjoni sew mill-awtoritajiet xierqa għandha tagħti garanzija li dawn l-organizzazzjonijiet, li għandhom il-kompitu li jiżguraw li l-bastimenti fl-ibħra tagħna jikkonformaw mal-istandards internazzjonali relevanti tas-sikurezza u kontra t-tniġġis, jaġixxu b'indipendenza u b'serjetà.

II. Il-proċedura leġiżlattiva qabel il-konċiljazzjoni

II. 1 It-Tielet Pakkett Marittimu fl-ewwel u t-tieni qari

Għall-Parlament il-Pakkett Marittimu kien dejjem jidher bħala pakkett sħiħ u għal din ir-raġuni il-fajls individwali tiegħu kienu dejjem trattati flimkien. L-ewwel qari dwar is-seba' proposti sar f'Marzu/April 2007. Il-Kunsill laħaq ftehimiet politiċi dwar sitta mit-tmin proposti (fajl minnhom kien maqsum f'Direttiva u f'Regolament) waqt il-laqgħat tiegħu f'Ġunju u f'Novembru 2007. Żewġ fajls (dwar l-obbligi tal-bandiera tal-istati u r-responsabilità ċivili), madankollu, baqgħu mblukkati minħabba li l-Istati Membri ma kinux lesti jadottaw din il-leġiżlazzjoni f'livell ta' UE. Tentattiv li sar f'April 2008 biex jiżblokka l-fajls ma kellux suċċess.

L-Istati Membri fittxew li jagħmlu pressjoni fuq il-Parlament biex ikompli l-proċedura leġiżlattiva tas-sitta billi jittrażmetti l-pożizzjonijiet komuni. Il-Parlament eventwalment qabel ma' dan il-metodu sabiex isir progress.

Wara t-tressiq tal-pożizzjonijiet komuni f'Ġunju 2008 il-Parlament madankollu kompla jag mel pressjoni fuq il-Kunsill biex isir progress fiż-żewġ fajls li kien baqa' (magħrufa bħala "it-tnejn in-nieqsa"). Dan sar bl-inkorporazzjoni, permezz ta' emendi, tas-sustanza ta' dawn iż-żewġ fajls f'partijiet tal-fajls leġiżlattivi attivi tal-pakketti.

Negozjati paralleli dwar is-sitt fajls fit-tieni qari ma kellhomx suċċess. Id-destin "tat-tnejn in-nieqsa", kif ukoll diffikultajiet f'xi fajls wasslu għal deċiżjoni li ma jintlaħaqx ftehim fit-tieni qari dwar l-ebda fajl. Fil-plenarja il-Parlament reġa' daħħal l-emendi tal-ewwel qari tiegħu fil-fajls kollha, kif ukoll l-emendi li kienu jinkorporaw "it-tnejn in-nieqsa". Is-sitt fajls sussegwentement marru għal konċiljazzjoni.

II.2. Din il-proposta fl-ewwel u t-tieni qari

Il-Parlament qabel mal-metodu li l-Kummissjoni użat dwar dan il-fajl. Fl-ewwel qari il-Parlament essenzjalment fittex li jiċċara u jtejjeb il-proposta (pereżempju l-irwol tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-Istati, it-twaqqif ta' Kumitat ta' Evalwazzjoni biex jevalwa s-sistemi ta' tmexxija ta' kwalità tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti).

Il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu qabel mal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari u ma kien hemm l-ebda kwistjoni importanti li tifred iż-żewġ istituzzjonijiet fit-tieni qari. Il-bidla ewlenija introdotta mill-Kunsill kienet li l-proposta oriġinali ġiet maqsuma f'żewġ strumenti legali (Direttiva u Regolament), pass li kien aċċettabbli għall-Parlament u għall-Kummissjoni, minħabba li tipprovdi ċarezza legali akbar.

III. Konċiljazzjoni

III. 1 It-Tielet Pakkett Maritimmu fir-rikonċiljazzjoni

Wara l-vot tat-tieni qari tal-24.9.2008 u minħabba r-rieda politika li tkun konkluża r-rikonċiljazzjoni taħt il-Presidenza Franċiża, fis-7.10.2008 twaqqfet malajr delegazzjoni tal-Parlament dwar ir-rikonċiljazzjoni.

B'mod parallel il-pressjoni li għamel il-Parlament fuq il-Kunsill biex isib ftehim dwar "it-tnejn in-nieqsa" bdiet tħalli r-riżultati. Wara laqgħa informali tal-Kunsill li ddiskutiet il-kwistjoni fil-preżenza taċ-Chairperson tat-TRAN Paolo Costa, fid-9.10.2008 ntlaħqu ftehimiet politiċi dwar iż-żewġ fajls.

Il-Parlament u l-Kunsill kellhom żewġ trijalogi (fl-4.11. u fit-2.12) u laqgħa informali dwar l-aktar dossiers diffiċli bi preparazzjoni għall-kumitat ta' konċiljazzjoni tat-8.12 li kkonkluda n-negozjati. Id-delegazzjoni tal-Parlament iltaqgħet darbtjen (5.11. u 3.12.) minbarra l-laqgħat tat-tim ta' negozjati li b'mod eċċezzjonali inkluda - minħabba d-daqs tal-pakkett - lill-koordinaturi tat-TRAN.

