RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni)

10.12.2008 - (COM(2008)0458 – C6‑0287/2008 – 2008/0153(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Wolf Klinz
(Riformulazzjoni - Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0153(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0497/2008
Testi mressqa :
A6-0497/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).

(COM(2008)0458 – C6‑0287/2008 – 2008/0153(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0458),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0287/2008),

-    wara li kkunsidra l-Ftehim interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0497/2008),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix emendi sostantivi ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Fejn dispożizzjoni minn din id-Direttiva tirrikjedi li UCITS taġixxi, dik id-dispożizzjoni għandha tinftiehem li qed tirreferi għall-kumpanija ta' maniġment fejn l-UCITS tkun kostitwita bħala fond komuni u fejn dan il-fond ma jkollu l-ebda personalità ġuridika u ma jkunx jista’ jaġixxi waħdu.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-bejgħ ta' UCITS minn intermedjarji huwa suġġett għad-Direttiva 2004/39/KE.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Permezz tal-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju, kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għandhom jitħallew iwettqu servizzi li jkunu rċevew awtorizzazzjoni għalihom fil-Komunità  billi jiġu stabbiliti fergħat jew taħt il-libertà li jitfornew servizzi. L-approvazzjoni tar-regoli tal-fondi ta' fondi komuni/unit trusts taqa' taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment .

(9) Permezz tal-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju,  kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati fl-Istat Membru tad-domiċilju  tagħhom għandhom jitħallew iwettqu servizzi li jkunu rċevew awtorizzazzjoni għalihom fil-Komunità  billi jiġu stabbiliti fergħat jew taħt il-libertà li jitfornew servizzi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-rigward ta' mmaniġġar  ta' portafoll kollettiv (immaniġġar ta' unit trusts/fondi komuni u kumpaniji ta' investiment), l-awtorizzazzjoni mogħtija lil kumpanija ta' maniġment  awtorizzata fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha għandha tippermetti li l-kumpanija twettaq fl-Istati Membri ospitanti l-attivitajiet li ġejjin: li jiġu distribwiti l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni armonizzati mmaniġġjati mill-kumpanija fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha; li jiġu distribwiti l-ishma tal-kumpaniji ta' investiment armonizzati, immaniġġjati minn din il-kumpanija; li jitwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti l-oħra kollha inklużi fl-attività tal- immaniġġar  ta' portafoll kollettiv; li jiġu mmaniġġjati  l-assi ta' kumpaniji ta' investiment inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tad-domiċilju  tagħha; li jitwettqu, abbażi ta' mandati, għan-nom ta' kumpaniji ta' maniġment  inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tad-domiċilju  tagħha, il-funzjonijiet inklużi fl-attività ta' maniġment  ta' portafoll kollettiv.

(10) Fir-rigward ta' mmaniġġar  ta' portafoll kollettiv (immaniġġar ta' unit trusts/fondi komuni u kumpaniji ta' investiment), l-awtorizzazzjoni mogħtija lil kumpanija ta' maniġment  awtorizzata fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha  għandha tippermetti li l-kumpanija twettaq fl-Istati Membri ospitanti l-attivitajiet li ġejjin: li jiġu distribwiti l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni armonizzati mmaniġġjati mill-kumpanija fl-Istat Membru tad-domiċilju  tagħha; li jiġu distribwiti l-ishma tal-kumpaniji ta' investiment armonizzati, immaniġġjati  minn din il-kumpanija; li jitwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti l-oħra kollha inklużi fl-attività tal- immaniġġar  ta' portafoll kollettiv; li jitwettqu, abbażi ta' mandati, għan-nom ta' kumpaniji ta' maniġment  inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru tad-domiċilju  tagħha, il-funzjonijiet inklużi fl-attività ta' maniġment ta' portafoll kollettiv.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-prinċipju ta’ superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni meta fatturi, bħall-kontenut ta' programmi ta' operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet realment  imwettqa jindikaw b' mod ċar li kumpanija ta' maniġment tkun għażlet is-sistema legali ta' Stat Membru wieħed għall-iskop li tevadi l-istandards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkollha l-intenzjoni li twettaq jew fil-fatt twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, kumpanija ta' maniġment  għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Skont il-prinċipju tal-kontroll tal-pajjiż tad-domiċilju, biss l-Istat Membru li fih il-kumpanija ta' maniġment  ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha jista' jiġi kkunsidrat kompetenti biex japprova r-regoli tal-fond ta' unit trusts/fondi komuni stabbiliti minn din il-kumpanija u l-għażla tad-depożitarju. Sabiex jiġi pprevenut arbitraġġ ta' superviżjoni u sabiex tisseddaq il-fiduċja  fl-effettività ta' superviżjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju, għandu jkun hemm ħtieġa għal awtorizzazzjoni ta' UCITS li ma għandhiex tkun ipprevenuta fi kwalunkwe mod milli titqiegħed fis-suq fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Dan ma għandux jaffettwa d-deċiżjoni libera, ladarba l-UCITS tkun ġiet awtorizzata, biex jintagħżel(lu) l-Istat(i) Membru/i meta l-unitajiet tal-UCITS għandhom jitqiegħdu fis-suq skont din id-Direttiva.

