RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid)

19.10.2011 - (COM(2010)0475 – C7‑0268/2010 – 2010/0253(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Debora Serracchiani
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2010/0253(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0367/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid)

(COM(2010)0475 – C7‑0268/2010 – 2010/0253(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0475),

   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0268/2010),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 u l-protokoll Nru 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali (SIĠ);

   wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju[1],

   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, li tafferma li abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-16 ta' Marzu 2011[2],

   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tat-28 ta' Jannar 2011[3],

   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[4],

   wara li kkunsidra l-ittra tal-26 ta' Mejju 2011 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0367/2011),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi l-ebda emenda sustantiva ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a ġdida

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-sehem tas-settur tal-ferroviji fit-trasport ma kienx qed jiżdied tul l-aħħar għaxar snin, kontra l-għanijiet tal-pakkett ferrovjarju 2001, u dan juri l-bżonn ta' aktar titjib tal-leġiżlazzjoni attwali għall-appoġġ tas-settur. Għalhekk, din ir-riorganizzazzjoni hija essenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju mill-adozzjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju ma laħaqx l-aspettattivi ta' rkupru tas-settur. Pereżempju bejn l-1996 u l-2008 s-sehem modali tal-merkanzija ferrovjarja naqas bejn 2 u 10.6 %, waqt li l-ġarr tal-merkanzija bit-triq żdied minn 42.1 sa 45.9 %. L-UE meħtieġa ttejjeb b'mod urġenti l-leġiżlazzjoni tagħha biex tappoġġa l-ferroviji, tevita l-konġestjoni ulterjuri fit-toroq u ttejjeb is-sitwazzjoni ambjentali tagħha.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Id-diversi proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri juru biċ-ċar li l-leġiżlazzjoni attwali tagħti lok għal differenzi fl-interpretazzjoni u li jeħtieġ kjarifika u titjib tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju biex jiġi żgurat il-ftuħ ġenwin tas-suq ferrovjarju Ewropew.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) L-investiment fl-iżvilupp u ż-żamma tal-infrastrattura ferrovjarja jibqa' ma jkunx biżżejjed sabiex jiżgura l-iżvilupp u l-kapaċità tas-settur biex dan ikun kompetittiv.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' investiment huwa problema kruċjali li r-riforma se jkollha tittratta.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d) Dawk id-Direttivi li flimkien jagħmlu l-Ewwel Pakkett Ferrovjarju ma evitawx varjazzjoni konsiderevoli fl-istruttura u l-livell ta' spiża għall-infrastruttura tal-ferroviji u l-forma u t-tul tal-proċessi ta' allokazzjoni ta' kapaċità;

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż għall-infrastruttura u l-mod li bih jiġu kkalkolati għadhom ivarjaw ħafna fl-UE kollha. Dan jikkomplika ħafna t-trasport internazzjonali bil-ferroviji. L-istess jgħodd għall-allokazzjoni tal-passaġġi għall-ferroviji. Il-leġiżlazzjoni attwali jeħtieġ aktar titjib.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e) Kundizzjonijiet tas-suq li ma jkunux trasparenti huma ostaklu ovvju għal servizzi ferrovjarji kompetittivi.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' trasparenza huwa ostaklu għad-dħul fis-suq ta' impriżi ġodda li jistgħu joħolqu settur ferrovjarju aktar kompetittiv.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-koeżistenza, fi ħdan l-Istati Membri, ta' diversi skemi tas-sigurtà soċjali fis-settur ferrovjarju tippreżenta r-riskju ta' kompetizzjoni inġusta bejn operaturi ferrovjarji ġodda u operaturi ferrovjarji antiki, u tħeġġeġ armonizzazzjoni, filwaqt li tħares l-ispeċifiċitajiet tas-settur u tal-Istati Membri.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Għandu jiġi żgurat li l-korpi regolatorji se jwettqu d-dmirijiet ta' monitoraġġ tagħhom, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-imposti xierqa u l-konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-kontijiet.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' forniment ta' tali garanziji huwa wieħed mill-ostakli għal settur ferrovjarju kompetittiv.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 3 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Sabiex tiġi kkompletata ż-żona ferrovjarja Ewropea, jeħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà sħiħa tas-sistema ferrovjarja fil-livell Ewropew. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tiġi assenjata s-setgħat u r-riżorsi xierqa sabiex tilħaq dan l-għan b'mod aktar rapidu, inter alia fir-rigward tal-iżvilupp tal-istandards komuni għaċ-ċertifikazzjoni tar-rolling stock u s-sikurezza u s-sistemi ta' senjalar.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Is-servizzi reġjonali, urbani u suburbani kif ukoll l-attivitajiet ta' trasport fil-forma ta' shuttle serviċes fiċ-Channel Tunnel għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(4) Is-servizzi reġjonali, urbani u suburbani kif ukoll l-attivitajiet ta' trasport fil-forma ta' shuttle serviċes fiċ-Channel Tunnel għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ferroviji antiki u tradizzjonali li jivvjaġġaw fuq il-binarji tagħhom għandhom ukoll ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex ikun żgurat li l-iżvilupp fil-ġejjieni u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-infrastruttura. Minħabba din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati.

(6) Biex ikun żgurat li l-iżvilupp fil-ġejjieni u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-infrastruttura. Minħabba din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati, li jiggarantixxu t-trasparenza li tiżgura li l-ebda fondi pubbliċi ma jingħataw b'mod alternattiv għal attivitajiet kummerċjali oħra;

Ġustifikazzjoni

Dan huwa l-uniku mod ta' kif tista' tiġi żgurata t-trasparenza meħtieġa għal suq aktar kompetittiv u aċċessibbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Għandha tiġi żgurata s-separazzjoni stretta tal-kontijiet bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja. Il-fondi pubbliċi allokati għal wieħed mill-oqsma tal-attività ma għandhomx jiġu trasferiti lejn qasam ieħor tal-attività. Din il-projbizzjoni għandha tintwera b'mod ċar fir-regoli tal-kontabbiltà ta' kull qasam ta' attività. L-Istat Membru u l-korp regolatorju nazzjonali għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi ta' din il-projbizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa ta' aktar trasparenza dwar il-flussi tal-flus pubbliċi bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Hi x'inhi n-natura t-tip ta' impriża, l-operaturi ferrovjarji kollha jridu jirrispettaw il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien soċjali u s-saħħa biex b'hekk jevitaw il-prattika ta' dumping soċjali u ta' kompetizzjoni inġusta.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju ma għandhiex titwettaq askapitu tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali tal-ħaddiema. Il-ħarsien tal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-ħarsien soċjali u tas-saħħa għandu jiġi żgurat għall-operaturi kollha, hu x'inhu l-mudell ta' kummerċ tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 6 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Sabiex it-trasport bil-ferrovija jkun kompetittiv meta mqabbel mat-trasport bit-triq, għandhom ikunu standardizzati d-diversi regolamenti nazzjonali, bħalma huma d-dispożizzjonijiet tas-sikurezza għas-settur ferrovjarju, l-istandardizzazzjoni u t-trattament tad-dokumenti ta' akkumpanjament, ir-regoli għall-formazzjoni tal-ferrovija u d-dokumentazzjoni rilevanti relatata magħhom, l-istandardizzazzjoni tas-sinjali u tal-identifikazzjoni rigward it-tmexxija tal-ferrovija, l-istandardizzazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli għat-trasport tal-merkanzija perikoluża u r-reġistrazzjoni u l-kontrolli uniċi għat-trasport tal-iskart;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-Unjoni għandha tesplora sorsi alternattivi ta' finanzjament għal proġetti ferrovjarji Ewropej permezz ta' strumenti finanzjarji innovattivi, bħal projetct bonds tal-Unjoni, biex tinkoraġġixxi l-investiment privat u biex ittejjeb l-aċċess għall-kapital ta' riskju. Bl-istess mod, is-suq ferrovjarju għandu jkun attraenti għal investituri privati alternattivi permezz ta' oqfsa ġuridiċi trasparenti u ċari;

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' finanzjament huwa wieħed mir-raġunijiet prinċipali għas-sitwazzjoni diffiċli tal-ferroviji Ewropej. Jeħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji alternattivi u s-sorsi ta' finanzjament. B'mod partikolari jrid jiżdied il-finanzjament tal-infrastruttura. L-Istati Membri li jallokaw finanzjament għall-infrastruttura tagħhom għandhom jingħataw ukoll il-garanzija li dawn il-flus ma jintużawx għal raġunijiet oħra għajr għal skopijiet purament ta' infrastruttura.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 10 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) L-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu kapaċi jiffinanzjaw l-investiment tal-infrastruttura permezz ta' mezzi oħra għajr finanzjament dirett mill-Istat bħal finanzjament mis-settur privat;

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li ssir referenza għall-possibbiltà li l-maniġers tal-infrastruttura jiġu stabbiliti jew joperaw permezz ta' mudelli ta' finanzjament alternattiv li minnhom jistgħu jiksbu finanzjament privat. Dan huwa essenzjali biex jiġu salvagwardjati l-mekkaniżmi ta' finanzjament eżistenti fi Stati Membri.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Settur effiċjenti tal-merkanzija, speċjalment tul il-fruntieri, jeħtieġ azzjoni biex jinfetaħ is-suq.

(11) Settur effiċjenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija, speċjalment tul il-fruntieri u b'mod partikolari fil-każijiet fejn il-wisa' bejn il-binarji għadha tirrappreżenta ostaklu fiżiku għall-kompetizzjoni, jeħtieġ azzjoni urġenti biex jinfetħu s-swieq fl-Istati Membri individwali u biex tiġi ġenerata l-kompetittività.

Ġustifikazzjoni

Il-wisa' differenti bejn il-binarji bejn Franza u Spanja pereżempju hija ostaklu konkret u fiżiku għall-kompetizzjoni li jkompli jżid mal-ostakli regolatorji li huma diġà ħafna fis-settur ferrovjarju. Is-settur tat-trasport ferrovjarju huwa wieħed mill-ftit setturi fejn is-suq uniku għadu ma ġiex stabbilit. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-proċess ta' ftuħ tas-suq jiġi estiż għal-liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju nazzjonali. L-effiċjenza tirrikjedi suq kompetittiv.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-introduzzjoni ta' servizzi ġodda internazzjonali tal-passiġġieri b'aċċess miftuħ u b'waqfiet intermedji ma għandhiex tintuża biex jinfetaħ is-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, iżda għandha sempliċiment tkun iffukata fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. L-iskop prinċipali tas-servizzi l-ġodda għandu jkun li jinġarru passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Meta ssir il-valutazzjoni dwar jekk dak huwiex l-iskop prinċipali tas-servizz għandhom jitqiesu kriterji bħall-proporzjon ta' turnover, u ta' volum, li ġej mit-trasport ta' passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Il-valutazzjoni tal-iskop ewlieni tas-servizz trid titwettaq mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata.

(14) L-introduzzjoni ta' servizzi ġodda internazzjonali tal-passiġġieri b'aċċess miftuħ u b'waqfiet intermedji għandha tiffoka fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. L-iskop prinċipali tas-servizzi bħal dawn għandu jkun li jinġarru passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Meta ssir il-valutazzjoni dwar jekk dak huwiex l-iskop prinċipali tas-servizz għandhom jitqiesu kriterji bħall-proporzjon ta' turnover, u ta' volum, li ġej mit-trasport ta' passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Il-valutazzjoni tal-iskop ewlieni tas-servizz trid titwettaq mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tagħmel it-test iktar miftuħ u taġġornah.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Ir-Regolament KE Nru 1370/2007 jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jżommu d-drittijiet soċjali tagħhom, fil-qafas tas-separazzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u l-immaniġġjar tal-infrastruttura, fatt li jista' jimplika trasferiment ta' impriża;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-ftuħ ta' servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, għal kompetizzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' dawn il-kuntratti ta' servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva abbażi tal-analiżi ekonomika objettiva, wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratti ta' servizz pubbliku.

(16) Il-ftuħ ta' servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, għal kompetizzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' dawn il-kuntratti ta' servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 u, f'każ ta' bżonn, in-netwerk ta' korpi regolatorji kif stipulat fl-Artikolu 57 ta' din id-Direttiva abbażi tal-analiżi ekonomika objettiva, wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratti ta' servizz pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni dwar is-servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri. Għandha wkoll l-għan li tippermetti li n-netwerk ta' korpi regolatorji jintervieni jekk ikun meħtieġ.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-iżviluppi fis-suq urew li t-tisħiħ tar-rwol tal-korpi regolatorji huwa tħassib kruċjali. Jekk dawn iridu jiżvolġu rwol kruċjali fil-garanzija ta' ambjent ġust b'kundizzjonijiet indaqs fir-rigward tal-aċċess, jeħtieġ li jirċievu l-mezzi finanzjarji kif ukoll persunal u tagħmir loġistiku xierqa biex iwettqu dan ir-rwol;

Emenda  21

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Premessa 18 b (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

(18b) billi l-korp regolatorju nazzjonali għandu jkun awtorità regolatorja indipendenti, li tkun dotata b'setgħat ta' inizjattiva proprja u ta' investigazzjoni u tkun kapaċi tagħti opinjonijiet u tieħu deċiżjonijiet infurzabbli, biex b'hekk jiġi żgurat suq miftuħ, mingħajr fruntieri u li fi ħdanu jingħata lok għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta;

Emenda   22

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta' interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt kunsiderazzjoni. Il-kompetenza tal-korp regolatorju għandha tkun estiża biex tippermetti l-valutazzjoni tal-iskop tas-servizz internazzjonali u, fejn hu xieraq, l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti.

(19) Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta' interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt kunsiderazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-għażla ta' dan il-korp iffinanzjat mill-baġit nazzjonali jew mill-imposti fuq is-settur ferrovjali u għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti. Il-kompetenza tal-korp regolatorju għandha tkun estiża biex tippermetti l-valutazzjoni tal-iskop tas-servizz internazzjonali u, fejn hu xieraq, l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti;

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva toħloq korp regolatorju indipendenti, iżda ma ssemmi l-ebda finanzjament tiegħu. Jeħtieġ li t-trasparenza teħtieġ li tiġi introdotta referenza speċifika għal sors possibbli ta' finanzjament, li jista' jkun fondi pubbliċi jew imposti fuq is-settur. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-korp regolatorju nazzjonali għandu jkun kompletament indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament, fl-istruttura ġuridika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu minn kwalunkwe maniġer tal-infrastruttura, korp responsabbli mill-imposti, korp tal-allokazzjoni jew applikant. Il-korp regolatorju nazzjonali għandu jkollu l-kapaċità amministrattiva meħtieġa f'termini ta' persunal u riżorsi li jiżguraw suq ferrovjarju miftuħ u trasparenti. Il-livell meħtieġ ta' persunal għandu jkun marbut direttament mal-ħtiġijiet tas-suq u għandu jvarja kif suppost. Ikun jeħtieġ li l-korp jieħu deċiżjoni dwar kwalunkwe lmenti, jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu, jinvestiga każijiet ta' tilwim u jissorvelja l-iżvilupp tas-suq. Għandu jkun appoġġat minn dipartiment regolatorju tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-korp regolatorju nazzjonali għandu jżomm bażi tad-data bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet tiegħu aċċessibbli għall-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija konformi mal-emendi proposti għall-Artikoli 55-57 li jimmiraw li jsaħħu r-rwol u l-poteri tal-korp regolatorju. Din il-proposta qed issir biex jitwaqqaf dipartiment regolatorju fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea (DĠ Mobbiltà u Trasport, DĠ Kompetizzjoni, idealment taħlita tat-tnejn) biex jagħti pariri, gwida u taħriġ lill-korpi regolatorji nazzjonali fix-xogħol tagħhom u biex jiksbu r-riżorsi meħtieġa (umani, finanzjarji, intellettwali).

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom.

(21) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni, joħolqu netwerk biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom permezz tal-iżvilupp ta' prinċipji komuni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-informazzjoni. Huma għandhom ukoll, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw fil-livell Ewropew linji gwida komuni bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija konformi mal-emendi proposti għall-Artikoli 55-57 li jimmiraw li jsaħħu r-rwol u l-poteri tal-korp regolatorju i l-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji nazzjonali.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom.

(21) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajba u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom. Fuq il-bażi tal-esperjenza ta' dak in-netwerk ta' korpi regolatorji, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva għat-twaqqif ta' korp regolatorju Ewropew;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz. Minħabba din is-sitwazzjoni, huwa meħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet jiġu mmaniġġjati b'mod indipendenti minn xulxin f'entitajiet legalment distinti. Tali indipendenza ma għandhiex timplika l-istabbiliment ta' korp jew kumpanija separata għal kull faċilità tas-servizz.

(22) Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji, il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz għandhom jitmexxew b'mod trasparenti u nondiskriminatorju. Il-korp regolatorju għandu l-kompitu li jara li dan l-immaniġġjar trasparenti u nondiskriminatorju jsir skont il-proċeduri definiti f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Is-separazzjoni totali tas-servizzi tat-trasport mhux bilfors se twassal għal kompetizzjoni ġusta bejn dawn l-attivitajiet. Għall-kuntrarju, din is-separazzjoni se twassal għal aktar spejjeż fuq livell organizzattiv, għal żieda fil-burokrazija u fl-ispejjeż amministrattivi. Dan se jikkawża konsegwenzi negattivi għall-kompetittività fis-settur ferrovjarju meta mqabbel ma' metodi oħrajn ta' trasport.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Biex ikunu żgurati servizzi adegwati u li wieħed joqgħod fuqhom, jeħtieġ li jkun żgurat li , f'kull ħin, l-impriżi ferrovjarji josservaw ċerti rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja tajba u kompetenza professjonali.

(23) Biex ikunu żgurati servizzi adegwati u li wieħed joqgħod fuqhom, jeħtieġ li jkun żgurat li, f'kull ħin, l-impriżi ferrovjarji josservaw ċerti rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja tajba, standards soċjali u kompetenza professjonali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għall-protezzjoni tal-konsumaturi u terzi persuni kkonċernati, huwa importanti li jkun żgurat li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati biżżejjed kontra r-responsabbiltà.

(24) Għall-protezzjoni tal-konsumaturi u terzi persuni kkonċernati, huwa essenzjali li jkun żgurat li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati biżżejjed kontra r-responsabbiltà. Il-kopertura tar-responsabbiltà tagħhom f'każ ta' inċidenti permezz ta' garanziji provduti minn banek jew impriżi oħra għandha tkun permessa wkoll, sakemm din il-kopertura tiġi offruta bil-kundizzjonijiet tas-suq, ma tirriżultax f'għajnuna mill-Istat u ma jkunx fiha elementi ta' diskriminazzjoni kontra impriżi ferrovjarji oħrajn;

Ġustifikazzjoni

L-impriżi ferrovjarji għandu jkollhom il-libertà li japplikaw diversi għażliet proporzjonati għar-responsabbiltà ċivili, peress li hemm diversi livelli ta' riskji f'nertwerks ferrovjarji differenti. F'bosta għażliet tal-Istati Membri bħall-adegwatezza tal-kapital proprju jew il-garanziji bankarji jiġu użati b'suċċess għall-kopertura tar-responsabbiltà ċivili.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-forniment ta' servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f'sikurezza kompleta u b'rigward xieraq għas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq witat speċifiċi ta' binarji.