Intlaħaq ftehim dwar l-aħħar kwistjonijiet li kien baqa' tad-dossier l-aktar diffiċli (tas-Sur Costa) fit-8.12. F'dik il-lejla l-Parlament ukoll ta lill-Presidenza ittri li jikkonfermaw ir-rieda tiegħu li jikkonkludi minn kmieni l-ftehimiet tat-tieni qari dwar "it-tnejn in-nieqsa" u b'hekk jippermetti lill-Kunsill li jadotta ż-żewġ pożizzjonijiet komuni fil-laqgħa tiegħu tad-9.12.

Fil-kumitat ta' konċiljazzjoni il-Kunsill kien rappreżentat mis-Sur Bussereau, President fil-Kariga tal-Kunsill u Segretarju tal-Istat għat-Trasport ta' Franza. Il-Viċi-President Tajani rrapreżenta l-Kummissjoni. Dan juri għal darb'oħra li, f'każ ta' negozjati li huma ferm diffiċli, l-involviment tal-ogħla livell politiku u d-dinamika ta' lejla ta' konċiljazzjoni tista' tagħmel differenza biex jintlaħaq ftehim.

Ir-riżultat ġenerali ta' konċiljazzjoni kien pożittiv ferm għall-Parlament. Mhux biss "it-tnejn in-nieqsa" kienu konklużi b'mod parallel imma kien hemm diversi titjib fit-testi miftiehma fil-konċiljazzjoni. Dan seħħ prinċipalment minħabba l-qbil bejn il-Membri li ma ppermettewx li xi fajl ikun konkluż mingħajr ma jkun hemm ftehim ġenerali fuq kull wieħed minnhom.

Iċ-ċirkustanzi speċjali tal-Pakkett Marittimu wrew, madankollu, li mhix is-sitwazzjoni ideali li l-istess Presidenza tkun responsabbli għan-negozjati fit-tieni u t-tielet qari. Fil-Coreper, deher ferm diffiċli għall-Presidenza li tikkonvinċi lill-Istati Membri li jagħmlu sforz ieħor minħabba li n-negozjati kienu ilhom għaddejjin għal wisq żmien. Għall-Parlament, fuq in-naħa l-oħra, inbdiet fażi kompletament ġdida bir-rikonċiljazzjoni, imma fil-Kunsill, bl-istess Presidenza, din kienet meqjusa bħala kontinwazzjoni tal-istess fażi.

III.2 Din il-proposta fil-konċiljazzjoni

In-negozjati dwar dan il-fajl fil-konċiljazzjoni kienu ffinalizzati fil-livell ta' laqgħat trijalogali, qabel il-laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni, li ttrattat biss mal-bqija tal-fajl miftuħ. Il-punti ewlenin tal-ftehima jista' jinġabar kif indikat hawn taħt:

· Protezzjoni ġudizzjarja ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti: L-irwol ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti meta jaġixxu f'isem l-Istati Membri ġie ċċarata bl-inklużjoni ta' premessa ġdida.

· Irtirar jew rifjut ta' awtorizzazzjoni: Il-proċedura, li permezz tagħha Stat Membru jista' jirrifjuta jew jirtira awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta, saret ċar.

V. Konklużjoni

Il-ftehima milħuqa fit-tmiem tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni tinkludi l-punti ewlenin fl-emendi adottati mill-Parlament fit-tieni qari. Bi qbil ma’ dan, id-delegazzjoni tirrakkomanda li l-Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.

PROĊEDURA

Titolu

Joint text approved by the Conciliation Committee for a directive of the European Parliament and of the Council on common rules and standards for ship inspection and survey organisations and for the relevant activities of maritime administrations (recast)

Referenzi

(PE-CONS 3719/2008 – C6‑0042/2009 – 2005/0237A(COD)

Chairperson tad-delegazzjoni: Viċi-chairperson

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

Kumitat responsabbli

  Chairperson

TRAN

Paolo Costa

Rapporteur(s)

Luis de Grandes Pascual

 

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0587

Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P

25.4.2007

P6_TA(2007)0150

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5724/2/2008 – C5-0222/2008

19.6.2008

Pożizzjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż)

COM(2008)0370

Data tat-2 qari tal-PE - Numru P

24.9.2008

P6-TA(2008)0447

Opinjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c))

COM(2008)0828

Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari

10.10.2008

Data ta' l-ittra tal-Kunsill dwar ir-rifjut ta' l-emendi tal-PE

27.11.2008

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

8.12.2008

 

 

 

Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE

8.12.2008

Riżultat tal-votazzjoni

+:

-:

0:

14

0

0

Membri preżenti

Paolo Costa, Emanuel Jardim Fernandes, Luis de Grandes Pascual, Georg Jarzembowski, Anne E. Jensen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Rosa Miguélez Ramos, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Dominique Vlasto, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti

Inés Ayala Sender, Renate Sommer

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tal-qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

8.12.2008

Qbil permezz ta' skambju ta' ittri

 

 

Data ta' meta l-ko-chairpersons stabbilixxew illi t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill

3.2.2008

Data tat-tressiq 

25.2.2008

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

ESTENSJONI TAl-PERJODI TA' SKADENZA

Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill

0.0.0000

Skadenza għas-sejħa tal-kumitat

Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

0.0.0000[Council] – 0.0.0000

 

Skadenza għax-xogħol fil-kumitat

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

3.2.2009[Parliament] – 19.1.2009

 

Skadenza għall-adozzjoni ta' l-att

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

0.0.0000[Council] – 0.0.0000