(11) Il-prinċipju ta’ superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni meta fatturi, bħall-kontenut ta' programmi ta' operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet realment imwettqa jindikaw b' mod ċar li kumpanija ta' maniġment tkun għażlet is-sistema legali ta' Stat Membru wieħed għall-iskop li tevadi l-istandards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkollha l-intenzjoni li twettaq jew fil-fatt twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, kumpanija ta' maniġment  għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Skont il-prinċipju tas-sorveljanza tal-pajjiż tad-domiċilju, biss l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment jistgħu jitqiesu kompetenti biex jissorveljaw l-organizzazzjoni tal-kumpanija ta’ maniġment, li għandha tkun suġġetta għal-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) L-awtoritajiet kompetenti li jawtorizzaw l-UCITS għandhom iqisu r-regoli tal-fond komuni jew tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, l-għażla tad-depożitorju u l-abilità tal-kumpanija ta’ maniġment biex tmexxi l-UCITS. Meta l-kumpanija ta’ maniġment tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, dawn għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq dikjarazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment, dwar it-tip ta’ UCITS li l-kumpanija ta’ maniġment hija awtorizzata li tmexxi. L-awtorizzazzjoni ta’ fond m’għandhiex tkun ikkundizzjunata minn rekwiżit ta' kapital addizzjonali fil-livell tal-kumpanija ta’ maniġment, mill-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija ta’ maniġment fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, jew mill-post tal-attivitajiet tal-kumpanija ta' maniġment fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissorveljaw l-osservanza tar-regoli dwar il-kostituzzjoni u l-iffunzjonar tal-UCITS, li għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni direttament mill-kumpanija ta' maniġment. Sabiex jirrimedjaw kwalunkwe ksur tar-regoli fir-responsabilità tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' UCITS għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq il-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment u, jekk ikun meħtieġ, għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni direttament kontra l-kumpanija ta’ maniġment.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c) Sabiex ikun evitat arbitraġġ ta' superviżjoni u sabiex tisseddaq il-fiduċja  fl-effettività tas-superviżjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju, rekwizit tal-awtorizzazzjoni ta' UCITS għandu jkun li ma tkunx impedita bl-ebda mod legali milli titqiegħed fis-suq fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Dan ma għandux jaffettwa l-libertà tal-UCITS, ladarba awtorizzata, li tagħżel l-Istat Membru/l-Istati Membri fejn l-unitajiet tagħha għandhom jitqiegħdu fis-suq skont din id-Direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11d) Fil-każ li UCITS tkun immexxija minn kumpanija ta’ maniġment awtorizzata fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, dik il-kumpanija ta' maniġment għandha twaqqaf proċeduri u arranġamenti adatti li jkunu adottati mill-kumpanija ta' maniġment sabiex jittrattaw ilmenti mill-investituri, pereżempju permezz ta' dispożizzjonijiet xierqa fl-arranġamenti ta' distribuzzjoni jew permezz ta' indirizz fl-Istat Membru tad-domiċiliju tal-UCITS, li mhux bilfors irid ikun indirizz tal-kumpanija ta' maniġment innifisha. Għandha twaqqaf ukoll proċeduri u arranġamenti xierqa biex tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni fuq talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, pereżempju permezz tan-nomina ta' persuna li tista' tkun ikkuntattjata minn fost l-impjegati tal-kumpanija ta' maniġment, sabiex tittratta t-talbiet għall-informazzjoni. Madankollu, kumpanija ta' maniġment bħal din m'għandhiex tkun obbligata mil-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li jkollha rappreżentant lokali f'dak l-Istat Membru sabiex iwettaq dawk id-dmirijiet.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 11 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11e) Huwa neċessarju li l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jingħata l-mezzi kollha sabiex jirrimedja kwalunkwe ksur tar-regoli dwar l-UCITS; għal dak il-għan, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandu jkun jista' jieħu miżuri preventivi kif ukoll sanzjonijiet kontra l-kumpanija ta' maniġment. Bħala l-aħħar rimedju, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandu jkollu l-possibilità li jitlob lill-kumpanija ta' maniġment biex ma tibqax tmexxi l-UCITS. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jagħmlu arranġament għal tmexxija b'mod ordnat jew il-likwidazzjoni ta' UCITS f'każ bħal dan.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet indaqs u superviżjoni xierqa fuq perjodu ta' żmien twil, il-Kummissjoni tista' teżamina l-possibilitajiet għall-armonizzazzjoni ta' arranġamenti ta' delegazzjoni fil-livell Komunitarju.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Minkejja l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni bejn il-UCITS, fużjonijiet ta’ UCITS jaffaċċaw bosta diffikultajiet leġiżlattivi u amministrattivi fil-Komunità. Għalhekk huwa neċessarju, sabiex jittejjeb l-operat tas-Suq Intern, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet Komunitarji li jiffaċilitaw fużjonijiet bejn UCITS (u kompartimenti tagħhom ta’ investiment). Minkejja li xi Stati Membri awtorizzaw biss fondi kuntrattwali, fużjonijiet bejn it-tipi kollha ta’ fondi (kuntrattwali, korporattivi u unit trusts) għandhom jiġu permessi u rikonoxxuti mil-liġijiet ta' kull Stat Membru. Din id-Direttiva tkopri dawk it-tekniċi ta’ fużjoni li huma l-aktar użati fl-Istati Membri. Ma ċċaħħadx il-UCITS milli jużaw tekniki oħra fuq bażi domestika jew transkonfinali. Dawn ser jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(18) Minkejja l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni bejn il-UCITS, fużjonijiet ta’ UCITS jaffaċċaw bosta diffikultajiet leġiżlattivi u amministrattivi fil-Komunità. Għalhekk huwa neċessarju, sabiex jittejjeb l-operat tas-Suq Intern, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet Komunitarji li jiffaċilitaw fużjonijiet bejn UCITS (u kompartimenti tagħhom ta’ investiment). Minkejja li xi Stati Membri jistgħu jawtorizzaw biss fondi kuntrattwali, fużjonijiet transkonfinali bejn it-tipi kollha ta’ fondi (kuntrattwali, korporattivi u unit trusts) għandhom jiġu permessi u rikonoxxuti minn kull Stat Membru. Dan ma jirrikjedix li l-Istati Membri jintroduċu forom legali ġodda ta' UCITS fir-reġimi nazzjonali tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Din id-Direttiva tkopri dawk it-tekniċi ta’ fużjoni li huma l-aktar użati fl-Istati Membri. Din ma tirrikjedix li l-Istati Membri jintroduċu t-tliet tekniki fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, iżda kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi trasferiment tal-attivi li jirriżultaw minn dawk it-tekniki ta' fużjoni. Din id-Direttiva ma twaqqafx UCITS milli tuża tekniki oħra fuq bażi purament domestika, f'sitwazzjonijiet fejn l-ebda waħda mill-UCITS interessati fil-fużjoni ma tkun ġiet notifikata għall-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-unitajiet tagħha. Dawk il-fużjonijiet għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Regoli dwar il-kworum m'għandhomx jiddiskriminaw bejn fużjonijiet nazzjonali u transkonfinali, u lanqas m'għandhom ikunu aktar stretti minn dawk stipulati għal fużjonijiet ta' entitajiet korporattivi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jitħarsu l-interessi tal-investituri, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fużjonijiet proposti bejn UCITS, kemm fil-ġurisdizzjoni tagħhom jew fuq bażi transkonfinali, ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għal fużjonijiet transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun ser tiġi eliminata (il-UCITS li tkun ser tiġi fuża) għandhom japprovaw il-fużjoni sabiex jiġi żgurat li l-interessi tat-titolari tal-unitajiet li effettivament bidlu l-fondi jitħarsu kif xieraq. Jekk il-fużjoni tinvolvi aktar minn UCITS waħda li tkun qed tiġi fuża u tali UCITS tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull UCITS li tkun qed tiġi fuża ser jeħtieġu li japprovaw il-fużjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib. Billi l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jibqgħu jeżistu wara li sseħħ il-fużjoni (il-UCITS li tirċievi) xorta jeħtieġu li jitħarsu b’mod adegwat, dawn għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS meta tkun qed tiġi approvata fużjoni transkonfinali.