(25) Kull impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva regoli kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni dwar il-forniment ta' servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f'sikurezza kompleta u b'rigward sħiħ għall-obbligi eżistenti fl-oqsma tal-kundizzjonijiet soċjali, is-saħħa u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq witat speċifiċi ta' binarji.

Ġustifikazzjoni

L-impriżi ferrovjarji għandhom jirrispettaw u jissodisfaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-saħħa, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet soċjali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-forniment ta' servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f'sikurezza kompleta u b'rigward xieraq għas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq witat speċifiċi ta' binarji.

(25) Impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-forniment ta' servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f'sikurezza kompleta u b'rigward xieraq għas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq il-witat kollha ta' binarji.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ovvju li l-kundizzjonijiet imsemmija jeħtieġ li jiġu sodisfatti fil-każijiet kollha.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Ħafna drabi, l-għoti tal-liċenzji għar-rolling stock tal-impriżi ferrovjarji għadu jiġi ostakolat mingħajr ġustifikazzjoni u dan ifixkel l-aċċess għas-suq. Għalhekk, huwa xieraq li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea jkollha mandat b'saħħtu f'dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni hija mitluba, bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, biex tistudja jekk il-mandat tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea jistax jiġi estiż.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex dejjem faċli għall-impriżi ferrovjarji jiksbu aċċess għas-swieq ferrovjarji ta' Stat Membru. Bħala parti mir-reviżjoni ppjanata tar-Regolament li jirregola l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, l-Aġenzija għandha tingħata setgħat akbar biex tissorvelja, b'mod aktar strett, l-imġiba tal-Istati Membri li indirettament jimblukkaw l-aċċess għas-suq permezz tal-politiki tagħhom dwar l-għoti ta' liċenzji u biex tieħu azzjoni kontra tali mġiba. Għandha tiġi inkluża wkoll talba lill-Kummissjoni biex tistudja din il-possibbiltà.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja għall-impriżi kollha ferrovjarji, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

(27) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja għall-impriżi kollha ferrovjarji, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk, inklużi formati li huma aċċessibbli għal nies b'diżabbiltà jew b'mobilità mnaqqsa;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, għall-fini ta' konsistenza mad-deċiżjonijiet adottati skont inizjattivi oħra, li tiġi żgurata aċċessibbiltà f'ħafna formati u għalhekk jiġi evitat kull tip ta' diskriminazzjoni kontra n-nies b'diżabbiltà.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Kull skema għall-impożizzjoni tal-piżijiet tibgħat sinjali ekonomiċi lill-utenti. Huwa importanti li dawk is-sinjali lill-impriżi ferrovjarji jkunu konsistenti u jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzjonali.

(35) Kull skema għall-impożizzjoni tal-piżijiet tibgħat sinjali ekonomiċi lill-utenti. Huwa importanti li dawk is-sinjali lill-impriżi ferrovjarji jkunu konsistenti u ċari u jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzjonali u sostenibbli;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 40 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40 a) L-applikanti li joffru servizzi ta' tagħbija fuq vagun wieħed għandhom jiġu promossi sabiex jitkabbar is-suq potenzjali għal klijenti ġodda tas-settur ferrovjarju. Għaldaqstant huwa importanti li dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati mill-maniġer tal-infrastruttura meta jagħti l-kapaċità biex jippermettilhom jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dan il-qafas ġuridiku u li jkabbar is-sehem tas-suq ferrovjarju għal setturi ġodda;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Huwa importanti li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-iskemi tal-allokazzjoni sabiex tittejjeb l-attrazzjoni tal-ferroviji għat-traffiku li juża' n-netwerk ta' iktar minn maniġer tal-infrastruttura wieħed, b'mod partikolari għat-traffiku internazzjonali.

(50) Huwa importanti li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-iskemi tal-allokazzjoni sabiex tittejjeb l-attrazzjoni tal-ferroviji għat-traffiku li juża' n-netwerk ta' iktar minn maniġer tal-infrastruttura wieħed, b'mod partikolari għat-traffiku internazzjonali. F'dan il-kuntest, jidher li hemm ix-xewqa li eventwalment jinħoloq korp regolatorju Ewropew;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-interess li eventwalment jinħoloq korp regolatorju Ewropew.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Investiment fl-infrastruttura ferrovjarja huwa meħtieġ u l-iskemi għat-tqegħid tal-piżijiet fuq l-infrastruttura għandhom jipprovdu inċentivi għall-maniġers tal-infrastruttura biex iwettqu investimenti ekonomikament ta' attrazzjoni.

(53) Iżjed investiment fl-infrastruttura ferrovjarja - b'mod partikolari fl-infrastruttura eżistenti - huwa meħtieġ u l-iskemi għat-tqegħid tal-piżijiet fuq l-infrastruttura għandhom jipprovdu inċentivi għall-maniġers tal-infrastruttura biex iwettqu investimenti ekonomikament ta' attrazzjoni u li huma ambjentalment sostenibbli;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 58 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a) Bl-għan li jiżdied il-proporzjon ta' merkanzija u passiġġieri trasportati bil-ferroviji fir-rigward ta' mezzi oħra ta' trasport, huwa mixtieq li, meta jkunu qed jiġu internalizzati spejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposti divrenzjati ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-bilanċ finanzjarju tal-maniġer tal-infrastruttura. Jekk il-maniġer tal-infrastruttura, minkejja dan, iġarrab telf minħabba dan id-divrenzjar, huwa rakkomandabbli li l-Istati Membri jaġġustaw din id-differenza, skont ir-regoli dwar l-għajnuna tal-Istat;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) L-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju għandu jinkiseb bl-użu fost oħrajn tal-istrumenti tal-Unjoni disponibbli, mingħajr preġudizzju għal prijoritajiet diġà stabbiliti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-ispirtu ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' leġġibbiltà aħjar tagħha għaċ-ċittadin Ewropew, tista' titħassar parti konsiderevoli mill-premessi.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Huwa mixtieq għal impriżi tal-ferroviji u l-amministratur ta' l-infrastruttura li jiġu pprovduti b'inċentivi biex jiġi mminimizzat id-disturb tan-network.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-ispirtu ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' leġġibbiltà aħjar tagħha għaċ-ċittadin Ewropew, tista' titħassar parti konsiderevoli mill-premessi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) L-allokazzjoni tal-kapaċità hija assoċjata ma' spiża għall-maniġer tal-infrastruttura, li għandu jkun meħtieġ ħlas għaliha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-ispirtu ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' leġġibbiltà aħjar tagħha għaċ-ċittadin Ewropew, tista' titħassar parti konsiderevoli mill-premessi.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63) L-immaniġġjar effiċjenti u ġust u l-użu nondiskriminatorju tal-infrastruttura ferrovjarja jeħtieġu l-istabbiliment ta' korp regolatorju li jissorvelja l-applikazzjoni tar- regoli stabbiliti f'din id-Direttiva li jaġixxi bħala korp ta' appell, minkejja l-possibbiltà ta' analiżi ġudizzjarja.

(63) L-immaniġġjar effiċjenti u ġust u l-użu nondiskriminatorju tal-infrastruttura ferrovjarja jeħtieġu l-istabbiliment ta' korpi regolatorji nazzjonali li jissorveljaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva li jaġixxu bħala korp ta' appell, minkejja l-possibbiltà ta' analiżi ġudizzjarja.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel it-test aktar ċar.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadatta l-Annessi għal din id-Direttiva. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati bħala atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat.

(65) Sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' ċerta informazzjoni għall-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju, biex ikunu ddefiniti ċerti dettalji tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, biex ikunu ddefiniti l-ispejjeż diretti ta' servizz tal-ferrovija, biex ikunu ddefiniti ċerti kriterji għal ħlasijiet għall-infrastruttura differenzjata skont l-istorbju, biex ikunu ddefiniti ċerti kriterji għat-tnaqqis temporanju għall-ETCS, biex ikunu ddefiniti ċerti kriterji ta' skema ta' prestazzjoni, biex ikunu stipulati d-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-istabbiliment tar-rekwiżiti rigward l-applikanti, biex tkun iddefinita l-iskeda għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità, biex ikunu ddefiniti d-dettalji tal-kontijiet regolatorji li għandhom ikunu pprovduti lill-korp regolatorju u jkunu żviluppati kriterji u prattiki komuni tal-korpi regolatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet skont din id-Direttiva, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti bħala kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ tas-suq, ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, ċerti prinċipji tal-piżijiet, it-tnaqqis temporanju għall-ETCS, ċerti elementi tal-iskema tal-prestazzjoni, il-kriterji li għandhom jiġu segwiti għar-rekwiżiti rigward l-applikanti għall-infrastruttura, l-iskeda għall-proċess ta' allokazzjoni, il-kontijiet regolatorji u l-prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet żviluppati mill-korpi regolatorji ta' din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tagħti qafas aktar strett għad-delega ta' setgħat lill-Kummissjoni rigward il-modifika ta' elementi mhux essenzjali tad-Direttiva għal żmien limitat. Dan it-test huwa konformi mal-fehim interistituzzjonali komuni tal-2011.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta'Ġunju 1999 li tistabbiliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni[5].

 

(66) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 10(2), 11(4), 14(2) u 17(5) ta' din id-Direttiva għandhom ikunu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi referenza għar-Regolament il-ġdid dwar l-atti ta' implimentazzjonii li daħal fis-seħħ reċentement.

Emenda          44

Proposta għal direttiva

Premessa 71 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(71a) Fir-rigwad tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 u tal-11 ta' Ġunju 2010 u fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/12, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sa tmiem l-2012, proposta leġiżlattiva dwar is-separazzjoni tal-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur. Billi sal-lum is-settur ferrovjarju mhuwiex totalment miftuħ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar il-ftuħ tas-suq sad-data msemmija;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu perjodi ta' żmien u skadenzi għall-iskedi għall-allokazzjoni tal-kapaċità differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 43(2), Anness VIII, punt 4(b) u Anness IX, punti 3. 4 u 5, biex il-mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji li jkunu stabbiliti f'kooperazzjoni mal-maniġers tal-infrastrutturi ta' pajjiżi terzi fuq netwerk li l-wisa' bejn il-binarji tiegħu tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju ewlieni ġewwa l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti flessibilità akbar fl-allokazzjoni tal-kapaċità fil-każijiet fejn huma kkonċernati l-mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji li huma stabbiliti f'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi rigward netwerks li għandhom wisa' bejn il-binarji li hi differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju ewlieni ġewwa l-UE. Din tikkonċerna essenzjalment l-Istati Baltiċi.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 31(5) il-vetturi li huma mħaddma jew intiżi li jiġu mħaddma minn u lejn pajjiżi terzi, li jaħdmu fuq netwerk li l-wisa' bejn il-binarji tiegħu tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju ewlieni fl-Unjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "maniġer tal-infrastruttura" tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f'netwerk jew f'parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati għal korpi jew ditti differenti;

(2) "maniġer tal-infrastruttura" tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; f'konformità mar-regoli fil-qasam tas-sikurezza; il-funzjonijiet essenzjali tal-maniġer tal-infrastruttura huma: it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni u kemm il-valutazzjoni tad-disponibilità u l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji individwali u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ħlasijiet infrastrutturali, inkluża d-determinazzjoni u l-ġbir tal-ħlasijiet, u l-investimenti fl-infrastruttura;

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) "korp regolatorju" tfisser korp li, fi Stat Membru, jissorvelja l-applikazzjoni korretta tar-regolamenti rilevanti, li bl-ebda mod mhuwa involut fit-tfassil tal-politika, u li huwa kompletament indipendenti minn ditti, b'mod partikolari d-ditti msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "infrastruttura ferrovjarja" tfisser, kull ħaġa elenkata fl-Anness I.A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-affarijiet li jridu jitniżżlu taħt it-titoli differenti fil-forom ta' rapporti murija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70, tal-4 ta' Ġunju 1970 li għal raġunijiet ta' ċarezza huma inklużi fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

(3) "infrastruttura ferrovjarja" tfisser, kull ħaġa elenkata fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Bit-tħassir tal-konnessjoni mar-regolament 2598/70 l-Anness I isir il-lista li tiddefinixxi t-terminu "infrastruttura ferrovjarja" għal din id-Direttiva.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "servizzi reġjonali'" tfisser is-servizzi ta' trasport mogħtija biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun.

(7) "servizzi reġjonali" tfisser is-servizzi ta' trasport mogħtija biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun wieħed jew ta' reġjuni konfinanti;

Ġustifikazzjoni

L-idea ta' 'reġjun' għandha tiġi interpretata fis-sens ġeografiku tiegħu.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jimmaniġġja s-servizzi tal-IT tiegħu stess, biex jiżgura li l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi protetta kif suppost.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza ġenwina minn organizzazzjoni rappreżentattiva u kumpaniji oħra, huwa importanti li kull maniġer tal-infrastruttura jkollu d-dipartiment tal-IT tiegħu stess.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kemm l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura li mhumiex kompletament indipendenti minn xulxin, ikunu responsabbli għall-politiki dwar il-persunal tagħhom stess.

Ġustifikazzjoni

Billi l-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet indipendenti, huma jridu wkoll ikunu kompletament responsabbli għall-politiki dwar il-persunal tagħhom stess. Sakemm il-politika dwar il-persunal tagħhom tkun kompletament indipendenti, hemm ir-riskju li din il-kundizzjoni ma tiġix sodisfatta.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Separazzjoni tal-kontijiet

Separazzjoni trasparenti tal-kontijiet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport minn impriżi ferrovjarji u, min-naħa l-oħra, għall-kummerċ relatat mal-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma għandhomx jiġu trasferiti lill-oħra.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport minn impriżi ferrovjarji u, min-naħa l-oħra, għall-kummerċ relatat mal-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma għandhomx jiġu trasferiti lill-oħra.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta' trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta' trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati bil-għan li jiġi garantit l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, l-investiment kontinwu u l-kosteffikaċja tal-forniment tas-servizz tas-settur ferrovjarju.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li  kontijiet separati  ta’ profit  u telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jiġu ppubblikati , min-naħa l-waħda  għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u min-naħa l-oħra, għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Fondi pubbliċi mħallsa għal attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament għal kull kuntratt ta' servizz pubbliku fil-kontijiet rilevanti u ma għandhomx jiġu trasferiti għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati ta' profit u telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jiġu ppubblikati , min-naħa l-waħda għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u min-naħa l-oħra, għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Fondi pubbliċi mħallsa għal attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament għal kull kuntratt ta' servizz pubbliku fil-kontijiet rilevanti u ma għandhomx jiġu trasferiti għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.

4. Il-kontijiet għall-oqsma differenti ta' attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b'mod li jippermetti l-monitoraġġ tal-projbizzjoni fuq it-trasferiment ta' fondi pubbliċi mħallsa lil qasam wieħed ta' attivitajiet lejn kategorija oħra.

4. Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa tal-ispejjeż tal-infrastruttura, il-kontijiet għall-oqsma differenti ta' attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b'mod li jippermetti l-monitoraġġ tal-konformità mal-paragrafi preċedenti u mal-monitoraġġ tal-użu tal-introjtu mill-piżijiet infrastrutturali, l-eċċess minn attivitajiet kummerċjali oħra tal-finanzjamenti pubbliċi u privati mħallsa lill-maniġer tal-infrastruttura. Id-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura bl-ebda mod għandhom jintużaw minn impriża ferrovjarja jew korp jew ditta li tikkontrolla impriża ferrovjarja billi dan jaf isaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq jew jippermettilha tikseb vantaġġi ekonomiċi askapitu ta' impriżi ferrovjarji oħrajn. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tipprevjeni, taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju kif imsemmi fl-Artikolu 55, ir-rimborż, inkluż il-pagament tal-imgħax f'kundizzjonijiet tas-suq, tal-kapital użat disponibbli mill-korp jew mid-ditta li tikkontrolla l-impriża ferrovjarja għall-maniġer tal-infrastruttura.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura

Indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, elenkati fl-Anness II, ikunu fdati lil korpi jew lil ditti li ma jipprovdux huma stess xi servizzi tat-trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill-istruttura organizzattiva, irid jintwera li dan l-għan ikun inkiseb.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura kif definit fl-Artikolu 3(2) ikunu fdati lil korpi jew lil ditti li ma jipprovdux huma stess xi servizzi tat-trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill-istruttura organizzattiva, irid jintwera li dan l-għan ikun inkiseb.

L-Anness II jista' jiġi emendat, fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

 

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor ir-responsabbiltà li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, per eżempju permezz tal-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor ir-responsabbiltà li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, pereżempju permezz tal-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

2. Meta l-maniġer tal-infrastruttura, fil-forma legali, fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, mhuwiex indipendenti minn kull impriża ferrovjarja , il-funzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu IV għandhom jitwettqu rispettivament minn korp li jimponi l-piżijiet u minn korp li jalloka li huma indipendenti fil-forma legali, fl-organizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom minn kull impriża ferrovjarja.

2. Meta l-maniġer tal-infrastruttura, fil-forma legali, fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, mhuwiex indipendenti minn kull impriża ferrovjarja , il-funzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom jitwettqu rispettivament minn korp li jimponi l-piżijiet u minn korp li jalloka li huma indipendenti fil-forma legali, fl-organizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom minn kull impriża ferrovjarja.

3. Meta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV jirreferu għall-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura, dawn għandhom jiġu miftiehma bħala li japplikaw għall-korp li jimponi l-piżijiet jew għall-korp li jalloka għall-kompetenzi rispettivi tagħhom.

3. Meta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV jirreferu għall-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura, dawn għandhom jiġu miftiehma bħala li japplikaw għall-korp li jimponi l-piżijiet jew għall-korp li jalloka għall-kompetenzi rispettivi tagħhom.

 

3a. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, tippreżenta proposta għal Direttiva li jkun fiha d-dispożizzjonijiet relatati mas-separazzjoni tal-immanniġġjar tal-infrastruttura u tal-operazzjonijiet tat-trasport kif ukoll proposta għall-ftuħ tas-suq nazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li ma jnaqqasx il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u jissalvagwardja l-obbligi tas-servizz pubbliku.

Emenda          55

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Finanzjament sod tal-maniġer tal-infrastruttura

Finanzjament sod tal-maniġer tal-infrastruttura

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni. Għal dan l-iskop, huma għandhom jippubblikaw, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, strateġija dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta' mobbiltà abbażi ta' finanzjament sod u sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. L-istrateġija għandha tkopri perjodu ta' mill-anqas ħames snin u trid tkun tista' tiġġedded.

