Proċedura : 2009/2083(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0021/2009

Testi mressqa :

A7-0021/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/10/2009 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0026

RAPPORT     
PDF 157kWORD 98k
7 t'Ottubru 2009
PE 428.033v01-00 A7-0021/2009

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod

(COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Reimer Böge

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 L-OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 PROĊEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod

(COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0445 – C7-0122/2009 ),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0021/2009),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ xxx Settembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1), u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni(3),

Billi:

(1)      L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il "Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)      Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)      Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)      L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, fir-rigward ta’ diżastru li sar kawża ta' terremot,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 493,771,159 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

              ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

(2)

              ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(3)

              ĠU C […], […], p. […]


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Fond Ewropew għas-Solidarjetà jiġi mmobilizzat favur l-Italja fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Il-Ftehima Interistituzzjonali tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun. Din hija t-tielet proposta biex jiġi mmobilizzat il-Fond fl-2009. Fl-2009, diġà ġew allokati EUR 121.2 miljun għall-applikazzjoni tar-Rumanija u ta’ Franza, u b’hekk jibqa’ disponibbli l-ammont ta’ EUR 878.8 miljun.

B’mod parallel ma' din il-proposta, il-Kummissjoni ppreżentat baġit preliminari li jemenda (PDAB Nru 9 / 2009 tat-28 ta' Awwissu 2009) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2009 l-approprjazzjonijiet korrispondenti kemm dawk għall-impenji u kemm dawk għall-ħlasijiet kif previst fil-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali.

Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-EUSF bħala l-unika kwistjoni fil-PDAB 9/2009, bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2008.

L-Italja applikat għall-għajnuna tal-Fond wara terremot li, f’April 2009, laqat ir-reġjun Taljan ta’ Abruzzo li ħalla warajh 300 persuna mejta u kkawża ħsarat estremament sinifikanti.

Il-ħsara diretta totali kkawżata mit-terremot, kif stmata mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tammonta għal EUR 10.212 biljun. Għalhekk id-diżastru kien ikkwalifikat bħala "diżastru kbir naturali" u jaqa' fil-kamp ewlieni ta' applikazzjoni tal-bażi legali.

Wara li ġie vverifikat li din l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji ta' eliġibilità tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont totali ta' EUR 493,771,159 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Skont l-istat tad-disponibilità tal-fondi fil-31 ta’ Mejju 2009 (Nota ta' Twissija għall-Previżjoni tal-Baġit tat-18 ta' Ġunju 2009), il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li jintuża mill-ġdid l-ammont ta' EUR 493,771,159 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-oqsma ta’ politika li ġejjin: 05 L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, 07 L-Ambjent, 08 Ir-Riċerka u 11 Is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi.

Figuri - Fond ta' Solidarjetà

Artikolu Punt

Intestatura

FF

Approprjazzjonijiet 2009

Baġit li jemenda Nru 9

Ammont ġdid

CA

PA

CA

PA

CA

PA

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

 

 

 

 

 

 

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

3.2

121 162 542

121 162 542

493 771 159

493 771 159

614 933 701

614 933 701

 

Artikolu 13 06 01

 

121 162 542

121 162 542

493 771 159

493 771 159

614 933 701

614 933 701

Skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, meta tkun qed tippreżenta din il-proposta biex tuża l-Fond, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura tat-trilogu ssimplifikata bil-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ friegħi tal-Awtorità Baġitarja dwar il-ħtieġa li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.

Skont ftehima interna mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI), dan il-kumitat għandu jiġi assoċjat fil-proċess, sabiex jingħata appoġġ u kontribut kostruttivi għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.

Wara l-evalwazzjoni tat-talbiet, il-kumitat REGI tal-Parlament Ewropew ta l-opinjonijiet tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif hemm imfisser fl-opinjoni mehmuża mar-rapport preżenti.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.


L-OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Alain Lamassoure

President

Kumitat għall-Baġits

Suġġett: Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE favur l-Italja (COM(2009)445 Finali)

Għażiż Sur Lamassoure,

Sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta' din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits għandu ħsieb li jadotta malajr kemm jista' jkun, għandi pjaċir ninfurmak li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali m'għandu l-ebda oġġezzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà sabiex tkun ipprovduta s-somma ta' EUR 493,771,159 lill-Italja kif propost mill-Kummissjoni Ewropea u bi qbil mar-regoli mniżżla fil-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fir-Regolament Nru 2012/2002.

Dejjem tiegħek,

Danuta Hübner


PROĊEDURA

Titolu

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod

Referenzi

COM(2009)0445– C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG14.9.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI14.9.2009

 

 

 

 

Rapporteur(s)Data tat-tħabbir

Reimer Böge

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

2.09.2009

5.10.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.10.2009

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, László Surján, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni La Via, Derek Vaughan

 

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

7.10.2009

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

Aġġornata l-aħħar: 7 t'Ottubru 2009Avviż legali