(19) Sabiex jitħarsu l-interessi tal-investituri, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fużjonijiet proposti bejn UCITS, kemm fil-ġurisdizzjoni tagħhom jew fuq bażi transkonfinali, ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għal fużjonijiet transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS li tkun ser tiġi fuża) għandhom japprovaw il-fużjoni sabiex jiġi żgurat li l-interessi tat-titolari tal-unitajiet li effettivament bidlu l-fondi jitħarsu kif xieraq. Jekk il-fużjoni tinvolvi aktar minn UCITS waħda li tkun qed tiġi fuża u tali UCITS tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull UCITS li tkun qed tiġi fuża ser jeħtieġu li japprovaw il-fużjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib, permezz ta' qsim ta' informazzjoni b'mod adegwat. Billi l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi xorta jeħtieġu li jitħarsu b’mod adegwat, dawn għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi. Barra minn hekk, it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun se tiġi fuża u kif ukoll tal-UCITS li tirċievi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija tal-unitajiet tagħhom, mingħajr ħlas addizzjonali, jiġifieri li jkunu suġġetti biss għall-ħlasijiet li għandhom jinżammu mill-fondi rispettivi biex ikopru l-ispejjeż tal-irtirar tal-investiment fis-sitwazzjonijiet kollha, kif stipulat fil-prospetti rispettivi tagħhom; alternattivament, fejn ikun possibbli, it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun se tiġi fuża u kif ukoll tal-UCITS li tirċievi għandhom ikunu jistgħu jikkonvertu l-unitajiet tagħhom f'unitajiet f'UCITS oħra b'politiki ta' investiment simili u mmexxija mill-istess kumpanija ta' maniġment jew kumpanija oħra b'rabtiet magħha.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa neċessarju li jiġi żgurat kontroll addizzjonali tal-partijiet terzi tal-fużjonijiet. Id-depożitarji ta’ kull waħda mill-UCITS involuti fil-fużjoni għandhom jivverifikaw il-konformità mal-abbozzi tat-termini komuni għall-fużjoni bid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva u tar-regoli dwar il-fondi tal-UCITS. Awditur indipendenti għandu jħejji rapport f’isem il-UCITS kollha involuti fil-fużjoni, li jivvaluta l-metodi tal-valorizzazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ tali UCITS u l-metodu ta’ kalkolu tal-proporzjon tal-kambju kif stipulat mill-korp maniġerjali u/jew amministrattiv ta’ tali UCITS fl-abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni. Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż marbuta mal-fużjonijiet transkonfinali, għandu jkun possibli li jitfassal rapport wieħed għall-UCITS kollha involuti u l-awditur statutorju tal-UCITS li qed jiġu fużi u/jew il-UCITS li qed tirċievi għandhom jitħallew jagħmlu dan. Għal raġunijiet ta’ protezzjoni għall-investitur, it-titolari ta’ l-unitajiet għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jiksbu kopja ta’ tali rapport mingħajr l-ebda ħlas.