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni. Għal dan l-iskop, huma għandhom jippubblikaw, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, fosthom l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, it-trade unions, l-għaqdiet settorjali u r-rappreżentanti tal-utenti, strateġija dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta' mobbiltà abbażi ta' finanzjament sod u sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. L-istrateġija għandha tkopri perjodu ta' mill-anqas seba' snin u trid tkun tista' tiġġedded.

2. Waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b'finanzjament konsistenti mal-inkarigi tiegħu, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda.

2. Kull meta d-dħul ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura, mingħajr preġudizzju għall-qafas dwar it-tqegħid tal-piżijiet tal-Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva, u waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b'finanzjament konsistenti mal-inkarigi tiegħu, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda.

3. Fil-qafas ta' politika ġenerali stabbilita mill-Istat u filwaqt li titqies l-istrateġija dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fil-paragrafu 1, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta' investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex jiżgura l-użu, il-forniment u l-iżvilupp ottimi u effiċjenti tal-infrastruttura waqt li jiżgura bilanċ finanzjarju u jipprovdi l-mezzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-applikanti jiġu kkonsultati qabel ma jkun approvat il-pjan kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu joħrog opinjoni li ma torbotx dwar jekk il-pjan kummerċjali hux xieraq biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3. Fil-qafas ta' politika ġenerali stabbilita mill-Istat u filwaqt li titqies l-istrateġija dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja msemmija fil-paragrafu 1, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta' investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex jiżgura l-użu, il-forniment u l-iżvilupp ottimi u effiċjenti tal-infrastruttura waqt li jiżgura bilanċ finanzjarju u jipprovdi l-mezzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-applikanti jiġu kkonsultati b'mod mhux diskriminatorju qabel ma jkun approvat il-pjan ta' investiment safejn għandhom x'jaqsmu l-kundizzjonijiet ta' aċċess u użu, u n-natura, il-forniment u l-iżvilupp tal-infrastruttura kkonċernati. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu joħroġ opinjoni li ma torbotx dwar jekk il-pjan kummerċjali jiddiskriminax bejn l-applikanti.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f'perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin, il-kontijiet ta'maniġer tal-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn u l-fondi mill-Istat fuq naħa waħda, u l-ispejjeż infrastrutturali oħrajn fuq in-naħa l-oħra, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, meta jkun xieraq.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'kundizzjonijiet normali tal-kummerċ, il-kontijiet tal-maniġer tal-infrastruttura għandhom, fuq perjodu ta' mhux iktar minn sentejn, għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn, għotjiet mhux rimborżabbli minn sorsi privati u l-fondi mill-Istat, inklużi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, jekk ikun il-każ, fuq naħa waħda, u l-ispejjeż infrastrutturali oħrajn fuq in-naħa l-oħra, inklużi finanzjamenti sostenibbli ta' tiġdid tal-assi fuq terminu twil, meta jkun xieraq.

Mingħajr preġudizzju għall-mira possibbli fit-tul ta' kopertura min-naħa tal-utent tal-ispejjeż infrastrutturali għall-mezzi kollha tat-trasport abbażi ta' kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma' mezzi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tqegħid tal-piżijiet mogħti fl-Artikoli 31 u 32, Stat Membru jista' jeħtieġ lill-maniġer tal-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħajr fondi tal-Istat.

Mingħajr preġudizzju għall-mira possibbli fit-tul ta' kopertura min-naħa tal-utent tal-ispejjeż infrastrutturali għall-mezzi kollha tat-trasport abbażi ta' kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma' mezzi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tqegħid tal-piżijiet mogħti fl-Artikoli  31 u 32, Stat Membru jista' jeħtieġ lill-maniġer  tal-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħajr fondi tal-Istat.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għad-djun jew interessi fuq dawn id-djun imġarrba mill-impriżi wara l-15 ta’ Marzu 2001 jew wara d-data tal-adeżjoni mal-Unjoni għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni wara l-15 ta’ Marzu 2001.

(3) Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għad-djun jew interessi fuq dawn id-djun imġarrba mill-impriżi wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Sal-lum għadu neċessarju li l-impriżi ferrovjarji jkunu megħjuna biex jiksbu s-saħħa finanzjarja tagħhom u li jitnaqqsilhom id-djun li ġejjin mill-passat. Minkejja d-dispożizzjonijiet adottati diġà fl-1991 (Direttiva 91/440 KEE), dan għadu ma sarx f’ħafna pajjiżi. Il-promozzjoni effettiva tas-settur ferrovjarju titlob il-ħelsien mid-dejn. F'dan ir-rigward, id-data stabbilita tal-15 ta' Marzu 2001 jew tal-adeżjoni għall-Istati Membri l-ġodda rispettivament, hija kmieni wisq.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-ebda każ m’għandhom il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja jwasslu għal sitwazzjoni fejn ikun impossibbli li l-passiġġieri jiksbu informazzjoni dwar, jew li jixtru biljett għal, ivvjaġġar minn post għall-ieħor, irrispettivament min-numru ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju li jkunu qed jipprovdu, totalment jew parzjalment, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bejn dawn iż-żewġ postijiet.

Ġustifikazzjoni

Fl-ebda każ m’għandhom il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja jwasslu għal sitwazzjoni fejn ikun impossibbli li l-passiġġieri jiksbu informazzjoni dwar, jew li jixtru biljett għal, ivvjaġġar minn post għall-ieħor, irrispettivament min-numru ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju li jkunu qed jipprovdu, totalment jew parzjalment, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bejn dawn iż-żewġ postijiet.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-korpi regolatorji, sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun obbligata li taġixxi fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ, perjodu li hu meqjus twil biżżejjed għall-kisba tal-esperjenza fir-rigward tal-ġestjoni tal-għoti ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 2 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b'mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b'mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu, fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-korpi regolatorji, sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toħloq l-obbligu għall-Kummissjoni li tadotta atti implimentattivi li jistipulaw il-proċedura u l-kriterji għad-dispożizzjonijiet relatati mal-limitazzjoni tad-dritt ta' aċċess għal servizzi parzjalment jew totalment koperti minn servizzi pubbliċi u għat-talbiet riferuti lill-korpi regolatorji. Il-Kummissjoni hija meħtieġa li taġixxi fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tipprepara analiżi komparattiva tal-metodi tal-iffissar tal-ammonti tal-imposti fl-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit metodu uniformi ta' kalkolu għall-iffissar tal-ammont tal-imposti.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi

Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi

1. L-impriżi ferrovjarji għandhom, fuq bażi nondiskriminatorja, ikunu intitolati għall-pakkett minimu ta' aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness III.

1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jagħtu, fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett minimu ta' aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness III lill-impriżi ferrovjarji kollha.

2. Is-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness III, għandhom jingħataw mill-operaturi kollha ta' faċilitajiet ta' servizz b'mod nondiskriminatorju.

2. L-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha l-aċċess, inkluż l-aċċess għall-binarji, lill-faċilitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness III, u lis-servizz fornut f'dawn il-faċilitajiet b'mod nondiskriminatorju taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju kif dispost fl-Artikolu 56.

Fejn l-operatur tal-faċilità tas-servizzi jkun ta’ korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti f’tal-anqas wieħed mis-swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju li għalih qed tintuża’ l-faċilità, l-operatur għandu jkun organizzat b’tali mod li jkun indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f’termini legali, organizzattivi u ta’ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Fejn l-operatur ta' faċilità tas-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness III ikun ta’ korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti f’tal-anqas wieħed mis-swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju li għalih qed tintuża l-faċilità, l-operatur għandu jkun organizzat b’tali mod li jkun indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f’termini organizzattivi u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-operatur ta' faċilità ta' servizz u dan il-korp jew ditta għandhom ikollhom kontijiet separati inklużi karti tal-bilanċ separati u kontijiet ta' qligħ u telf separati.

Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għall-faċilità tas-servizz jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta b'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Huwa l-operatur tal-faċilità tas-servizz li jrid iġorr il-piż li tiġi ppruvata l-eżistenza ta' alternattiva vijabbli.

Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għall-faċilità tas-servizz għandhom jingħataw tweġiba f'limitu ta' żmien fiss stabbilit mill-korp regolatorju nazzjonali u jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta b'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Meta jiġi rifjutat l-aċċess għall-faċilità tas-servizz tiegħu, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jipproponi alternattiva vijabbli mil-lat ekonomiku u tekniku u jiġġustifika r-rifjut tiegħu bil-miktub. Ir-rifjut ma għandux jobbliga lill-operatur tal-faċilità ta' servizz jagħmel investimenti f'riżorsi jew faċilitajiet sabiex jakkomoda t-talbiet kollha minn impriżi ferrovjarji.

Fejn l-operatur tal-faċilità tas-servizz jiltaqa' ma' kunflitti bejn talbiet differenti, huwa għandu jipprova jqabbel flimkien it-talbiet kollha bl-aqwa mod possibbli. Jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli disponibbli, u wieħed ma jkunx jista' jakkomoda t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-faċilità rilevanti abbażi tal-ħtiġijiet murija, il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew abbażi ta' lment, jieħu azzjoni xierqa biex jiżgura li parti xierqa mill-kapaċità tkun iddedikata lil impriżi ferrovjarji oħrajn li ma jagħmlux parti mill-korp jew ditta li jkun jagħmel parti minnha l-operatur tal-faċilità. Madankollu faċilitajiet ta' manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħra mibnija ġodda li huma żviluppati għal rolling stock speċifiku ġdid jistgħu jiġu rriservati għall-użu ta' impriża ferrovjarja waħda għal ħames snin mill-bidu tat-tħaddim tagħhom.

Fejn l-operatur tal-faċilità tas-servizz jiltaqa' ma' kunflitti bejn talbiet differenti, huwa għandu jipprova jqabbel flimkien it-talbiet kollha bl-aqwa mod possibbli. Jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli disponibbli, u wieħed ma jkunx jista' jakkomoda t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-faċilità rilevanti abbażi tal-ħtiġijiet murija, il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew abbażi ta' lment, filwaqt li jżomm f'moħħu l-eżiġenzi tal-partijiet interessanti kollha kkonċernati, jieħu azzjoni xierqa biex jiżgura li parti xierqa mill-kapaċità tkun iddedikata lil impriżi ferrovjarji oħrajn li ma jagħmlux parti mill-korp jew ditta li jkun jagħmel parti minnha l-operatur tal-faċilità. Madankollu faċilitajiet ta' manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħra mibnija ġodda li huma żviluppati għal rolling stock ġdid ta' veloċità għolja, imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE1,jistgħu jiġu rriservati għall-użu ta' impriża ferrovjarja waħda għal għaxar snin mill-bidu tat-tħaddim tagħhom.

Fejn il-faċilità tas-servizz ma tkunx intużat għal tal-inqas sentejn konsekuttivi, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri.

Fejn il-faċilità tas-servizz ma tkunx intużat għal tal-inqas sena u l-impriżi ferrovjarji juru l-interess tagħhom lill-operaturi biex ikollhom aċċess għal din il-faċilità ta’ servizz abbażi tal-ħtiġijiet espressi, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri għal skop ta' użu għal attivitajiet marbuta mas-settur ferrovjarju sakemm l-operatur ta' tali faċilità juri li proċess li ta' rikonverżjoni jkun għaddej jipprevjeni l-użu tagħha mill-impriża ferrovjarja.

3. Meta l-maniġer tal-infrastruttura joffri kwalunkwe wieħed mill-firxa tas-servizzi deskritti fil-punt 3 tal-Anness III, bħala servizz addizzjonali, għandu jagħtih fuq talba lil impriżi ferrovjarji b'mod nondiskriminatorju.

3. Meta operatur tas-servizz joffri kwalunkwe wieħed mill-firxa tas-servizzi deskritti fil-punt 3 tal-Anness III, bħala servizz addizzjonali, għandu jagħtih fuq talba lil impriżi ferrovjarji b'mod nondiskriminatorju.

4. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jitolbu firxa akbar ta' servizzi anċillari, elenkati fil-punt 4 tal-Anness III, mill-maniġer tal-infrastruttura jew minn fornituri oħrajn. Il-maniġer tal-infrastruttura mhuwiex obbligat li jagħti dawn is-servizzi.

4. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jitolbu firxa akbar ta' servizzi anċillari, elenkati fil-punt 4 tal-Anness III, mill-maniġer tal-infrastruttura jew minn operaturi tal-faċilità tas-servizz oħrajn. Il-maniġer tal-infrastruttura mhuwiex obbligat li jagħti dawn is-servizzi.

5. L-Anness III jista' jiġi emendat, fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

 

 

_____________

 

1 ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe dispożizzjoni fi ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri li tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, jew li tirrestrinġi l-liberta' ta' impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi transkonfinali, ma għadhiex applikabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet transkonfinali li jikkonkludu ma jiddiskriminawx kontra ċerti impriżi ferrovjarji, jew jikkostitwixxu restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet transkonfinali għandhom ikomplu ikunu qasam fil-kompetenza għall-Istati Membri fejn ikollhom il-libertà li jieħdu azzjoni. L-UE għandha taġixxi biss jekk l-għanijiet ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġi applikat dan il-paragrafu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-modalitajiet proċedurali tal-proċedura ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti. Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni, imfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 64(2).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tkompli tispeċifika l-objettiv tal-miżuri ta' implimentazzjoni li tista' tadotta l-Kummissjoni.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Ambitu tal-monitoraġġ tas-suq

Ambitu tal-monitoraġġ tas-suq

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex timmonitorja l-kundizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq fit-trasport ferrovjarju Ewropew.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex timmonitorja l-kundizzjonijiet tekniċi, soċjali u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq, inkluż l-iżvilupp tal-impjiegi, kif ukoll ir-rispett tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, fit-trasport ferrovjarju Ewropew.

2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-utenti, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni.

2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi r-rappreżentanti tal-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55, u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, l-imsieħba soċjali u l-konsumaturi tas-settur ferrovjarju, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fejn ikun il-każ.

3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta'servizz pubbliku, u il-liċenzjar u l-grad ta' armonizzazzjoni bejn Stati Membri. Hija għandha tiżgura kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji xierqa fl-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta'servizz pubbliku, il-liċenzjar, il-grad ta' ftuħ tas-suq, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u soċjali u l-grad ta' armonizzazzjoni, partikolarlment fil-qasam tad-drittijiet soċjali, bejn u fi ħdan l-Istati Membri.

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

4. Il-Kummissjoni għandha tirraporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji;

(a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji u s-servizzi marbuta mal-ferrovija inkluż il-grad ta' ftuħ tas-suq;

(b) il-kundizzjonijiet ta' qafas, inklużi dawk is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

(b) il-kundizzjonijiet ta' qafas, inklużi dawk is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

 

(ba) l-iżvilupp tal-kundizzjonijiet ta' impjieg, tax-xogħol u soċjali fis-settur;

(c) l-istat tan-netwerk ferrovjarju Ewropew;

(c) l-istat tan-netwerk ferrovjarju Ewropew;

(d) l-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess;

(d) l-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess;

(e) l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi;

(e) l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi;

(f) il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura;

(f) il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura;

(g) il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni.

(g) il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni.

5. Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu, kull sena, l-informazzjoni indikata fl-Anness IV, kif ukoll id-dejta kollha l-oħra meħtieġa mitluba mill-Kummissjoni.

5. Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu, kull sena, l-informazzjoni li ġejja kif indikat fl-Anness IV, kif ukoll id-dejta kollha l-oħra meħtieġa mitluba mill-Kummissjoni:

 

(a) l-evoluzzjoni tal-prestazzjoni tat-trasport ferrovjarju u l-kumpens tal-Obbligi ta' Servizz Pubbliku (OSP);

 

(b) il-grad tal-ftuħ tas-suq u l-kompetizzjoni ġusta f'kull Stat Membru; u s-sehem modali tal-impriżi ferrovjarji fil-prestazzjoni tat-trasport totali;

 

(c) ir-riżorsi u l-attivitajiet tal-korpi regolatorji ddedikati għall-funzoni tagħhom bħala korpi ta' appell;

 

(d) l-iżviluppi rilevanti fir-ristrutturar tal-impriżi ferrovjarji li diġà huma involuti u l-adozzjoni/implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali għat-trasport matul is-sena preċedenti;

 

(e) l-inizjattivi importanti ta' taħriġ/miżuri fil-qasam tat-trasport ferrovjarju meħuda fi Stat Membru matul is-sena preċedenti;

 

(f) l-impjieg u l-kundizzjonijiet soċjali ta' impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' infrastrutturi fl-aħħar tas-sena preċedenti;

 

(g) l-investimenti fin-netwerk ferrovjarju ta' veloċità għolja matul is-sena preċedenti;

 

(h) it-tul tan-netwerk ferrovjarju fl-aħħar tas-sena preċedenti;

 

(i) it-tariffi tal-aċċess għall-binarji matul is-sena preċedenti;

 

(j) l-eżistenza ta' skema ta' prestazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 35 ta' din id-Direttiva;

 

(k) l-għadd ta' liċenzji attivi maħruġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

 

(l) l-istatus tal-mobilizzazzjoni tal-ERTMS;

 

(m) in-numru ta' aċċidenti, inċidenti u inċidenti serju kif definiti mid-Direttiva 2004/49/KE li seħħew fuq in-netwerk matul is-sena preċedenti;

 

(n) żviluppi rilevanti oħra;

 

(o) l-iżvilupp ta' swieq tal-manutenzjoni u l-grad ta' ftuħ tas-suq tas-servizzi ta' manutenzjoni.

L-Anness IV jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

L-Anness IV jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza sabiex jaġġorna l-informazzjoni li hemm bżonn għall-monitoraġġ tas-suq tal-ferroviji, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għanda tiġi segwita biex jiġi applikat dan l-Artikolu, inkluż l-użu ta' mudell komuni għal-liċenzja. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-modalitajiet proċedurali li għandhom ikunu segwiti biex jiġi jinħarġu l-liċenzji u jkun stabbilit mudell komuni għal-liċenzja skont ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2. Dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni, imfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 64(2).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tkompli tispeċifika l-kamp ta' apllikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni li tista' tadotta l-Kummissjoni.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ma jkunux instabu ħatja ta' nuqqas serju jew ripetut li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta' sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, u l l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta' kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transkonfinali ta' merkanzija, u li jkunu suġġetti għall-proċeduri doganali.

(d) ma jkunux instabu ħatja ta' kwalunkwe nuqqas li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza, is-sikurezza okkupazzjonali u s-saħħa, u l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta' kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transkonfinali ta' merkanzija, u li jkunu suġġetti għall-proċeduri doganali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ ir-rispett tal-liġi dwar is-sikurezza u tax-xogħol, billi tagħmilha rekwiżit essenzjali għar-reputazzjoni tajba li l-impriżi ferrovjarji jrid ikollhom meta japplikaw għal-liċenzja.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti relatati ma' qagħda finanzjarja tajba għandhom jintlaħqu meta impriża ferrovjarja li tkun applikant tkun tista' turi li se tkun kapaċi tilħaq l-obbligi attwali u potenzjali tagħha, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal perjodu ta' tnax-il xahar.