(20) Għandu jkun żgurat ukoll il-kontroll minn partijiet terzi tal-fużjonijiet. Id-depożitarji ta’ kull waħda mill-UCITS involuti fil-fużjoni għandhom jivverifikaw il-konformità mal-abbozzi tat-termini komuni għall-fużjoni bid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva u tar-regoli dwar il-fondi tal-UCITS. Depożitarju jew awditur indipendenti għandu jħejji rapport f’isem il-UCITS kollha involuti fil-fużjoni, li jivvaluta l-metodi tal-valutazzjoni tal-attivi u l-passivi ta’ tali UCITS u l-metodu ta’ kalkolu tal-proporzjon tal-kambju kif stipulat mill-korp maniġerjali u/jew amministrattiv ta’ tali UCITS fl-abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni. Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż marbuta mal-fużjonijiet transkonfinali, għandu jkun possibli li jitfassal rapport wieħed għall-UCITS kollha involuti u l-awditur statutorju tal-UCITS li qed jiġu fużi u/jew il-UCITS li qed tirċievi għandhom jitħallew jagħmlu dan. Għal raġunijiet ta’ protezzjoni għall-investitur, it-titolari tal-unitajiet għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jiksbu kopja ta’ tali rapport mingħajr l-ebda ħlas.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa partikolarment importanti li t-titolari tal-unitajiet ikunu mgħarrfa kif xieraq dwar il-fużjoni proposta u li d-drittijiet tagħhom jitħarsu biżżejjed. Minkejja li t-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jkunu l-aktar ikkonċernati, l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jirċievu wkoll għandhom jitħarsu f’sitwazzjonijiet fejn il-fużjoni proposta jkun jista’ jkollha impatt sostanzjali fuq l-investiment tagħhom.

(21) Huwa partikolarment importanti li t-titolari tal-unitajiet ikunu mgħarrfa kif xieraq dwar il-fużjoni proposta u li d-drittijiet tagħhom jitħarsu biżżejjed. Minkejja li t-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jkunu l-aktar ikkonċernati, l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jirċievu wkoll għandhom jitħarsu.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Sal-31 ta' Diċembru 2010 u sabiex ikun hemm qafas li jorbot ta' newtralità ta' taxxa, il-Kummissjoni għandha tipproponi direttiva għall-intaxxar ta' fużjonijiet ta' fondi b'konformità mal-prinċipju ta' newtralità ta' taxxa stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' taxxa applikabbli għall-fużjonijiet, qasmiet, qasmiet parzjali, trasferimenti ta' attivi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpaniji ta' Stati Membri differenti, u tat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat, ta' SE jew SCE, bejn l-Istati Membri1 u d-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata2. Sadanittant għandu jkun hemm komunikazzjoni mill-Kummissjoni u ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw id-diffikultajiet attwali.

 

1 ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1.

2 ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' dispożizzjoni fuq livell tal-UE li tiżgura li jkun hemm newtralità ta' taxxa fil-fużjonijiet transkonfinali ta' fondi huwa ostakolu ewlieni sabiex jintlaħqu l-ekonomiji tal-iskala mistennija mill-qafas il-ġdid għall-fużjonijiet. Fil-White Paper tagħha tal-2006 l-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq Komunikazzjoni dwar it-trattament ta' taxxa ta' fużjonijiet transkonfinali ta' fondi, li s'issa għadha ma ġietx ippubblikata. Hi meħtieġa aktar ħidma f'dan ir-rigward sabiex ikun jista' jiġi stabbilit suq komuni reali u jitfasslu kalendarji ċari.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) Miżuri sabiex ikun indirizzat l-allinjament ħażin potenzjali tal-interessi fil-prodotti fejn ir-riskju tal-kreditu huwa ttrasferit bit-titolizzazzjoni, kif previst mid-Direttiva .../.../EC1 li temenda d-Direttivi 2008/49/KE u 2006/49/KE, jeħtieġ li jkunu konsistenti u koerenti fir-regolamentazzjoni finanzjarja kollha rilevanti; din id-Direttiva għandha għalhekk tkun emendata permezz ta' miżuri orizzontali xierqa hekk kif l-impatt tagħha jkun ġie meqjus kif dovut.