Ir-rekwiżiti relatati ma' qagħda finanzjarja tajba għandhom jintlaħqu meta impriża ferrovjarja li tkun applikant tkun tista' turi li se tkun kapaċi tilħaq l-obbligi attwali u potenzjali tagħha, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal perjodu ta' tnax-il xahar. Il-korp responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji ferrovjarji għandu jivverifika l-qagħda finanzjarja tajba permezz tal-kontijiet annwali tal-impriża ferrovjarja jew, fil-każ ta' impriżi applikanti li ma jistgħux jippreżentaw kontijiet annwali, permezz ta' karta tal-bilanċ.

Ġustifikazzjoni

Dan l-element ikompli mal-Anness V, li jitqies element essenzjali tat-test.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dawn l-iskopijiet kull applikant għandu jagħti mill-inqas il-partikolaritajiet elenkati fl-Anness V.

Għal dawn l-iskopijiet kull applikant għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-aspetti li ġejjin:

 

(a) il-fondi disponibbli, inklużi l-bilanċ fil-bank, krediti konċessi u self;

 

(b) il-fondi u l-assi disponibbli bħala garanzija;

 

(c) il-kapital biex taħdem bih;

 

(d) l-ispejjeż rilevanti, inklużi l-ispejjeż ta' ħlasijiet għall-karozzi, l-art, il-bini, l-istallazzjonijiet u r-rolling stock;

 

(e) ħlasijiet fuq l-assi tal-impriża;

 

(f) it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Ġustifikazzjoni

Dan l-element hu meħud mill-Anness V, li jitqies element essenzjali tat-test. L-applikanti għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dettaljata dwar il-ħlasijiet tat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-korp responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji m'għandhomx iqisu applikant mhux ikkunsidrat bħala finanzjarjament adegwat jekk huma dovuti arretrati konsiderevoli ta' taxxa jew sigurtà soċjali bħala riżultat tal-attività tal-impriża.

Ġustifikazzjoni

Dan l-element hu meħud mill-Anness V, li jitqies element essenzjali tat-test.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità tista' b'mod partikolari teħtieġ l-għoti ta' rapport uffiċjali u dokumenti tajba minn bank, bank ta' kont kurrenti, accountant jew awditur. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Dan l-element hu meħud mill-Anness V, li jitqies element essenzjali tat-test.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Anness V jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Anness V huwa meqjus element essenzjali tat-test. Għalhekk il-kontenut tiegħu huwa kompletament ittrasferita għall-Artikolu 20.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu milħuqa meta' impriża ferrovjarja li tkun applikant tkun tista' turi li għandha jew ser ikollha organizzazzjoni tal-immaniġġjar li għandha l-għerf jew l-esperjenza meħtieġa biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sikura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip ta' ħidmiet speċifikati fil-liċenzja.

Ir-rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu milħuqa meta' impriża ferrovjarja li tkun applikant tkun tista' turi li għandha jew ser ikollha organizzazzjoni tal-immaniġġjar li għandha l-għerf jew l-esperjenza meħtieġa biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sikura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip ta' ħidmiet speċifikati fil-liċenzja. L-impriża għandha wkoll tagħti prova, meta tapplika, li għandha ċertifikat tas-sigurtà kif definit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b'mod adegwat biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-merkanzija, il-posta u terzi persuni.

Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b'mod adegwat biex tkun koperta, jew ikollha garanziji u arranġamenti ekwivalenti fejn tkun approvata mir-regolatur, skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-merkanzija, il-posta u terzi persuni.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-operazzjonijiet ferrovjarji tal-wirt li jużaw netwerk ferrovjarju nazzjonali, li huma suġġetti għall-approvazzjoni mir-regolatur nazzjonali.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, inkluż il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li tista' tiġi akkwistata għal ħlas ta' tariffa li ma tistax taqbeż l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun ippubblikata f'mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku permezz tal-portal tal-internet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, inkluż il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li tista' tiġi akkwistata għal ħlas ta' tariffa li ma tistax taqbeż l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun ippubblikata f'mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni, li waħda minnhom għandha tkun l-Ingliż. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku permezz tal-portal tal-internet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' lingwa internazzjonali bħall-Ingliż għandu jiffaċilita l-komprensjoni tal-elementi li jinsabu fid-dikjarazzjoni dwar in-network.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji . Għandha tiġbor fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti u għall-faċilitajiet tas-servizzi. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk huwa stipulat fl-Anness VI.

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji . Għandha tiġbor fiha l-informazzjoni li ġejja li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti u għall-faċilitajiet tas-servizzi:

 

(a) Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonjiet tal-aċċess għaliha.

 

(b) Taqsima dwar il-prinċipji ta' imposti u tariffi.

 

(c) Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizzi li mhumiex ikkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba tal-aċċess għall-faċilità u għall-forniment tas-servizzi, u informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-aċċess tekniku għall-inklużjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

 

(d) Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni għal liċenzja msemmija fl-Artikolu 25 u dwar iċ-ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE1.

 

(e) Taqsima dwar l-informazzjoni dwar proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-appelli relatati ma' kwistjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizziferovjarji u mal-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35.

 

(f) Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-aċċess u l-iddebitar bl-imposti għall-faċilitajiet ta' servizzi msemmija fl-Anness III.

 

(g) Ftehim li jservi ta' mudell għall-konklużjoni ta' ftehimiet qafas bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant skont l-Artikolu 42.

 

L-informazzjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun aġġornata kull sena u konsistenti mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE jew tagħmel referenza għalihom. Infrastruttura li ma tkunx miżmuma b'mod xieraq u l-kwalità tagħha tkun qed tonqos għandha tkun irrappurtata fil-ħin lill-utenti;

 

L-informazzjoni fil-punti (a) sa (g) tista' tkun emendata u speċifikata mill-Kummissjoni skont l-Anness VI fid-dawl tal-esperjenza wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

 

_____________________

 

1 ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

Ġustifikazzjoni

Il-lista tat-taqsimiet tad-dikjarazzjoni tan-network hija kkunsidrata bħala element essenzjali tad-Direttiva. Id-dettalji speċifiċi ta' kull taqsima jistgħu jiġu mmodifikata mill-Kummissjoni sabiex tkun permessa l-flessibilità. Barra minn hekk, fejn il-kwalità tal-infrastruttura tkun qiegħda tonqos dan għandu jkun ikkomunikat lill-utenti bħala sistema ta' twissija bikrija.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-imposti għandhom impatt fuq infrastrutturi oħrajn jikkoordinaw bejniethom dwar il-piżijiet jew biex jimponu piż għall-użu tal-infrastruttura rilevanti fuq livell internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-imposti għandhom impatt fuq infrastrutturi oħrajn jikkoordinaw konġuntament bejniethom dwar il-piżijiet jew biex jimponu piż għall-użu tal-infrastruttura rilevanti fuq livell internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ l-idea li l-maniġers tal-infrastruttura għandhom joħolqu strutturi aktar b'saħħithom f'koordinament bejniethom.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

Artikolu 30

Spiża tal-infrastruttura u tal-kontabbiltà

Spiża tal-infrastruttura u tal-kontabbiltà

1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sikurezza u għall-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-servizz tal-infrastruttura, jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u l-livell tal-imposti tal-aċċess.

1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sikurezza u għall-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-servizz tal-infrastruttura, jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u l-livell tal-imposti tal-aċċess.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li li l-paragrafu 1 jiġi implimentat, permezz ta' ftehim kuntrattwali bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta' żmien ta' mhux inqas minn ħames snin li jipprovdi għal fondi mill-Istat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li li l-paragrafu 1 jiġi implimentat, permezz ta' ftehim kuntrattwali bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta' żmien ta' mhux inqas minn seba' snin li jipprovdi għal fondi mill-Istat.

3. It-termini tal-kuntratt u l-istruttura tal-pagamenti miftehma biex jiġu pprovduti l-fondi lill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiġu miftiehma bil-quddiem biex ikopru l-perjodu kuntrattwali kollu.

3. It-termini tal-kuntratt u l-istruttura tal-pagamenti miftehma biex jiġu pprovduti l-fondi lill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiġu miftiehma bil-quddiem biex ikopru l-perjodu kuntrattwali kollu.

Il-prinċipji u l-parametri bażiċi ta' fthemiet bħal dawn huma stabbiliti fl-Anness VII li jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Il-prinċipji u l-parametri bażiċi ta' ftehimiet bħal dawn huma stabbiliti fl-Anness VII.

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-partijiet interessati mill-anqas xahar qabel ma l-ftehim jiġi ffirmat u għandhom jippubblikawh fi żmien xahar mill-konklużjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-partijiet interessati mill-anqas xahar qabel ma l-ftehim jiġi ffirmat u għandhom jippubblikawh fi żmien xahar mill-konklużjoni tiegħu.

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-pjan kummerċjali tiegħu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali.

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-pjan kummerċjali tiegħu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali.

Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jivvaluta kemm hu xieraq id-dħul mistenni tal-maniġer tal-infrastruttura fuq żmien medju għal dak fit-tul biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni mifthema u għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti, mill-anqas xahar qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim.

 

L-awtorità kompetenti għandha tagħti ġustifikazzjonijiet lill-korp regolatorju jekk beħsiebha ma żżommx ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

 

4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżviluppaw u jżommu inventarju tal-assi li huma jimmaniġġjaw, li jkun jiġbor fih il-valutazzjoni attwali tagħhom, kif ukoll dettalji dwar in-nefqa għat-tiġdid u l-aġġornament tal-infrastruttura.

4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżviluppaw u jżommu inventarju tal-assi li huma jimmaniġġjaw, li jkun jiġbor fih il-valutazzjoni attwali tagħhom, kif ukoll dettalji dwar in-nefqa għat-tiġdid u l-aġġornament tal-infrastruttura.

5. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jistabbilixxu metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż bejn is-servizzi differenti offruti skont l-Anness III u bejn it-tipi ta' vetturi ferrovjarji, abbażi tal-aqwa fehim disponibbli tal-kawżalità tal-ispejjeż u l-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti msemmija fl-Artikolu 31. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel. Dan il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għall-ieħor biex ikun jaqbel mal-aħjar prattika internazzjonali.

5. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jistabbilixxu metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż bejn is-servizzi differenti offruti skont l-Anness III u bejn it-tipi ta' vetturi ferrovjarji, abbażi tal-aqwa fehim disponibbli tal-kawżalità tal-ispejjeż u l-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti msemmija fl-Artikolu 31. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel. Dan il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għall-ieħor biex ikun jaqbel mal-aħjar prattika internazzjonali.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

Artikolu 31

Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1. L-imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jitħallsu lill-maniġer tal-infrastruttura u lill-operatur tal-faċilità tas-servizzi rispettivament u jintużaw biex jipprovdu fondi għan-negozju tagħhom.

1. L-imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jitħallsu lill-maniġer tal-infrastruttura u lill-operatur tal-faċilità tas-servizzi rispettivament u jintużaw biex jipprovdu fondi għan-negozju tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi lill-korp regolatorju l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imponuti. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità tas-servizzi għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru lil kull impriża ferrovjarja li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37, jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi lill-korp regolatorju l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imponuti. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità tas-servizzi għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru lil kull impriża ferrovjarja li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37, jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, skont il-punt 1 tal-Anness VIII.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, skont il-punt 1 tal-Anness VIII.

Il-punt 1 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Il-punt 1 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

4. L-imposti tal-infrastruttura jistgħu jinkludu imposta li tirrifletti l-iskarsezza tal-kapaċità tat-taqsima identifikabbli tal-infrastruttura fil-perjodi ta' konġestjoni.

4. L-imposti tal-infrastruttura jistgħu jinkludu imposta li tirrifletti l-iskarsezza tal-kapaċità tat-taqsima identifikabbli tal-infrastruttura fil-perjodi ta' konġestjoni.

5. Meta t-tqegħid tal-imposti għall-kost tal-effetti tal-istorbju jkun permess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għat-trasport bit-triq tal-merkanzija, l-imposti tal-infrastruttura għandhom ikunu emendati biex jitqies il-kost tal-effetti tal-istorbju kkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija skont il-punt 2 tal-Anness VII.

5. L-imposti tal-infrastruttura għandhom ikunu emendati biex jitqies il-kost tal-effetti tal-istorbju kkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija skont il-punt 2 tal-Anness VII. Tali modifika tal-piżijiet infrastrutturali għandha tippermetti l-kumpens għall-investimenti fil-vetturi ferrovjarji għat-tagħmir wara li jkunu nxtraw bl-aktar teknoloġija ekonomikament vijabbli tal-brejkijiet b'livell ta' storbju baxx li tkun disponibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-introduzzjoni ta' tali tariffi differenzjati ma jkollhiex effetti negattivi fuq l-ekwilibriju finanzjarju tal-maniġer tal-infrastruttura.

Il-punt 2 tal-Anness VIII jista’ jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60, b’mod partikolari biex ikunu speċifikati l-elementi ta’ imposti ddivrenzjati tal-infrastruttura.

Il-punt 2 tal-Anness VIII jista’ jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60, b’mod partikolari biex ikunu speċifikati l-elementi ta’ imposti ddivrenzjati tal-infrastruttura, bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fi ħdan is-settur tat-trasport ferrovjarju jew tat-trasport stradali askapitu tat-trasport ferrovjarju.

Il-piżijiet infrastrutturali jistgħu jiġu mmodifikati biex iqisu l-ispejjeż ta’ effetti ambjentali oħrajn ikkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija li mhumiex imsemmija fil-punt 2 tal-Anness VIII. Kull emenda bħal din li tista’ tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja tal-arja minħabba t-tħaddimi ta’ servizz ferrovjarju għandha tiġi differenzjata skont id-daqs tal-effett ikkawżat.

Il-piżijiet infrastrutturali jistgħu jiġu mmodifikati biex iqisu l-ispejjeż ta’ effetti ambjentali oħrajn ikkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija li mhumiex imsemmija fil-punt 2 tal-Anness VIII. Kull emenda bħal din li tista’ tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja tal-arja minħabba t-tħaddimi ta’ servizz ferrovjarju għandha tiġi differenzjata skont id-daqs tal-effett ikkawżat.

It-tqegħid tal-imposti ta’ spejjeż ambjentali oħrajn li jirriżulta f’żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-maniġer tal-infrastruttura għandu madankollu jitħalla biss jekk dan it-tqegħid tal-imposta jkun permess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Jekk it-tqegħid tal-imposti għal dawn l-ispejjeż ambjentali mhux permess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, din l-emenda ma għandhiex tirriżulta f’xi tibdil ġenerali fid-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura.

It-tqegħid tal-imposti ta’ spejjeż ambjentali oħrajn li jirriżulta f’żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-maniġer tal-infrastruttura għandu madankollu jitħalla biss jekk dan it-tqegħid tal-imposta jkun applikat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Jekk it-tqegħid tal-imposti għal dawn l-ispejjeż ambjentali mhux permess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, din l-emenda ma għandhiex tirriżulta f’xi tibdil ġenerali fid-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura.

Jekk piżijiet ta’ spejjeż ambjentali jiġġeneraw dħul addizzjonali, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul. L-awtoritajiet rilevanti għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-oriġini tat-tqegħid tal-imposti tal-ispejjeż ambjentali u l-użu tagħhom jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni fuq bażi regolari.

Jekk piżijiet ta’ spejjeż ambjentali jiġġeneraw dħul addizzjonali, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul għall-benefiċċju tas-sistemi tat-trasport. L-awtoritajiet rilevanti għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-oriġini tat-tqegħid tal-imposti tal-ispejjeż ambjentali u l-użu tagħhom jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni fuq bażi regolari.

6. Sabiex jiġu evitati tibdiliet sproporzjonati, l-imposti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja fuq firxa raġonevoli ta' servizzi u ħinijiet tal-ferrovija. Iżda d-daqsijiet relattivi tal-imposta infrastrutturali għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż li jistgħu jkunu attribwiti lis-servizzi.

6. Sabiex jiġu evitati tibdiliet sproporzjonati, l-imposti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja fuq firxa raġonevoli ta' servizzi u ħinijiet tal-ferrovija. Iżda d-daqsijiet relattivi tal-imposta infrastrutturali għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż li jistgħu jkunu attribwiti lis-servizzi.

7. Il-forniment tas-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness III ma għandux ikun kopert minn dan l-Artikolu. Fi kwalunkwe każ, il-piż impost fuq servizzi bħal dawn ma għandux ikun aktar mill-ispiża biex jiġu pprovduti, flimkien ma’ profitt raġonevoli.

7. Il-forniment tas-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness III ma għandux ikun kopert minn dan l-Artikolu. Fi kwalunkwe każ, il-piż impost fuq servizzi bħal dawn ma għandux ikun aktar mill-ispiża biex jiġu pprovduti, flimkien ma’ profitt raġonevoli.

8. Meta s-servizzi elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness III, bħala servizzi addizzjonali u anċillari jiġu offerti minn fornitur wieħed biss, l-imposta imponuta għal dan is-servizz ma għandhiex tkun akbar mill-ispiża biex jiġi pprovdut.

8. Meta s-servizzi elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness III, bħala servizzi addizzjonali u anċillari jiġu offerti minn fornitur wieħed biss, l-imposta imponuta għal dan is-servizz ma għandhiex tkun akbar mill-ispiża biex jiġi pprovdut.

9. L-imposti jistgħu jiġu mponuti għall-kapaċità użata għall-manutenzjoni tal-infrastruttura. Dawn l-imposti ma għandhomx ikunu akbar mit-telf nett għall-maniġer tal-infrastruttura kkawżat mill-manutenzjoni.

9. L-imposti jistgħu jiġu mponuti għall-kapaċità użata għall-manutenzjoni tal-infrastruttura. Dawn l-imposti ma għandhomx ikunu akbar mit-telf nett għall-maniġer tal-infrastruttura kkawżat mill-manutenzjoni.

10. L-operatur tal-faċilità għall-forniment tas-servizzi msemmija fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness III għandu jagħti l-informazzjoni dwar l-imposti li għandha tiġi nkluża fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27 lill-maniġer tal-infrastruttura.

10. L-operatur tal-faċilità għall-forniment tas-servizzi msemmija fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness III għandu jagħti l-informazzjoni dwar l-imposti li għandha tiġi nkluża fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27 lill-maniġer tal-infrastruttura.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

Artikolu 32

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1. Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista', jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività b'mod partikolari tal-merkanzija internazzjonali bil-ferrovija. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

1. Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista' jawtorizza lill-maniġer tal-infrastruttura, jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività tas-settur ferrovjarju. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

Iżda l-livell tal-imposti ma għandux jeskludi l-użu tal-infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu jħallsu għall-inqas l-ispejjeż imġarrba direttament b’riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju , u rata ta’ redditu li jiflaħ għaliha s-suq.