 

1 COM(2008)0602

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim effikaċi tas-Suq Intern u jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, għandhom jitħallew iż-żewġ strutturi prinċipali-alimentatriċi, fejn il-prinċipali u l-alimentatriċi jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u fejn dawn ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti. Sabiex l-investituri jitħallew jifhmu aħjar l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi u r-regolaturi jitħallew jissupervizzawhom aktar faċilment, notevolment f’kuntest transkonfinali, l-ebda UCITS alimentatriċi ma għandha titħalla tinvesti f'aktar minn UCITS prinċipali waħda. Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, il-prinċipali għandha tkun hi nnifisha UCITS awtorizzata.

(39) Sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim effikaċi tas-Suq Intern u jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, strutturi prinċipali-alimentatriċi għandhom ikunu permessi kemm fejn il-prinċipali u l-alimentatriċi jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u fejn dawn ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti. Sabiex l-investituri jitħallew jifhmu aħjar l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi u r-regolaturi jitħallew jissupervizzawhom aktar faċilment, notevolment f’kuntest transkonfinali, l-ebda UCITS alimentatriċi ma għandha titħalla tinvesti f'aktar minn UCITS prinċipali waħda. Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, il-prinċipali għandha tkun hi nnifisha UCITS awtorizzata. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, id-dispożizzjonijiet dwar in-notifikazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali m'għandhomx japplikaw jekk il-UCITS prinċipali ma tiġborx kapital mingħand il-pubbliku fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita, iżda għandha UCITS alimentatriċi waħda jew iktar f'dak l-Istat Membru.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex jiġu protetti l-investituri tal-UCITS alimentatriċi, l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.

(40) Sabiex jiġu protetti dawk li jinvestu f'UCITS alimentatriċi, l-investiment mill-UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi. Huwa biss l-investiment inizjali fil-UCITS prinċipali li permezz tiegħu l-UCITS alimentatriċi taqbeż il-limitu applikabbli biex isir investiment f'UCITS oħra li għandu jeħtieġ approvazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim effettiv tas-suq intern u biex jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni tal-investituri fil-Komunità kollha, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u d-dokumenti u l-informazzjoni li għandhom jingħataw biex jiġi approvat l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali għandhom ikunu eżawrjenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex il-UCITS alimentatriċi titħalla taġixxi fl-aqwa interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha u notevolment titpoġġa f’pożizzjoni li tikseb mill-UCITS prinċipali t-tagħrif kollu u d-dokumenti neċessarji biex twettaq l-obbligi tagħha, il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jidħlu fi ftehim vinkolanti u infurzabbli. Bl-istess mod il-ftehim dwar il-qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji jew, rispettivament, l-awdituri tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jiżguraw ċ-ċirkolazzjoni tat-tagħrif u d-dokumenti li jkunu meħtieġa biex id-depożitarju jew l-awditur tal-UCITS alimentatriċi jaqdu dmirijiethom.

(41) Sabiex il-UCITS alimentatriċi titħalla taġixxi fl-aqwa interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha u notevolment titpoġġa f’pożizzjoni li tikseb mill-UCITS prinċipali t-tagħrif kollu u d-dokumenti neċessarji biex twettaq l-obbligi tagħha, il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jidħlu fi ftehim vinkolanti u infurzabbli. Madankollu, jekk it-tnejn li huma jkunu mmexxija mill-istess kumpanija ta' maniġment, għandu jkun biżżejjed li din tal-aħħar tistabbilixxi regoli interni dwar kif jitmexxa n-negozju. Ftehim dwar il-qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji jew, rispettivament, l-awdituri tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jiżguraw ċ-ċirkolazzjoni tat-tagħrif u d-dokumenti li jkunu meħtieġa biex id-depożitarju jew l-awditur tal-UCITS alimentatriċi jaqdu dmirijiethom. Din id-Direttiva għandha tiżgura li, meta jkunu qed jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti, id-depożitarji jew l-awdituri ma jkunux qed jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni jew tal-ħarsien tad-data.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-investituri tal-UCITS alimentatriċi, il-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investitur kif msemmi fl-Artikolu 73, kif ukoll il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha, għandhom jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istrutturi prinċipali-alimentatriċi.

(42) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-investituri tal-UCITS alimentatriċi, il-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investitur kif msemmi fl-Artikolu 73, kif ukoll il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha, għandhom jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istrutturi prinċipali-alimentatriċi. L-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali m'għandux jaffettwa l-abilità tal-UCITS alimentatriċi la li hi stess terġa' tixtri jew tifdi unitajiet meta tintalab li tagħmel hekk mit-titolari tal-unitajiet tagħha jew li taġixxi fl-aħjar interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Ir-regoli ta’ konverżjoni jippermettu lil UCITS eżistenti tikkonverti f'UCITS alimentatriċi. Fl-istess waqt għandhom jipproteġu biżżejjed it-titolari tal-unitajiet. Billi tali konverżjoni hija bidla fundamentali fil-politika tal-investiment, il-UCITS alimentatriċi li tkun qed tikkonverti għandha tinħtieġ tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha b'biżżejjed tagħrif sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk iżommux l-investiment jew le.

(44) Ir-regoli ta’ konverżjoni jippermettu lil UCITS eżistenti tikkonverti f'UCITS alimentatriċi. Fl-istess waqt għandhom jipproteġu biżżejjed it-titolari tal-unitajiet. Billi tali konverżjoni hija bidla fundamentali ta' politika tal-investiment, il-UCITS alimentatriċi li tkun qed tikkonverti għandha tinħtieġ tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha b'biżżejjed tagħrif sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk iżommux l-investiment jew le. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jirrikjedu mill-UCITS alimentatriċi li tipprovdi aktar informazzjoni jew informazzjoni differenti minbarra dik speċifikata.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jitforna lill-investituri, fl-istadju ta’ qabel il-kuntratti, sabiex jgħinhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-investiment. Għandu jinkludi biss l-elementi essenzjali għat-teħid ta’ tali deċiżjoni. In-natura tat-tagħrif li jinstab fit-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun armonizzata sal-anqas nitfa sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni għall-investitur u komparabbiltà xierqa. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jiġi ppreżentat f’format qasir. Dokument wieħed ta’ tul limitat li jippreżenta t-tagħrif f’ordni speċifika huwa l-aktar mod xieraq biex jintlaħqu ċ-ċarezza u s-sempliċità fil-preżentazzjoni li jkunu meħtieġa mill-investituri mhux professjonisti, u għandu jippermetti paragun utli.

(46) It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jitforna bħala dokument speċifiku lill-investituri mingħajr ħlas, fi żmien biżżejjed qabel is-sottoskrizzjoni tal-UCITS, sabiex jgħinhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-investiment. Għandu jinkludi biss l-elementi essenzjali għat-teħid ta’ tali deċiżjoni. In-natura tat-tagħrif li jinstab fit-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun armonizzata b'mod sħiħ sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni għall-investitur u komparabbiltà xierqa. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jiġi ppreżentat f’format qasir. Dokument wieħed ta’ tul limitat li jippreżenta t-tagħrif f’ordni speċifika huwa l-aktar mod xieraq biex jintlaħqu ċ-ċarezza u s-sempliċità fil-preżentazzjoni li jkunu meħtieġa mill-investituri mhux professjonisti, u għandu jippermetti paragun utli, b'mod partikulari ta' spejjeż u profil ta' riskju, li jkun rilevanti għad-deċiżjoni tal-investiment.

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu, bħalma kien il-każ tal-prospectus simplifikat, jiġi provdut lill-investituri bla ħlas.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jsir għall-UCITS kollha. Il-kumpaniji ta' maniġment jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji tal-investiment għandhom iwasslu t-tagħrif ewlieni għall-investitur lill-entitajiet rilevanti, skont il-metodi tad-distribuzzjoni użati (bejgħ dirett jew intermedjat). Ir-Regolament dwar kif it-tagħrif ewlieni għall-investitur jintuża mill-intermedjarji fil-punt tal-bejgħ għandu jitħalla f’idejn il-leġiżlazzjoni rilevanti li tkopri tali intermedjarji, bħad-Direttiva 2004/39/KE.