Iżda l-livell tal-imposti ma għandux jeskludi l-użu tal-infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu jħallsu għall-inqas l-ispejjeż imġarrba direttament b’riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju , u rata ta’ redditu li jiflaħ għaliha s-suq.

 

Qabel l-approvazzjoni tal-imposta ta' tali mark-ups, l-Istat Membru għandu jiggarantixxi li l-maniġer tal-infrastruttura jevalwa r-rilevanza tagħhom għal taqsimiet speċifiċi tas-suq. Il-lista tat-taqsimiet tas-suq definiti mill-maniġers tal-infrastruttura għandu jkun fiha għall-inqas dawn it-tlieta: servizzi tal-merkanzija, servizzi tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku u servizzi tal-passiġġieri oħra. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddistingwu aktar it-taqsimiet tas-suq.

 

It-taqsimiet tas-suq li fihom l-impriżi ferrovjarji mhux joperaw bħalissa iżda li jistgħu jipprovdu servizzi matul il-perjodu ta' validità tas-sistema tal-prezzijiet, għandhom jiġu definiti wkoll. Il-maniġer tal-infrastruttura m’għandux jinkludi mark-up fis-sistema tal-prezzijiet għal dawn l-oqsma tas-suq.

 

Il-lista tat-taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fl-istqarrija tan-netwerk u għandha tiġi riveduta kull ħames snin.

Dawn it-taqsimiet tas-suq għandhom jiġu stabbiliti skont il-kriterji stipulati fil-punt 3 tal-Anness VIII, suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-korp regolatorju. Għat-taqsimiet tas-suq li m'hemmx traffiku għalihom, il-mark-ups ma għandhomx ikunu inklużi mas-sistema tat-tqegħid tal-imposti.

It-taqsimiet tas-suq addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.

Il-punt 3 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

 

 

1a. Għall-ġarr ta' merkanzija minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisa' bejn il-binarji tiegħu huwa differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jistabbilixxu imposti ogħla sabiex jakkwistaw irkupru sħiħ tal-ispejjeż imġarrba.

2. Għall-proġetti speċifiċi futuri ta' investiment jew proġetti speċifiċi ta' investiment li tlestew wara l-1988, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiffissa jew ikompli jiffissa imposti ogħla abbażi tal-ispejjeż fit-tul ta' dawn il-proġetti jekk dawn iżidu l-effiċjenza jew il-kosteffettività jew it-tnejn u ma jistgħux jew ma setgħux isiru mod ieħor. Dan l-arranġament tat-tqegħid tal-imposti jista' jinkorpora wkoll il-ftehimiet dwar it-tqassim tar-riskju assoċjat ma' investimenti ġodda.

2. Għall-proġetti speċifiċi futuri ta' investiment jew proġetti speċifiċi ta' investiment li tlestew wara l-1988, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiffissa jew ikompli jiffissa imposti ogħla abbażi tal-ispejjeż fit-tul ta' dawn il-proġetti jekk dawn iżidu l-effiċjenza jew il-kosteffettività jew it-tnejn u ma jistgħux jew ma setgħux isiru mod ieħor. Dan l-arranġament tat-tqegħid tal-imposti jista' jinkorpora wkoll il-ftehimiet dwar it-tqassim tar-riskju assoċjat ma' investimenti ġodda.

3. Il-ferroviji mgħammra b'Sistemi Ewropej għall-Kontroll tal-Ferroviji (l-ETĊS) li jivvjaġġaw fuq linji mgħammra b'kontroll tal-kmand u sistemi ta' senjalar nazzjonali għandhom igawdu minn tnaqqis temporanju fuq l-imposta tal-infrastruttura skont il-punt 5 tal-Anness VIII.

3. Il-ferroviji mgħammra b'Sistemi Ewropej għall-Kontroll tal-Ferroviji (l-ETCS) li jivvjaġġaw fuq linji mgħammra b'kontroll tal-kmand u sistemi ta' senjalar nazzjonali għandhom igawdu minn tnaqqis temporanju fuq l-imposta tal-infrastruttura skont il-punt 5 tal-Anness VIII. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun kapaċi li jiżgura li tali tnaqqis ma jirriżultax f'telf tad-dħul. Dan it-tnaqqis għandu jkun ikkumpensat minn tariffi ogħla fuq l-istess linja ferrovjarja għall-ferroviji li mhumiex mgħammra bl-ETCS.

Il-punt 5 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Il-punt 5 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60 sabiex tkun promossa ulterjorment l-ERMTS.

4. Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, għandu jiġi żgurat li kwalunkwe imposta medja u marġinali ta' maniġer tal-infrastruttura partikolari għall-użu ekwivalenti tal-infrastruttura tiegħu tkun paragunabbli u li servizzi paragunabbli fl-istess taqsima tas-suq ikunu suġġetti għall-istess imposti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk li s-sistema tat-tqegħid tal-imposti tissodisfa dawn ir-rekwiżiti sa fejn dan jista' jsir mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

4. Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, għandu jiġi żgurat li kwalunkwe imposta medja u marġinali ta' maniġer tal-infrastruttura partikolari għall-użu ekwivalenti tal-infrastruttura tiegħu tkun paragunabbli u li servizzi paragunabbli fl-istess taqsima tas-suq ikunu suġġetti għall-istess imposti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk li s-sistema tat-tqegħid tal-imposti tissodisfa dawn ir-rekwiżiti sa fejn dan jista' jsir mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

5. Jekk maniġer tal-infrastruttura jkun beħsiebu jemenda l-elementi essenzjali tas-sistema tat-tqegħdi tal-imposti msemmija fil-paragrafu 1, għandu jagħmilhom pubbliċi għall-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ skadenza għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27(4).

5. Jekk maniġer tal-infrastruttura jkun beħsiebu jemenda l-elementi essenzjali tas-sistema tat-tqegħdi tal-imposti msemmija fil-paragrafu 1, għandu jagħmilhom pubbliċi għall-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ skadenza għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27(4).

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-qafas tal-imposti u r-regoli tal-imposti applikabbli speċifikament għal servizzi tal-merkanzija internazzjonali minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisa' bejn il-binarji tiegħu hija differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni bi strumenti u skadenzi differenti minn dawk previsti skont l-Artikolu 29(1) meta dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prinċipji bażiċi tal-iskema tal-prestazzjoni kif elenkati fil-punt 4 tal-Anness VIII- għandhom japplikaw man-netwerk kollu.

 

 

(a) Sabiex jintlaħaq il-livell miftiehem ta' kwalità tas-servizz u sabiex ma tkunx ipperikolata l-vijabbiltà ekonomika tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqbel mal-applikanti, wara l-approvazzjoni mill-korp regolatorju, dwar il-parametri prinċipali tal-iskema tal-prestazzjoni, b'mod partikolari dwar il-kost tad-dewmien u l-limiti għall-ħlasijiet li jridu jingħataw fl-ambitu tal-iskema tal-prestazzjoni, kemm skont il-vjaġġi individwali tal-ferroviji kif ukoll għall-vjaġġi kollha tal-ferroviji ta' impriża ferrovjarja f'perjodu ta' żmien partikolari;

 

(b) Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika l-iskeda tal-ħin lill-impriżi ferrovjarji, abbażi ta' liema se jiġi kkalkulat id-dewmien, mill-anqas ħamest ijiem qabel il-vjaġġ tal-ferrovija;

 

(c) Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, fil-każ ta' tilwim dwar l-iskema tal-prestazzjoni, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tintlaħaq deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

 

(d) Darba fis-sena, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika l-livell medju annwali tal-kwalità tas-servizz miksub mill-impriża ferrovjarja abbażi tal-parametri prinċipali mifthiema fl-iskema tal-prestazzjoni.

 

Il-prinċipji bażiċi tal-iskema tal-prestazzjoni jinkludu l-elementi li ġejjin li għandhom japplikaw man-netwerk kollu.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-paragrafi huma identiċi mal-paragrafi a, b, g, h tal-Anness VIII, punt 4. Huma kkunsidrati elementi essenzjali tad-Direttiva għaliex jistabilixxu l-parametri prinċipali u l-aspetti proċedurali rigward l-iskema tal-prestazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt 4 tal-Anness VIII jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Il-punt 4 tal-Anness VIII li jinkludi elementi ulterjuri rigward l-iskema tal-prestazzjoni jista' jiġi emendat fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Ġustifikazzjoni

Wara li l-elementi ewlenin tal-Anness VIII, punt 4 tressqu għall-parti ewlenija tat-test, l-anness jinkludi elementi aktar dettaljati tal-iskema tal-prestazzjoni li jistgħu jiġu mmodifikati mill-Kummissjoni. Grad suffiċjenti ta' flessibilità b'hekk huwa żgurat.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Din l-imposta għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Jekk ikun hemm iktar minn applikant wieħed għal mogħdija tal-ferrovija li trid tiġi allokata skont l-eżerċizzju tal-iskeda annwali, għandha tiġi imponuta imposta biex tkun riservata l-mogħdija.

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Din l-imposta għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Jekk żewġ applikanti jew iktar jitolbu li jkun hemm mogħdijiet tal-ferrovija li jisporġu li jridu jiġu allokati skont l-eżerċizzju tal-iskeda annwali, għandha tiġi imponuta imposta biex tkun riservata l-mogħdija fuq l-applikant li għalih il-mogħdija tal-ferrovija sħiħa jew parti minnha ġiet allokata iżda mhux użata.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li aktar applikanti jitolbu li jkun hemm mogħdija tal-ferrovija, imposta tar-riservazzjoni għandha titħallas biss jekk il-mogħdija tal-ferrovija tkun allokata għal applikant iżda dan ma jużahiex.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura jistgħu jsiru minn applikanti skont kif imfisser f'din id-Direttiva.

1. It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura jistgħu jsiru minn applikanti. Sabiex jużaw din il-kapaċità ta' infrastruttura l-applikanti għandhom jaħtru impriża ferrovjarja biex tikkonkludi ftehim mal-maniġers tal-infrastrutturi skont l-Artikolu 28.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tuża l-kliem użat fir-Regolament 913/2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta’, jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Rappreżentati xierqa ta’ maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma’ dawn il-proċeduri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta’, jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-parteċipanti f’din il-kooperazzjoni għandhom jiżguraw li l-isħubija, il-metodi ta’ tħaddim u l-kriterji kollha rilevanti tagħha li jintużaw għall-valutazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura jsiru disponibbli għall-pubbliku. Rappreżentati xierqa ta’ maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma’ dawn il-proċeduri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tintegra l-Artikolu 40(4) fl-Artikolu 40(1).

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-korpi regolatorji, li jikkooperaw skont l-Artikolu 57 għandhom jiġu informati u mistiedna jattendu bħala osservaturi għal-laqgħat kollha li fihom jiġu żviluppati prinċipji u prattiċi komuni għall-allokazzjoni tal-infrastruttura. Fil-każ tas-sistemi tal-allokazzjoni bbażati fuq l-IT, il-korpi regolatorji għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni minn dawn is-sistemi biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ superviżjoni regolatorja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56.

2. Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-korpi regolatorji, li jikkooperaw skont l-Artikolu 57 għandhom jiġu informati dwar prinċipji u prattiki komuni għall-allokazzjoni tal-infrastruttura. Fil-każ tas-sistemi tal-allokazzjoni bbażati fuq l-IT, il-korpi regolatorji għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni minn dawn is-sistemi biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ superviżjoni regolatorja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ġuridika applikabbli fl-Unjoni Ewropea tippermetti lill-impriżi jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom b’mod liberu, mingħajr ma jkunu obbligati jistiednu lill-osservaturi. Il-Kummissjoni u l-korpi regolatorji għandhom jiġu infurmati dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu l-impriżi.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġi applikat il-paragrafu 2. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

3. Id-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġi applikat il-paragrafu 2 jistgħu jkunu emendati fid-dawl tal-esperjenza skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem oriġinali "li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji" jissuġġerixxi li l-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa bħala supplement għall-att. Dan jeħtieġ id-delega ta' setgħat sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel dan.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaqblu mal-maniġers l-oħrajn tal-infrastruttura kkonċernati dwar liema mogħdijiet tal-ferroviji għandhom jiġu inklużi fl-iskeda tax-xogħol, qabel ma jibdew il-konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol. L-aġġustamenti għandhom isiru biss jekk ikunu assolutament meħtieġa.

2. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaqblu mal-maniġers l-oħrajn tal-infrastruttura kkonċernati dwar liema mogħdijiet tal-ferroviji għandhom jiġu inklużi fl-iskeda tax-xogħol, qabel ma jibdew il-konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol. L-aġġustamenti għandhom isiru biss jekk ikunu assolutament meħtieġa u għandhom ikunu ġustifikati kif suppost.

Ġustifikazzjoni

Dan se jwassal għal aktar trasparenza fir-rigward tal-immaniġġjar.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, partikolarment il-merkanzija internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

Ġustifikazzjoni

Jekk nixtiequ ninkoraġġixxu l-użu ta’ trasport bil-ferrovija fil-livell Ewropew, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali għandhom jingħataw status prijoritarju.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kriterji ta’ prijorità għandhom iqisu l-importanza ta’ servizz għas-soċjetà, meta mqabbel ma’ kull servizz ieħor li konsegwentement ikun se jiġi eskluż.

5. Il-kriterji prijoritarji għandhom jinkludu s-servizzi tal-merkanzija u, b’mod partikolari, is-servizzi tal-merkanzija internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-frażi 'għandhom iqisu' mhijiex speċifika biżżejjed u hija ambigwa wisq; jekk il-Kummissjoni għandha l-għan li tippromwovi l-merkanizja bil-ferrovija, partikolarment il-merkanzija internazzjonali, din għandha tirreferi għal dan f’termini ċari.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan jista' jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu joħrog opinjoni dwar jekk l-azzjonijiet identifikati fil-pjan humiex xierqa.

Il-pjan jista' jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jissorvelja l-proċess ta' konsultazzjoni biex ikun żgurat li dan isir b'mod mhux diskriminatorju.

Ġustifikazzjoni

Il-korp regolatorju m'għandux ikollu għalfejn jinterferixxi mad-deċiżjonijiet tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura għaliex dan jista' jqiegħed f'riskju l-pożizzjoni tiegħu bħala arbitru objettiv.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta netwerk trans-Ewropew jew mogħdija tal-ferrovija, li jkollhom impatt sinifikanti fuq netwerk trans-Ewropej wieħed jew aktar, tinħoloq konġestjoni u n-netwerk ta’ korpi regolatorji definit fl-Artikolu 57 jista’ jagħti opinjoni dwar jekk l-azzjonijiet maħsuba humiex xierqa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tipprovdi għan-netwerk ta’ korpi regolatorji sabiex dawn ikunu kkonsultati f’każ li netwerk trans-Ewropej wieħed jew aktar ikunu affettwati b’mod sinifikanti mill-konġestjoni.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-partijiet interessati dwar xogħol ta’ manutenzjoni mhux skedat fi żmien dovut.

3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-partijiet interessati dwar xogħol ta’ manutenzjoni mhux skedat tal-inqas ġimgħa qabel jibda x-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Jagħmel sens li l-partijiet interessati jiġu infurmati dwar meta jkun se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni sabiex, minkejja n-natura mhux skedata ta’ tali xogħol, ikunu jistgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-maniġers tal-infrastruttura għandu jkollhom pjanijiet ta’ azzjoni biex jittrattaw l-aċċidenti jew nuqqasijiet tekniċi.

Ġustifikazzjoni

Il-maniġers tal-infrastruttura għandu jkollhom pjanijiet definiti b’mod ċar sabiex jittrattaw inċidenti jew ħsarat tekniċi. Dawn il-pjanijiet għandhom jgħinu fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza b’mod aktar rapidu u effikaċi u għandhom jiġu kondiviżi bejn il-maniġers tal-infrastruttura bħala prattiki tajba.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-impriżi ferrovjarji jinvolvu rwieħhom fl-assigurazzjoni tal-infurzar u tal-monitoraġġ tal-konformità tagħhom stess mal-istandards u r-regoli tas-sikurezza.

3. Minbarra fil-każ ta’ forza maġġuri, inkluż xogħol urġenti li huwa kritiku għas-sikurezza, mogħdija tal-ferrovija allokata għall-ġarr tal-merkanzija, skont dan l-Artikolu, ma tistax tiġi kkanċellata anqas minn xahrejn qabel iż-żmien skedat tagħha fl-iskeda ta’ ħidma, jekk l-applikant ikkonċernat ma jagħix l-approvazzjoni tiegħu għal tali kanċellazzjoni. F’tali każ il-maniġer tal-infrastruttura kkonċernat għandu jagħmel sforz biex jipproponi lill-applikant mogħdija tal-ferrovija li jkollha kwalità ekwivalenti u affidabbiltà u li l-applikanti jkollu d-dritt li jaċċettaha jew jirrifjutaha. Jekk l-applikant jirrifjutaha, huwa għandu tal-inqas ikun intitolat għal rimborż tal-ispiża korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tistipula li li jekk mogħdija tal-ferrovija tiġi kkanċellata għal xi raġuni li mhijiex force majeure, għandhom jiġu pprovduti soluzzjonijiet alternattivi jew inkella rimborż għall-ispiża. Hija tieħu u tissupplimenta l-kliem li diġà ġie inkluż fir-Regolament dwar il-kurituri tal-merkanzija Ewropej (Regolament (UE) Nru 913/2010).

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 55

Artikolu 55

Korp Regolatorju

Korpi regolatorji nazzjonali

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp regolatorju nazzjonali wieħed għas-settur ferrovjarju. Dan il-korp, għandu jkun awtorità indipendenti li, f'termini organizzattivi, funzjonali, tal-ġerarkija u ta' teħid ta' deċiżjoni, hija legalment distinta u indipendenti minn kull awtorità pubblika oħra. Il-korp għandu jkun ukoll indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament , fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn kull maniġer, korp tat-tqegħid tal-imposti, korp tal-allokazzjoni jew minn kull applikant. Barra minn hekk għandu jkun indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe awtorità kompetenti involuta fl-għotja ta' kuntratt ta' servizz pubbliku.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp regolatorju nazzjonali wieħed għas-settur ferrovjarju. Dan il-korp, għandu jkun awtorità indipendenti li, f'termini organizzattivi, funzjonali, tal-ġerarkija u ta' teħid ta' deċiżjoni, hija legalment distinta u indipendenti minn kull awtorità pubblika oħra. Il-korp għandu jkun ukoll indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament , fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn kull maniġer, korp tat-tqegħid tal-imposti, korp tal-allokazzjoni jew minn kull applikant. Barra minn hekk għandu jkun indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe awtorità kompetenti involuta fl-għotja ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. Il-korp regulatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f'termini ta' riżorsi umani u materajli, li għandhom ikunu adegwati għal-livell ta' attività tas-settur ferrovjarju tal-Istat Membru, bħall-volum ta' traffiku, u għad-daqs tan-netwerk, bil-għan li jwettaq il-kompiti assenjati lilu mill-Artikolu 56.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu korpi regolatorji li jkunu komptetenti għal diversi taqsimiet regolati, jekk dawn l-awtoritajiet regolatorji integrati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu korpi regolatorji li jkunu komptetenti għal diversi taqsimiet regolati, jekk dawn l-awtoritajiet regolatorji integrati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. Il-president u l-bord governattiv tal-korp regolatorju għas-settur ferrovjarju għandhom jinħatru għal terminu fiss u li jiġġedded skont regoli ċari li jiggarantixxu l-indipendenza. Huma għandhom jintgħażlu minn fost persuni li, fit-tliet snin ta' qabel il-ħatra tagħhom u matul il-mandat tagħhom, ma għandhom ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriżi jew l-entitajiet regolati. Wara dan il-mandat huma ma għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, l-ebda relazzjoni ta' interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata għal perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin. Għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.

3. Il-president u l-bord governattiv tal-korp regolatorju għas-settur ferrovjarju għandhom jinħatru mill-parlament nazzjonali, jew minn parlament kompetenti ieħor, għal terminu fiss u li jiġġedded skont regoli ċari li jiggarantixxu l-indipendenza. Huma għandhom jintgħażlu minn fost persuni li jafu u għandhom esperjenza fir-regolamentazzjoni tas-settur ferrovjarju, jew jafu u għandhom esperjenza fir-regolamentazzjoni ta' setturi oħrajn, u preferibbilment minn fost persuni li ma għandhom ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriżi jew l-entitajiet regolati għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn jew kwalunkwe perjodu itwal iddefinit skont id-dritt nazzjonali qabel il-ħatra tagħhom u matul il-mandat tagħhom. Huma għandhom jiddikjaraw dan permezz ta' dikjarazzjoni tal-interessi adegwata. Wara dan il-mandat huma ma għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, l-ebda relazzjoni ta' interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn jew kwalunkwe perjodu itwal iddefinit skont id-dritt nazzjonali. Għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju. Huma għandhom jaġixxu b’mod kompletament indipendenti u fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jiġu affettwati mill-istuzzjonijiet minn impriża tal-gvern jew inkella minn impriża privata jew pubblika.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 56

Artikolu 56

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

Funzjonijiet tal-korpi regolatorji nazzjonali

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b’mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b’mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offiża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:

(a) id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk;

(a) id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk;

(b) il-kriterji stabbiliti fih;

(b) il-kriterji stabbiliti fih;

(c) il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(c) il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d) l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(d) l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(e) il-livell jew l-istruttura ta' tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(e) il-livell jew l-istruttura ta' tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(f) l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11 u 12;

(f) l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11 u 12;

(g) l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

(g) l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13;

 

(ga) deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' liċenzji, f'każijiet fejn il-korp regolatorju mhuwiex ukoll il-korp li qed joħroġ il-liċenzji skont l-Artikolu 16.

 

1a. Il-korp regolatorju għandu jkun meħtieġ jieħfu deċiżjonii fuq kull ilment biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien massimu ta' xahar minn meta jirċievi l-ilment u jieħu azzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess.. Fil-każ ta' appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura , jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jeħtieġ li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont id-direzzjonijiet speċifikati minnu stess.

 

Fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għanda teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-mandat tal-korpi regolatorji u d-deċiżjonijiet tagħhom u tiffissa skadenzi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 63(2).

2. Il-korp regolatorju għandu wkoll ikollu s-setgħa li jimmonitorja l-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u janalizza mill-ġdid il-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni bejn l-applikanti. Għandu, b'mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji jew jekk toħloqx setgħat diskrezzjonali għall-maniġer tal-infrastruttura li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni bejn l-applikanti. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex ikun jista' jwettaq dawn ix-xogħlijiet.

2. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja l-kompetizzjoni, iwaqqaf id-diskriminazzjoni u l-iżviluppi tat-tagħwiġ tas-suq fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u janalizza mill-ġdid il-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni bejn l-applikanti, inkluż permezz ta’ miżuri korrettivi xierqa. Għandu, b'mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji jew jekk toħloqx setgħat diskrezzjonali għall-maniġer tal-infrastruttura li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni bejn l-applikanti. Għal dan il-għan, il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal-awtorità tas-sikurezza nazzjonali responsabbli għall-evalwazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwenti tal-interoperabilità jew li tivvaluta l-proċedura għall-verifika "KE" tas-sottosistemi skont id-Direttiva 2008/57/KE. Fuq talba tal-applikanti fi proċeduri quddiem l-awtorità nazzjonali inkarigata mis-sikurezza li jaf ikollhom konsegwenzi għall-aċċess għas-suq, l-awtorità nazzjonali inkarigata mis-sikurezza għandha tinforma lill-korp regolatorju bl-aspetti rilevanti tal-proċedura. Il-korp regolatorju għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet. L-awtorità nazzjonali inkarigata mis-sikurezza għandha tagħti ġustifikazzjonijiet lill-korp regolatorju jekk beħsiebha ma żżommx ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

3. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti stabbiliti mill-maniġer tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u li dawn huma nondiskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-maniġer tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti infrastrutturali għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervieni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

3. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti stabbiliti mill-maniġer tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u li dawn huma nondiskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-maniġer tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti infrastrutturali għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervieni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

 

3a. Il-korp regolatorju għandu jivverifika li l-kontabilità tal-impriżi ferrovjarji u tal-maniġers tal-infrastrutturi hija konformi mad-dispożizzjonijiet tas-separazzjoni tal-kontabilità stipulati fl-Artikolu 6.

 

3b. Il-korp regolatorju għandu jiddetermina, jekk jiddisponi d-dritt nazzjonali, skont l-Artikolu 10(2) jekk l-iskop prinċipali ta' servizz hux li jġorr il-passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti u skont l-Artikolu 11(2) jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku hux kompromess minn servizzi li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 10 bejn il-post tat-tluq u destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt jew kuntratti ta' servizz pubbliku.

 

3c. Il-korp regolatorju għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe lment marbuta ma' deċiżjoni minn korp regolatorju relatat mal-paragrafi 1 sa 3b. Fi żmien ġimagħtejn wara li jasal l-ilment, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun neċessarju, titlob modifiki tad-deċiżjoni sabiex tiggarantixxi l-kumpatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni. Il-korp regolatorju għandu jimmodifika d-deċiżjoni tiegħu waqt li jqis il-modifiki mitluba mill-Kummissjoni.

 

3d. Il-korp regolatorju għandu jikkonsulta, għall-inqas darba f’sena, lir-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi ferrovjarji għall-merkanzija u għall-passiġġieri biex jiġu kkunsidrati l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju, inkluża l-prestazzjoni tas-servizz, il-bidliet fl-infrastruttura, l-ammont u t-trasparenza tal-prezzijiet tas-servizz ferrovjarju.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

 

Setgħat tal-korpi regolatorji nazzjonali

 

1. Sabiex iwettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 56 il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li:

 

(a) jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu b'sanzjonijiet xierqa, inklużi multi. Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta' istanza amminstrattiva nazzjonali oħra.

 

(b) jitlob l-informazzjoni rilevanti mill-maniġer tal-infrastruttura, applikanti u kwalunkwe parti terza fl-Istat Membru kkonċernat u li jinforza tali talbiet b'sanzjonijiet xierqa, inklużi multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu ta' monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji. Din tinkludi data li tkun meħtieġa għall-finijiet ta' statistika u osservazzjoni tas-suq. L-informazzjoni mitluba trid tkun ipprovduta mingħajr dewmien.

 

(c) iwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura u, fejn ikun rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. L-appell m'għandux ikollu effett ta' sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju.

 

2a. F’każ ta’ kunflitti li jirrigwardaw deċiżjonijiet mill-korpi regolatorji għas-servizzi tat-trasport transfruntieri, il-partijiet ikkonċernati jistgħau jappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex jiksbu deċiżjoni vinkolanti dwar il-kumpatibbiltà tad-deċiżjoni mad-dritt tal-Unjoni fi żmien xahar wara li jasal ir-rikors għall-appell.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu ppubblikati.

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi jew l-entitajiet l-oħra kollha li jkunu qed iwettqu tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew tal-immaniġġjar infrastrutturali, inklużi l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 6 jkollhom jagħtu kontijiet regolatorji dettaljati lill-korp regolatorju sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti differenti tiegħu. Dawn il-kontijiet regolatorji għandhom jiġbru fihom mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness X. Minn dawn il-kontijiet il-korp regolatorju jista' wkoll jasal għal konklużjonijiet dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-istat li għandu jirrapporta lill-awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni ta' dawn il-kwistjonijiet.

 

L-Anness X jista' jiġi emendat meta jkun meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 57

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji.

Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji nazzjonali u setgħat tal-Kummissjoni

1. Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika u għandhom jikkooperaw xort'oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan għandhom jaħdmu flimkien f'grupp ta' ħidma li jiltaqa' f'intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-korpi regolatorji f’din il-ħidma.

1. Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika u għandhom jikkooperaw xort'oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan għandhom jaħdmu flimkien f'netwerks stabbiliti formalment li jiltaqgħu f'intervalli regolari fuq stedina tal-Kummissjoni u taħt il-presidenza tagħha. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji u għandha tieħu azzjoni f'każ li fih il-korpi regolatorji jonqsu milli jaqdu l-mandat tagħhom.

 

Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jinkludu r-rappreżentanti kemm tas-servizzi inkarigati mit-trasport kif ukoll mill-kompetizzjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi tad-data li fiha l-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu d-data fuq il-proċeduri ta' lment kollha, bħad-dati tal-ilmenti, il-bidu tal-proċeduri ta’ inizjattiva proprja, l-abbozzi ta' deċiżjonijiet u d-deċiżjonijiet finali kollha, il-partijiet involuti, il-kwistjonijiet prinċipali tal-proċeduri u l-problemi ta' interpretazzjoni tad-dritt tal-ferroviji u l-investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta' aċċess jew ta' imposti relatati mas-servizzi ferrovjarji internazzjonali..

2. Il-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw fil-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ tas-suq u sabiex jittrattaw l-ilmenti jew l-investigazzjonijiet.

2. Il-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw fil-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ tas-suq u sabiex jittrattaw l-ilmenti jew l-investigazzjonijiet.

3. Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali u jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

3. Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jinforma l-Kummissjoni u jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali u jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu. In-netwerk tal-korpi regolatorji wkoll għandu jagħti opinjoni.

4. Il-korpi regolatorji kkonsultati skont il-paragrafu 3 għandhom jagħtu l-informazzjoni kollha li huma nnifishom ikollhom id-dritt li jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

4. Il-korpi regolatorji kkonsultati skont il-paragrafu 3 għandhom jagħtu l-informazzjoni kollha li huma nnifishom ikollhom id-dritt li jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5. Il-korp regolatorju li qed jirċievi l-ilment jew li jkun qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess għandu jittrasferixxi l-informazzjoni rilevanti lill-korp regolatorju responsabbli biex dak il-korp ikun jista’ jieħu l-miżuri fir-rigward il-partijiet konċernati.

5. Il-korp regolatorju li qed jirċievi l-ilment jew li jkun qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess għandu jittrasferixxi l-informazzjoni rilevanti lill-korp regolatorju responsabbli biex dak il-korp ikun jista’ jieħu l-miżuri fir-rigward il-partijiet konċernati.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rappreżentant assoċjat ieħor tal-maniġers tal-infrastruttura, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), jagħti, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u mitluba mill-korp regolatorju tal-Istat Membru li fih jinsab ir-rappreżentant assoċjat. Dan il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jittrasferixxi informazzjoni bħal din dwar il-mogħdija ferrovjarja internazzjonali kkonċernata lill-korpi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rappreżentant assoċjat ieħor tal-maniġers tal-infrastruttura, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), jagħti, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u mitluba mill-korp regolatorju tal-Istat Membru li fih jinsab ir-rappreżentant assoċjat. Dan il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jittrasferixxi informazzjoni bħal din dwar il-mogħdija ferrovjarja internazzjonali kkonċernata lill-korpi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3.

 

6a. Il-Kummissjoni tista' fuq inizjattiva tagħha stess tipparteċipa fl-attivitajiet elenkati taħt il-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu 57 li dwarhom għandha żżomm infurmat in-netwerk tal-korpi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1.

7. Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom is-setgħa jieħdu skont din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implimentattivi li jistipulaw prinċipji u prattiki komuni bħal dawn. Dawk il-miżuri, mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi, għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 63(3).

7. In-netwerk ta' korpi regolatorji stabbilit skont il-paragrafu 1 għandu jiżviluppa prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandu s-setgħa jieħu skont din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tadotta u tissupplementa prinċipji u prattiki komuni bħal dawn skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.

Il-korpi regolatorji għandhom janalizzaw id-deċiżjonijiet u l-prattiki tal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew li jiffaċilitaw it-trasport ferrovjarju nazzjonali b'mod ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1).

In-netwerk ta' korpi regolatorji għandu janalizza d-deċiżjonijiet u l-prattiki tal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew li jiffaċilitaw it-trasport ferrovjarju nazzjonali b'mod ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1).

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57a

 

Korp regolatorju Ewropew

 

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fin-netwerk tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva, tfassal proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi korp regolatorju Ewropew. Dan il-korp għandu jkollu funzjoni ta' superviżjoni u ta' arbitraġġ biex jittratta problemi transfruntieri u internazzjonali u jisma' l-appelli ta' deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Artikolu li jiddelega s-setgħa

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ tas-suq skont l-Artikolu 15, ċerti elementi tad-dikjarazzjoni tan-network skont l-Artikolu 27, ċerti prinċipji ta' tariffi skont l-Artikolu 31, it-tnaqqis temporanju tal-imposti għall-infrastruttura għall-ETCS skont l-Artikolu 32(3), ċerti elementi tal-iskema tal-prestazzjoni skont l-Artikol  35, il-kriterji li għandhom ikunu segwiti rigward il-ħtiġiet fir-rigward tal-applikanti għall-infrastruttura skont l-Artikolu 41, l-iskeda għall-proċess ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 43, il-kontijiet regolatorji skont l-Artikolu 56a u l-prinċipji u l-prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet żviluppati mill-korpi regolatorji skont l-Artikolu 57.

Ġustifikazzjoni

Il-fehim interistituzzjonali komuni l-ġdid tal-2011 dwar atti delegati jirrikjedi l-użu ta' klawżoli standard speċifiċi li ddaħħlu hawn biex jissostitwixxu l-kliem tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 60

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikoli 7(1), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(5), fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 20, fl-Artikolu 27(2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(3), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(5), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(1), l-Artikoli 32(3), 35(2), 43(1) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(8) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal tul indeterminat.

 

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati mogħti lill-Kummissjoni tingħata taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 61 u 62.

 

Ġustifikazzjoni

Il-fehim interistituzzjonali komuni l-ġdid tal-2011 dwar atti delegati jirrikjedi l-użu ta' klawżoli standard speċifiċi li ddaħħlu hawn biex jissostitwixxu l-kliem tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 a ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 60a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 15(5), 27(2), 31(3) u 31(5), 32(3), 35(2), 41(3), 43(1), 56a (6), 57(7) għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jopponux tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

 

3. Is-setgħat ta' delega msemmija fl-Artikoli 15(5), 27(2), 31(3) u 31(5), 32(3), 35(2), 41(3), 43(1), 56 a (6), 57(7) jistgħu jiġu rrevokati fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe atti delegati li diġa' huma fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat skont l-Artikoli 15(5), 27(2), 31(3) u 31(5), 32(3), 35(2), 41(3), 43(1), 56 a (6), 57(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-fehim interistituzzjonali komuni l-ġdid tal-2011 dwar atti delegati jirrikjedi l-użu ta' klawżoli standard speċifiċi li ddaħħlu hawn biex jissostitwixxu l-kliem tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 61

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Il-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 60(1) tista' tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta' setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta' revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal dik ir-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Skont il-fehim interistituzzjonali komuni tal-2011, dan l-Artikolu jrid jitħassar, għaliex il-kontenut tressaq għall-Artikolu 60a.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 62

imħassar

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-limitu ta' żmien jiżdied b'xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dak il-limitu ta' żmien, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet.

 

Ġustifikazzjoni

Skont il-fehim interistituzzjonali komuni tal-2011, dan l-Artikolu jrid jitħassar, għaliex il-kontenut tressaq għall-Artikolu 60a.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din it-talba tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa' tiġi applikata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Fuq it-talba ta' korp regolatorju nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom iżommu bażi tad-data tal-abbozz tad-deċiżjonijiet tagħhom li tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni Ewropea. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din it-talba l-Kummissjoni Ewropea għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa' tiġi applikata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Dan isir sabiex ikun hemm rabta aħjar bejn ir-rwol tal-korp regolatorju nazzjonali u r-rwol ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' f'każijiet eċċezzjonali jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mid-data tar-referenza.

Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u tadotta deċiżjoni dwarhom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tressaq il-paragrafu eqreb lejn il-proċedura standard għall-atti ta' implimentazzjoni. Ir-referenza għall-Artikolu 64(3) li jirreferi għall-proċedura ta' eżami, toqrob fil-kontenut għad-dispożizzjoni oriġinali tal-Artikolu 63(2).

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 63 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Miżuri mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bħala atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(3).

3. Miżuri mfassla skont l-Artikoli 10(2), 11(4), 14(2) u 17(5) biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-Direttiva b'kundizzjonijiet uniformi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bħala atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet introdotta sabiex ikun speċifikat b'mod aktar ċar għal liema artikoli l-Kummissjoni għandha titħalla tadotta atti ta' implimentazzjoni.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 64 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit minn din id-Direttiva. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda teknika biex it-test ikun aġġornat skont l-aħħar tibdiliet fil-leġiżlazzjoni rigward l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi u li tispeċifika l-Kumitat imsemmi f'dan il-paragrafu.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 64 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda teknika biex it-test ikun aġġornat skont l-aħħar tibdiliet fil-leġiżlazzjoni rigward l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda teknika biex it-test ikun aġġornat skont l-aħħar tibdiliet fil-leġiżlazzjoni rigward l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli [...] u mal-Annessi [...] sa mhux aktar tard minn [...]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli [...] u mal-Annessi [...] sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din hija RIFORMULAZZJONI ta’ 3 Direttivi li diġà kellhom jiġu implimentati mill-Istati Membri, għalhekk il-proċeduri ta’ ksur għadhom għaddejjin; żmien ta' 12-il xahar huwa aktar minn biżżejjed.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Anness I - parti 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq;

– Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess għal min ikun bil-mixi u bit-triq;

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS II

imħassar

Lista tal-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura

 

(imsemmija fl-Artikolu 7)

 

Lista tal-funzjonijiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7:

 

it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' mogħdijiet inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta' mogħdijiet tal-ferrovija individwali,

 

it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-debitar bl-imposti tal-infrastruttura, inklużi d-determinazzjoni u l-ġbir tal-imposti,

 

Ġustifikazzjoni

L-Anness II kien integrat fl-Artikolu 7 għaliex il-kontenut hu meqjus element essenzjali mit-test.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS III

ANNESS III

Servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji

Servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji

1. Il-pakkett ta' aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:

1. Il-pakkett ta' aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:

(a) fl-immaniġġjar ta’ talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(a) fl-immaniġġjar ta’ talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(b) fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;

(b) fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;

(c) fl-użu ta' running track points u ġonot;

(c) fl-użu ta' running track points u ġonot;

(d) fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispaċċ u l-komunikazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;

(d) fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispaċċ u l-komunikazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;

(e) l-użu ta’ tagħmir għall-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni, meta disponibbli;

(e) l-użu ta’ tagħmir għall-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni, meta disponibbli;

(f) f’faċilitajiet għall-għoti tal-fjuwil mill-ġdid, fejn dawn ikunu disponibbli;

 

(g) l-informazzjoni oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħaddim tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.

(g) l-informazzjoni oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħaddim tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.

2. Għandu jingħata wkoll aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi u għall-provvista tas-servizzi fil-faċilitajiet li ġejjin:

2. Għandu jingħata wkoll aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi li ġejjin, meta dawn ikunu jeżistu, u għas-servizzi pprovduti f'dawn il-faċilitajiet:

(a) stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u faċilitajiet oħrajn , inklużi faċilitajiet tal-biljetti u tal-informazzjoni;

(a) stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u faċilitajiet oħrajn, inklużi faċilitajiet tal-informazzjoni dwar il-vjaġġi u post komuni xieraq għas-servizzi tal-biljetti;

(b) terminali tal-merkanzija;

(b) terminali tal-merkanzija;

(c) marshalling yards;

(c) marshalling yards;

(d) faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija;

(d) faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija;

(e) sidings għall-ħażna;

(e) sidings għall-ħażna;

(f) manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħrajn;

(f) manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħrajn;

(g) faċilitajiet tal-port li huma marbuta mal-attivitajiet ferrovjarji;

(g) faċilitajiet tal-port li huma marbuta mal-attivitajiet ferrovjarji;

(h) faċilitajiet ta’ għajnuna, inkluż l-irmunkar;

(h) faċilitajiet ta’ għajnuna, inkluż l-irmunkar;

 

(ha) il-faċilitajiet ta' għoti tal-fjuwil mill-ġdid u l-provvista ta' fjuwil f'dawn il-faċilitajiet , li l-imposti għal dan għandhom jintwerew separatament fil-fatturi mill-imposti għall-użu tal-faċilitajiet ta' għoti tal-fjuwil mill-ġdid.

3. Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:

3. Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:

(a) kurrent tat-trazzjoni, li l-imposti għalihom fuq il-fatturi għandhom jintwerew separatament mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku;

(a) kurrent tat-trazzjoni, li tiegħu l-impriża ferrovjarja għandha tkun libera li tagħżel il-fornitur; meta l-fornitu tal-kurrenti tat-trazzjoni jkun identiku għall-operatur tal-faċilità l-imposti għall-kurrent tat-trazzjoni għandhom jintwerew separatament mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku;

(b) it-tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;

(b) it-tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;

(c) il-provvista ta’ fjuwil, li l-imposti għaliha fuq il-fatturi għandhom jintwerew separatament mill-imposti għall-użu tal-faċilitajiet tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid;

 

(d) kuntratti speċifiċi għal:

(d) kuntratti speċifiċi għal:

– kontroll tat-trasport ta' merkanzija perikoluża,

– kontroll tat-trasport ta' merkanzija perikoluża,

– assistenza fit-tħaddim ta' ferroviji mhux tas-soltu

– assistenza fit-tħaddim ta' ferroviji mhux tas-soltu

4. Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:

4. Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:

(a) aċċess għan-netwerk tat-telekomunikazzjoni;

(a) aċċess għan-netwerk tat-telekomunikazzjoni;

(b) il-forniment ta’ informazzjoni supplementari;

(b) il-forniment ta’ informazzjoni supplementari;

(c) l-ispezzjoni teknika tar-rolling stock.

(c) l-ispezzjoni teknika tar-rolling stock.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

16a. In-numru tal-aċċidenti, l-inċidenti u l-inċidenti serji skont id-Direttiva 2004/49/KE li seħħew matul is-sena ta' qabel.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li għandha tkun miġbura u mibgħuta lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju għandha tinkludi wkoll data dwar il-qagħda tas-sikurezza tal-ferroviji fl-Istati Membri tal-UE.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS V

imħassar

Qagħda finanzjarja tajba

 

(imsemmija fl-Artikolu 20)

 

1. Qagħda finanzjarja tajba għandha tiġi verifikata bil-kontijiet annwali tal-impriża ferrovjarja jew, fil-każ ta' impriżi applikanti li ma jistgħux jippreżentaw kontijiet annwali, permezz ta' karta tal-bilanċi . Trid tingħata informazzjoni dettaljata, b'mod partikolari ta' dawn l-aspetti:

 

(a) il-fondi disponibbli, inklużi l-bilanċ bankarju, id-dispożizzjonijiet ta' pledged overdraft u s-self;

 

(b) il-fondi u l-assi disponibbli bħala garanzija;

 

(c) il-kapital għax-xogħol;

 

(d) l-ispejjeż rilevanti, inklużi l-ispejjeż ta' ħlasijiet għall-karozzi, l-art, il-bini, l-istallazzjonijiet u r-rolling stock;

 

(e) l-imposti fuq l-assi tal-impriża.

 

2. B'mod partikolari, applikant mhux ikkunsidrat bħala finanzjarjament stabbli jekk arretrati konsiderevoli ta' taxxa jew sigurtà soċjali huma dovuti bħala riżultat tal-attività tal-impriża.

 

3. L-awtorità tista' b'mod partikolari teħtieġ l-għoti ta' rapport uffiċjali u dokumenti tajba minn bank, bank ta' kont kurrenti, accountant jew awditur. Dawn id-dokumenti jrid ikun fihom informazzjoni dwar l-affarijiet msemmija fil-punt 1.

 

Ġustifikazzjoni

L-Anness kien integrat fl-Artikolu 20 għaliex hu meqjus element essenzjali mit-test.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Anness VI – sentenza introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:

Is-sezzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:

Ġustifikazzjoni

Peress li l-elementi ewlenin tal-Anness VI kienu ttrasferiti għall-Artikolu 27, is-sentenza introduttorja għall-anness trid tiġi adattata.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonjiet tal-aċċess għaliha. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun konsistenti mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-parti tal-Anness VI ġiet trasferita fl-Artikolu 27.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Taqsima dwar il-prinċipji ta' imposti u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness III li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 31 sa 36, fir-rigward ta' kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti . Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin.

2. It-taqsima dwar il-prinċipji ta' imposti u tariffi għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness III li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 31(4) u (5) sa 36, fir-rigward ta' kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti. Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin.

Ġustifikazzjoni

It-test jeħtieġ adattament għaliex partijiet tal-Anness VI ġew trasferiti fl-Artikolu 27.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Din għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta' kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:

It-taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta' kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:

Ġustifikazzjoni

It-test jeħtieġ adattament għaliex partijiet tal-Anness VI ġew trasferiti fl-Artikolu 27.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafi 4 u 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni għal liċenzja msemmija fl-Artikolu 25 u dwar iċ-ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE.

imħassar

5. Taqsima dwar l-informazzjoni dwar proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-appelli relatati ma' kwistjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizziferovjarji u mal-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35.

 

Ġustifikazzjoni

Dawn il-partijiet tal-Anness VI ġew trasferiti fl-Artikolu 27.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-aċċess u l-iddebitar bl-imposti għall-faċilitajiet ta' servizzi msemmija fl-Anness III. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizzi li mhumiex ikkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba tal-aċċess għall-faċilità u għall-forniment tas-servizzi, u informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-aċċess tekniku għall-inklużjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-parti tal-Anness VI tressqet lejn l-Artikolu 27.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Anness VI – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Ftehim li jservi ta' mudell għall-konklużjoni ta' ftehimiet qafas bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant skont l-Artikolu 42.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-parti tal-Anness VI ġiet trasferita fl-Artikolu 27.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Anness VII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness VII

Anness VII

Prinċipji u parametri bażiċi ta’ ftehimiet kuntrattwali bejn awtoritajiet kompetenti u l-maniġers tal-infrastruttura

Prinċipji u parametri bażiċi ta’ ftehimiet kuntrattwali bejn awtoritajiet kompetenti u l-maniġers tal-infrastruttura

(imsemmija fl-Artikolu 30)

(imsemmija fl-Artikolu 30)

Il-ftehim kuntrattwali għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30, inklużi:

Il-ftehim kuntrattwali għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30, inklużi:

1. l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness III. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem. Il-bini ta' infrastruttura ġdida tista' tkun inkluża bħala element separat;

1. l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness III. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem. Il-bini ta' infrastruttura ġdida tista' tkun inkluża bħala element separat;

2. l-istruttura tal-ħlasijiet mifthema assenjati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness III, għall-manutenzjoni, għall-bini ta' infrastruttura ġdida u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta' manutenzjoni;

2. l-istruttura tal-ħlasijiet mifthema, inkluż it-tbassir indikattiv tal-livell mistenni tagħhom, assenjati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness III, għall-manutenzjoni inkluż it-tiġdid u l-aġġornament, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta' manutenzjoni; il-ħlasijiet għall-infrastruttura ġdida jistgħu jkunu inklużi bħala punt separat;

3. il-miri ta’ prestazzjoni orjentati lejn l-utent, fil-forma ta’ indikaturi u kriterji ta’ kwalità li jkopru:

3. il-miri ta’ prestazzjoni orjentati lejn l-utent, fil-forma ta’ indikaturi u kriterji ta’ kwalità li jkopru:

(a) il-prestazzjoni tal-ferrovija u s-sodisfazzjon tal-konsumatur,

(a) il-prestazzjoni tal-ferrovija u s-sodisfazzjon tal-konsumatur, b'mod partikolari l-effett tal-kwalità tal-infrastruttura fuq l-affidabilità tal-ferroviji;

(b) il-kapaċità tan-netwerk,

(b) il-kapaċità tan-netwerk u d-disponibilità tal-infrastruttura,

(c) l-immaniġjar tal-assi,

(c) l-immaniġjar tal-assi,

(d) il-volumi tal-attivitajiet,

(d) il-volumi tal-attivitajiet,

(e) il-livelli ta’ sikurezza, u

(e) il-livelli ta’ sikurezza, u

(f) il-protezzjoni tal-ambjent,

(f) il-protezzjoni tal-ambjent,

4. l-ammont ta' xogħol pendenti possibbli ta' manutenzjoni, in-nefqa allokata għalih u l-assi li se jinħarġu gradwalment mill-użu u li għalhekk se jagħtu bidu għal flussi finanzjarji differenti;

4. l-ammont ta' xogħol pendenti possibbli ta' manutenzjoni, in-nefqa allokata għalih u l-assi li se jinħarġu gradwalment mill-użu u li għalhekk se jagħtu bidu għal flussi finanzjarji differenti;

5. l-inċentivi skont l-Artikolu 30(1);

5. l-inċentivi skont l-Artikolu 30(1);

6. l-obbligi minimi ta’ rappurtar għall-maniġer tal-infrastruttura f’termini tal-kontenut u l-frekwenza tar-rappurtar, inkluża informazzjoni li għandha tkun ippubblikata kull sena;

6. l-obbligi minimi ta’ rappurtar għall-maniġer tal-infrastruttura f’termini tal-kontenut u l-frekwenza tar-rappurtar, inkluża informazzjoni li għandha tkun ippubblikata kull sena;

7. il-mekkaniżmu li jiżgura li sehem sinifikanti mit-tnaqqis tal-ispiża jingħadda lill-utenti fil-forma ta' livell imnaqqas tal-imposti;

7. il-mekkaniżmu li jiżgura li sehem sinifikanti mit-tnaqqis tal-ispiża jingħadda lill-utenti fil-forma ta' livell imnaqqas tal-imposti, bi qbil mal-ħtiġiet tal-Artikolu 30(1), mingħajr ma jkun kompromess il-bilanċ tal-kontijiet tal-maniġer tal-infrastruttura kif meħtieġ skont l-Artikolu 8(4);

8. it-tul ta’ żmien mifthiem tal-ftehim, li għandu jkun sinkronizzat u konsistenti mat-tul tal-pjan tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura u mal-konċessjoni jew mal-liċenzja tiegħu, kif ukoll il-qafas u r-regoli tad-debitu bl-imposti stabbiliti mill-Istat;

8. it-tul ta’ żmien mifthiem tal-ftehim, li għandu jkun sinkronizzat u konsistenti mat-tul tal-pjan tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura u mal-konċessjoni jew mal-liċenzja tiegħu, kif ukoll il-qafas u r-regoli tad-debitu bl-imposti stabbiliti mill-Istat;

9. ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż livell minimu ta' servizz fil-każ ta' strajk, jekk ikun hemm, u fil-każ ta' terminazzjoni bikrija, u l-informazzjoni tal-utenti;

9. ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta emerġenza u fil-każ ta' terminazzjoni bikrija, u l-informazzjoni f'waqtha tal-utenti;

10. il-miżuri ta' rimedju li għandhom jittieħdu jekk xi waħda mill-partijiet tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha; dawn jinkludu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u għat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim kuntrattwali, inkluż ir-rwol tal-korp regolatorju.

10. il-miżuri ta' rimedju li għandhom jittieħdu jekk xi waħda mill-partijiet tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha; dawn jinkludu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u għat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim kuntrattwali, inkluż ir-rwol tal-korp regolatorju.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS VIII

ANNESS VIII

Rekwiżiti għall-ispejjeż u l-imposti relatati mal-infrastruttura ferrovjarja

Rekwiżiti għall-ispejjeż u l-imposti relatati mal-infrastruttura ferrovjarja

(imsemmija fl-Artikoli 31(3) u (5); 32(1) u (3) u l-Artikolu 35)

(imsemmija fl-Artikoli 31(3) u (5); 32(1) u (3) u l-Artikolu 35)

1. Spejjeż diretti għas-servizz ferrovjarju msemmi fl-Artikolu 31(3), li huma relatati mal-użu ta’ kuljum tal-infrastruttura, ma għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin:

1. Spejjeż diretti għas-servizz ferrovjarju msemmi fl-Artikolu 31(3), li huma relatati mal-użu ta’ kuljum tal-infrastruttura, ma għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a) L-ispejjeż ġenerali tan-netwerk kollha, inklużi s-salarji u l-pensjonijiet;

(a) L-ispejjeż ġenerali tan-netwerk kollha;

(b) L-interess pagabbli fuq il-kapital;

(b) L-interess pagabbli fuq il-kapital;

(c) Aktar minn għaxra fil-mija tal-ispejjeż relatati mal-iskedar, l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija, l-immaniġjar tat-traffiku, id-dispaċċ u s-senjalar ta' vjaġġ tal-ferrovija;

 

(d) Id-deprezzament tat-tagħmir tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni jew tat-telekomunikazzjoni;

(d) Id-deprezzament tat-tagħmir tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni jew tat-telekomunikazzjoni;

(e) L-ispejjeż relatati mal-immaniġġjar tal-beni immobbli, b'mod partikolari l-akkwist, il-bejgħ, iż-żarmar, id-dekontaminazzjoni, il-kultivazzjoni mill-ġdid jew il-kiri ta' art jew ta’ assi fissi oħra;

(e) L-ispejjeż relatati mal-immaniġġjar tal-beni immobbli, b'mod partikolari l-akkwist, il-bejgħ, iż-żarmar, id-dekontaminazzjoni, il-kultivazzjoni mill-ġdid jew il-kiri ta' art jew ta’ assi fissi oħra;

(f) Is-servizzi soċjali, l-iskejjel, il-kindergartens, ir-ristoranti;

(f) L-iskejjel, il-kindergartens;

(g) L-ispejjeż relatati ma’ diżastri naturali, aċċidenti u tfixkil fis-servizz.

(g) L-ispejjeż relatati ma’ diżastri naturali, aċċidenti u tfixkil fis-servizz.

Meta l-ispejjeż diretti jkunu, fuq medja man-netwerk kollu, 35 % aktar mill-ispejjeż medji tal-manutenzjoni, l-immaniġġjar u t-tiġdid tan-netwerk ikkalkulati abbażi ta’ vjaġġ ta’ ferrovija fuq kilometru, dan għandu jkun iġġustifikat fid-dettall lill-korp regolatorju mill-maniġer tal-infrastruttura. L-ispejjeż medji kkalkulati għal dan l-iskop għandhom jeskludu l-elementi tal-ispiża msemmija fil-punti (e), (f) jew (g).

Meta l-ispejjeż diretti jkunu, fuq medja man-netwerk kollu, 35 % aktar mill-ispejjeż medji tal-manutenzjoni, l-immaniġġjar u t-tiġdid tan-netwerk ikkalkulati abbażi ta’ vjaġġ ta’ ferrovija fuq kilometru, dan għandu jkun iġġustifikat fid-dettall lill-korp regolatorju mill-maniġer tal-infrastruttura. L-ispejjeż medji kkalkulati għal dan l-iskop għandhom jeskludu l-elementi tal-ispiża msemmija fil-punti (e), (f) jew (g).

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Anness VIII – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri lill-korp regolatorju l-abbiltà ta' servizz ferrovjarju li jħallas mark-ups skont l-Artikolu 32(1), fejn kull wieħed mis-servizzi mniżżla f'wieħed mill-punti li ġejjin għandu jifforma parti minn taqsimiet differenti tas-suq:

3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddefinixxi taqsimiet omoġeni tas-suq u mark-ups korrispondenti fis-sens tal-Artikolu 32(1), abbażi tal-istudju tas-suq u wara l-konsultazzjoni mal-applikanti. Għajr għall-ġarr imsemmi fl-Artikolu 32.1a, il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri lill-korp regolatorju l-abbiltà ta' servizz ferrovjarju li jħallas mark-ups skont l-Artikolu 32(1). Fil-każ li l-maniġer tal-infrastruttura jimponi żidiet fl-imposti, dan għandu jiżviluppa lista ta' segmenti tas-suq li għalihom il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel.

(a) Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri vs servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

 

(b) Ferroviji li jġorru oġġetti perikolużi vs ferroviji ta' merkanzija oħra;

 

(c) Servizzi domestiċi vs servizzi internazzjonali;

 

(d) Servizzi magħquda ta' trasport vs ferroviji diretti;

 

(e) Servizzi urbani jew reġjonali vs servizzi interurbani tal-passiġġieri;

 

(f) Ferroviji b'vaguni li jibqgħu flimkien mit-tluq sad-destinazzjoni (block trains) vs ferroviji b'vaguni li jitgħabbew individwalment;

 

(g) Servizzi ferrovjarji regolari vs servizzi ferrovjarji okkażjonali.

 

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Sabiex jintlaħaq il-livell mifthiem ta' kwalità tas-servizz u sabiex ma tkunx ipperikolata l-vijabbiltà ekonomika tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqbel mal-applikanti, wara l-approvazzjoni mill-korp regolatorju, dwar il-parametri prinċipali tal-iskema tal-prestazzjoni, b'mod partikolari dwar il-valur tad-dewmien, il-limiti għall-ħlasijiet li jridu jingħataw taħt l-iskema tal-prestazzjoni, kemm skont il-vjaġġi individwali tal-ferroviji kif ukoll għall-vjaġġi kollha tal-ferroviji ta' impriża ferrovjarja f'perjodu ta' żmien partikolari;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-elementi tal-Anness VIII li tħassru, ġew trasferiti fl-Artikolu 35.2.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika l-iskeda ta' żmien lill-impriżi ferrovjarji, abbażi ta' liema skeda se jiġi kkalkulat id-dewmien, mill-anqas ħamest ijiem qabel il-vjaġġ tal-ferrovija;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-elementi tal-Anness VIII li tħassru, ġew trasferiti fl-Artikolu 35.2.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, fil-każ ta' tilwim dwar l-iskema tal-prestazzjoni, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tintlaħaq deċiżjoni fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-elementi tal-Anness VIII li tħassru, ġew trasferiti fl-Artikolu 35.2.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 4 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) Darba fis-sena, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika l-livell medju annwali tal-kwalità tas-servizz miksub mill-impriża ferrovjarja abbażi tal-parametri prinċipali mifthiema fl-iskema tal-prestazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-elementi tal-Anness VIII li tħassru, ġew trasferiti fl-Artikolu 35.2.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-tnaqqis temporanju tal-imposta tal-infrastruttura għal ferroviji mgħammra bl-ETĊS, kif imsemmi fl-Artkolu 32(3) għandu jkun stabbilit kif ġej:

5. It-tnaqqis temporanju tal-imposta tal-infrastruttura għal ferroviji mgħammra bl-ETCS, kif imsemmi fl-Artkolu 32(3) għandu jkun stabbilit kif ġej:

Għat-trasport tal-merkanzija:

Għat-trasport tal-merkanzija:

Sena

L-iskont

Sena

Skont

2015

5%

2015

20%

2016

5%

2016

20%

2017

5%

2017

20%

2018

5%

2018

15%

2019

5%

2019

10%

2020

5%

2020

8%

2021

4%

2021

6%

2022

3%

2022

4%

2023

2%

2023

3%

2024

1%

2024

3%

Għat-trasport tal-passiġġieri

Għat-trasport tal-passiġġieri

Sena

L-iskont

Sena

Skont

 

 

2015

10%

 

 

2016

10%

 

 

2017

10%

 

 

2018

10%

 

 

2019

10%

2020

5%

2020

8%

2021

5%

2021

6%

2022

5%

2022

5%

2023

5%

2023

4%

2024

5%

2024

2%

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Anness 10 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jinkludi kategoriji tan-nefqa u l-profitt biex ikun possibbli li jiġi determinat jekk ingħatawx sussidji inkroċati bejn dawn l-attivitajiet differenti, skont ir-rekwiżiti tal-korp regolatorju;

(c) jinkludi kategoriji tan-nefqa u l-profitt biex ikun possibbli li jiġi determinat jekk ingħatawx sussidji inkroċati bejn dawn l-attivitajiet differenti, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 u kif meqjus neċessarju u proporzjonat mill-korp regolatorju;

  • [1]  Testi adottati, P7_TA(2010)0240.
  • [2]  ĠU C ...
  • [3]  ĠU C 104, 2.4.2100, p. 53.
  • [4]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
  • [5]               ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

L-ewwel pakkett ferrovjarju adottat fl-2001 kien l-ewwel tentattiv reali biex it-trasport ferrovjarju ma jibqax imur lura u biex jiġi riformat il-qafas regolatorju Ewropew. L-għan tiegħu kien li jiżgura l-integrazzjoni tas-settur u jtejjeb l-attrattiva tiegħu meta mqabbel ma' modi oħrajn ta' trasport.

Għaxar snin wara naraw li din l-ewwel riforma ma kinitx kapaċi ttejjeb b'mod sinifikanti l-qagħda tal-ferroviji: it-trasport ferrovjarju ma setax ilaħħaq ma' modi oħra tat-trasport, b'mod partikolari t-trasport bit-triq. Pereżempju bejn l-1996 u l-2008 s-sehem tal-merkanzija ferrovjarja naqas bi kważi 2 u 10.8%, waqt li l-ġarr tal-merkanzija bit-triq żdied minn 42.1 sa 45.9%. Dan l-iżvilupp huwa saħansitra aktar ta' tħassib fl-isfond tat-tkabbir globali stabbli fit-trasport tal-merkanzija b'madwar 2.3% fis-sena: is-settur tal-ferroviji ma kienx kapaċi jgawdi minn ambjent li taħt aspetti oħra kien favorevoli. Fejn it-trakkijiet u l-ajruplani jaqsmu l-fruntieri mingħajr xkiel, is-servizzi ferrovjarji transnazzjonali jiltaqgħu ma' bosta ostakli tekniċi, legali u politiċi. Iżda filwaqt li t-trasport bit-triq b'mod partikolari qed juri aktar u aktar sinjali ta' saturazzjoni żejda, it-trasport ferrovjarju għad għandu potenzjal għat-tkabbir. Barra minn hekk, jista' jkollu rwol ewlieni fl-appoġġ għall-għanijiet tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u jista' jagħmel l-ekonomija tagħha iktar effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi. Il-Kummissjoni Ewropea fil-White Paper tal-2011 tagħha għalhekk ġustament tattribwixxi rwol ewlieni għat-trasport bil-ferrovija fil-kisba tal-għanijiet ta' sistema tat-trasport aktar sostenibbli u aktar ekoloġika għall-Ewropa.

Waħda mir-raġunijiet prinċipali għas-sitwazzjoni statika tal-ferroviji huma l-ħafna diskrepanzi fir-regoli nazzjonali. Ir-regolamentazzjoni tavrja b'mod li ma jibqax ta' ġid għas-settur. Din il-problema qed tkun amplifikata mill-implimentazzjoni ħażina tal-ewwel pakkett ferrovjarju minn ħafna Stati Membri. Wara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ġunju 2010 dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni tellgħat 13-il Stat Membru quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja talli "naqsu milli jimplimentaw korrettament id-diversi partijiet tal-ewwel pakkett ferrovjarju." Dawn il-proċeduri ta' ksur ċertament juru l-ħtieġa li tkun iċċarata u mtejba l-leġiżlazzjoni. Raġuni oħra għat-tħassib hija n-nuqqas ta' investiment mill-Istati Membri fl-infrastruttura, li l-kwalità tagħha tiddetermina ħafna l-kompetittività tas-settur. Ħafna Stati Membri ttraskuraw l-iffinanzjar tal-ferroviji waqt taw il-massimu tal-appoġġ lill-infrastruttura tat-toroq.

2. Ir-rimarki u l-proposti tar-rapporteur

Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, jekk is-settur ferrovjarju għandu jkabbar is-sehem modali tiegħu, il-leġiżlazzjoni eżistenti teħtieġ reviżjoni bir-reqqa. Peress li s-sistema attwali wriet in-nuqqasijiet tagħha, ir-regoli jeħtieġ li jiġu msaħħa u armonizzati u elementi ġodda jeħtieġu li jiġu miżjuda biex il-ferroviji jsiru aktar attraenti bħala mezz ta' trasport kemm għall-passiġġieri u kemm għall-merkanzija.

It-tfassil mill-ġdid għandu jirrealizza żona ferrovjarja Ewropea komprensiva u integrata. Dan l-għan huwa appoġġjat mir-rapporteur tagħkom, kif kien diġà appoġġjat mill-Parlament waqt id-dibattiti dwar il-pakketti ferrovjarji preċedenti. Ir-riforma attwali għandha tmur lil hinn mill-limiti ta' interessi definiti nazzjonalment fis-settur ferrovjarju. Issa huwa ż-żmien għall-kostruzzjoni ta' żona ferrovjarja tassew Ewropea fejn il-passiġġieri u l-merkanżija jistgħu jaqsmu l-fruntieri mingħajr problemi.

Ir-rapporteur tagħkom tixtieq tipproponi numru ta' emendi:

(a) Is-separazzjoni tat-tmexxija tal-infrastruttura u tal-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport

In-nuqqas ta' indipendenza tal-ġestjoni tal-infrastruttura jevita l-integrazzjoni verament transnazzjonali tan-netwerks ferrovjarji li għadhom ġestiti skont kunsiderazzjonijiet nazzjonali li sikwit ikunu ddominati mill-interessi tal-impriżi ferrovjarji storiċi. Konsegwentement, dan jillimita l-attrazzjoni tal-ferrovija għal operaturi ġodda, għal servizzi ġodda u eventwalment għall-klijenti. Dan inaqqas il-possibbiltajiet ta' operazzjonijiet ta' trasport transkonfinali li huma ta' importanza kruċjali għall-ferroviji biex isiru kompetittivi vis-à-vis t-triq (merkanzija) u l-ajru (passiġġieri). Minħabba d-daqs tal-Istati Membri tal-UE ħafna konnessjonijiet ta' distanza medja ta' 300km jimplikaw diġà l-qsim tal-fruntiera ta' Stat Membru wieħed jew ta' diversi Stati Membri.

Il-White Paper tal-2011 telenka fost l-aktar inizjattivi importanti tagħha l-ħtieġa ta' "l-iżgurar effikaċi u nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja". Dan ifisser li l-Kummissjoni hija determinata li tkompli tiftaħ is-suq ferrovjarju fil-futur qrib. Għalhekk, jekk is-suq ferrovjarju għandu jkun liberalizzat, hu essenzjali li l-kundizzjonijiet ta' operazzjoni f'suq tant miftuħ ikunu kemm jista' jkun mhux diskriminatorji u trasparenti. Il-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Ġunju 2010, irrikonoxxa din ir-rabta, u ddikjara li "l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura hija prekundizzjoni sabiex l-operaturi kollha jkunu ttrattati b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju" (paragrafu 7). Sabiex ikun hemm dawn il-kundizzjonijiet indaqs, għandha tiddaħħal is-separazzjoni bejn il-ġestjoni ta' infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' servizz, kif tirrikonoxxi wkoll il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha. Huwa l-għan tar-rapporteur tagħkom li tipprepara tali kundizzjonijiet indaqs qabel jinfetaħ iktar is-suq ferrovjarju. Jekk dan ma jsirx, il-ftuħ tas-suq jista' jwassal għal żviluppi negattivi fejn operaturi ferrovjarji storiċi qawwija jkunu jistgħu jkomplu jabbużaw il-konnessjoni mill-qrib iżżejjed tagħhom mal-ġestjoni tal-infrastruttura għad-detriment tal-kompetituri.

Barra minn hekk it-tfassil mill-ġdid attwali qed jittratta dawk il-partijiet tal-leġiżlazzjoni li jkollhom jerġgħu jiġu nnegozjati jekk is-separazzjoni tkun ittrattata fi stadju aktar tard. Il-ħin u r-riżorsi jistgħu jkunu ffrankati jekk il-Parlament bħala ko-leġiżlatur jiddeċiedi li jaġixxi issa u jintroduċi l-bidliet meħtieġa.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tagħkom qed tipproponi forma ta' separazzjoni sħiħa sabiex jinħoloq kontroll tal-infrastruttura indipendenti mill-operazzjonijiet tas-servizz u biex ikun żgurat li l-monopolju naturali li huwa n-netwerk ikun ġestit għall-benefiċċju tal-operaturi tas-servizz kollha. Dan kieku jistabbilixxi l-bażi għal aktar kompetizzjoni, aktar investiment u servizzi aħjar. Jekk l-UE trid iżżid is-sehem modali tat-trasport ferrovjarju u toħloq żona ferrovjarja Ewropea unika għandha bżonn sistemi ferrovjarji separati b'mod koerenti.

(b) Il-korp regolatorju

Ir-rapporteur tagħkom tappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni biex iżżid l-indipendenza u l-poteri tal-korpi regolatorji nazzjonali u tqis it-tisħiħ tal-kontroll regolatorju vitali għas-settur ferrovjarju: il-kontroll regolatorju effikaċi f'livell nazzjonali u Ewropew huwa prekundizzjoni indispensabbli biex tintlaħaq aktar integrazzjoni tas-swieq ferrovjarji nazzjonali, billi tissalvagwardja r-regoli ta' suq ferrovjarju ġust u mhux diskriminatorju.

Id-dimensjoni Ewropea tal-kontroll regolatorju għandha tiġi msaħħa. Qed ikunu sottomessi emendi li jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' netwerk Ewropew ta' korpi regolatorji li għandu jwitti t-triq għal korp regolatorju Ewropew.

(c) Il-finanzjament tal-infrastruttura u l-impożizzjoni ta' tariffi

Ir-rapporteur tagħkom tappoġġa l-pjan tal-Kummissjoni li tagħmel il-kuntratt multiannwali l-proċedura standard għall-formalizzazzjoni tal-finanzjament li l-Istati Membri jipprovdu lill-maniġers tal-infrastrutturi. It-tul ta' dan il-ftehim għandu jiġi estiż minn ħames għal sebgħa snin biex isaħħaħ l-istabilità tal-ippjanar għas-settur.

Il-Parlament ikkritika regolarment in-nuqqas ta' investiment u finanzjament tas-sistemi ferrovjarji min-naħa tal-Istati Membri, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam man-netwerk TEN-T, minkejja l-eżistenza ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fid-Direttiva 2001/12 dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u tad-dejn ferrovjarju.

Fir-rigward tal-modulazzjoni tal-piżijiet fuq l-infrastrutturi skont l-emissjoni ta' storbju tal-ferroviji, ir-rapporteur tagħkom tqis li l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għandha tkun ikkoordinata bejn il-modi ta' trasport biex jinħolqu kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni intramodali u intermodali. Hija qed tipproponi emendi sabiex tkun enfasizzata din il-kundizzjoni, b'mod partikolari vis-à-vis t-trasport bit-triq, u tkun introdotta sistema ta' bonus biex iżżid l-inċentivi għall-investiment. Barra minn hekk qed tkun proposta sistema ta' bonus malus biex tinkoraġixxi l-użu ta' tagħmir tal-ETCS li permezz tagħha l-ferroviji mgħammra bl-ETCS jirċievu tnaqqis fl-imposti li jagħmlu tajjeb għalih imposti ogħla għall-ferroviji mingħajr ETCS. Is-sistema m'għandha tħalli l-ebda impatt fuq id-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura.

Wieħed mill-għanijiet tal-ewwel pakkett kien l-armonizzazzjoni tal-imposti sabiex tkun issimplifikata s-sistema ta' ħlasijiet. Huwa importanti li naqblu dwar standards komuni għall-imposti li d-dettalji tagħhom huma speċifikati prinċipalment fl-Anness VIII.

(d) Il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi u għall-faċilitajiet tas-servizzi

Il-Kummissjoni tipproponi s-separazzjoni legali u organizzattiva tal-faċilitajiet tas-servizz minn impriżi ferrovjarji dominanti. Aċċess faċli għall-faċilitajiet tas-servizzi huwa essenzjali biex jgħin lill-operaturi ġodda li joffru s-servizzi tagħhom fuq in-netwerk. Ir-rapporteur tagħkom tappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward: l-operaturi ta' faċilità ta' servizz għandhom jitħallew jiġbdu klijenti mill-operaturi kollha tat-trasport.

(e) L-annessi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-atti ddelegati

Disa' mit-tnax-il anness tal-proposta jistgħu jiġu modifikati permezz ta' atti ddelegati skont il-Kummissjoni. Ir-rapporteur tagħkom tifhem li l-Kummissjoni għandha bżonn biżżejjed flessibilità biex tadatta r-regoli skont żviluppi ġuridiċi, politiċi u tekniċi. Madankollu, id-Direttiva għandha tipprovdi bażi ta' regolamentazzjoni soda li tagħti indikazzjonijiet ċari fir-rigward ta' lejn liema direzzjoni għandha tipponta l-Kummissjoni. Ir-rapporteur tagħkom tqis li l-Annessi II sa VIII fihom elementi essenzjali tad-Direttiva u għalhekk għandhom ikunu kompletament jew parzjalment modifikati permezz tal-proċedura leġiżlattiva normali. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet tat-Trattat ta' Lisbona u l-fehim interistituzzjonali komuni l-ġdid dwar il-kliem eżatt tad-dispożizzjonijiet dwar atti ddelegati, jeħtieġ li jitressqu numru ta' emendi tekniċi. Għandhom jiddaħħlu wkoll adattamenti dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-atti ta' implimentazzjoni: numru minnhom għandhom jaqgħu pjuttost taħt ir-reġim tal-atti ddelegati.

(f) Il-kundizzjonijiet tax-xogħol

Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-iżvilupp tal-impjieg u tax-xogħol fis-settur ferrovjarju jkollhom rwol aktar prominenti fil-leġiżlazzjoni attwali, ir-rapporteur tagħkom ħejjiet numru ta' emendi, bħat-tisħiħ ulterjuri tal-prekundizzjoni tar-rispett tal-liġi tax-xogħol u r-regoli dwar is-sikurezza okkupazzjonali għal impriża ferrovjarja meta din titlob liċenzja. L-awtoritajiet se jkunu mitluba jiġbru data fuq l-impjiegi b'mod aktar komplet. Is-sieħba soċjali għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni.

(g) Is-sikurezza

Numru ta' inċidenti terribli wera li, għalkemm it-trasport bil-ferrovija huwa mod sikur ħafna ta' trasport, ir-regoli tas-sikurezza jeħtieġ li jkunu stretti kemm jista' jkun. Il-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza għandhom għalhekk ikollhom rwol akbar meta l-operaturi tal-ferroviji japplikaw għal liċenzja. Għandha għalhekk tinġabar data dwar inċidenti fl-Istati Membri u tingħadda lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Żona ferrovjarja unika Ewropea (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2010)0475 – C7-0268/2010 – 2010/0253(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.9.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

23.9.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.9.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Debora Serracchiani

27.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2011

12.4.2011

24.5.2011

21.6.2011

 

11.7.2011

31.8.2011

10.10.2011

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Spyros Danellis, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabelle Durant, Michael Gahler, Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaroslav Paška, Peter Simon

Data tat-tressiq

19.10.2011