(47) It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jsir għall-UCITS kollha. Il-kumpaniji ta' maniġment jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji tal-investiment għandhom jipprovdu t-tagħrif ewlieni għall-investitur lill-entitajiet rilevanti, skont il-metodi tad-distribuzzjoni użati (bejgħ dirett jew intermedjat). L-intermedjarji għandhom jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investitur lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 47 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a) Id-dritt għall-UCITS li jbigħu l-unitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li huma jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm faċilitajiet disponibbli fl-Istat Membru ospitanti biex isiru ħlasijiet lit-titolari tal-unitajiet, ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija tal-unitajiet u d-disponibilità tat-tagħrif li l-UCITS huma obbligati li jipprovdu. Madankollu, l-UCITS m'għandhomx ikunu obbligati mil-liġi tal-Istat Membru ospitanti li jkollhom aġent li jħallas f'dak l-Istat Membru sabiex jissodisfa l-obbligi tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-unitajiet tal-UCITS, il-kontroll tal-arranġamenti ta' konformità magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, għandu jitwettaq fuq bażi kontinwa wara li l-UCITS tkun bdiet tikkummerċjalizza l-unitajiet f’dak l-Istat Membru. Dan il-kontroll jista’ jkopri, partikolarment, l-obbligu għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jiġu ppreżentati b’mod ġust, ċar u li ma jiżgwidax.

(49) Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-unitajiet tal-UCITS, il-kontroll tal-arranġamenti ta' konformità magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, għandu jitwettaq wara li l-UCITS tkun kisbet aċċess għas-suq ta' dak l-Istat Membru. Dan il-kontroll jista’ jkopri l-adegwatezza tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni, b'mod partikolari l-adegwatezza tal-arranġamenti tad-distribuzzjoni u l-obbligu li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġu ppreżentati b’mod ġust, ċar u li ma jiżgwidax. Din id-Direttiva m'għandhiex twaqqaf l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jiċċekkjaw il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni (li ma jinkludux it-tagħrif ewlieni għall-investitur, il-prospett u r-rapporti annwali u ta' nofs is-sena) skont il-liġi nazzjonali qabel ma l-UCITS tkun tista' tużahom, iżda dan il-kontroll m'għandux ikun diskriminatorju u m'għandux iwaqqaf lil din l-UCITS milli jkollha aċċess għas-suq.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, jinħtieġ li jiġi żgurat li UCITS li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fuq bażi transkonfinali jkollha aċċess faċli, fil-forma ta’ pubblikazzjoni elettronika, biex timla t-tagħrif dwar il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS u marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS.

(50) Għall-finijiet tat-tisħiħ taċ-ċertezza legali, jinħtieġ li jiġi żgurat li UCITS li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fuq bażi transkonfinali jkollha aċċess faċli, fil-forma ta’ pubblikazzjoni elettronika u b'lingwa li s-soltu tintuża fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, biex timla t-tagħrif dwar il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS u li jirrigwardaw b'mod speċifiku l-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Biex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali ta’ unitajiet ta’ UCITS, UCITS għandha tinħtieġ biex tittraduċi biss it-tagħrif ewlieni għall-investitur fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jew lingwa approvata mill-awtorità kompetenti tiegħu. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jispeċifika l-lingwa/i li fiha/om ikunu disponibbli dokumenti oħra ta’ żvelar obbligatorju u tagħrif addizzjonali.

(51) Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ UCITS għas-swieq tal-Istati Membri, UCITS għandha tinħtieġ li tittraduċi biss it-tagħrif ewlieni għall-investitur fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jew lingwa approvata mill-awtorità kompetenti tiegħu. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jispeċifika l-lingwa/i li fiha/om ikunu disponibbli dokumenti oħra ta’ żvelar obbligatorju u tagħrif addizzjonali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 51 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51a) Kull ħtieġa ta' traduzzjoni għandha tirreferi għal traduzzjonijiet sempliċi. M'għandux ikun hemm il-ħtieġa li jingħataw traduzzjonijiet iċċertifikati.

Ġustifikazzjoni

It-traduzzjonijiet m'għandhomx għalfejn ikunu ċċertifikati.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 51 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51b) L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kompetenti biex irendu trasparenti l-ħlasijiet għan-notifiki.

Ġustifikazzjoni

Il-ħlasijiet għan-notifiki jvarjaw bejn Stati Membri differenti. Għandu jkun żgurat li l-ħlasijiet jiġi ppubblikati u li jirriflettu l-ispejjeż li ntefqu, mingħajr ma jkunu eċċessivi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Huwa neċessarju li tittejjeb il-konverġenza tas-setgħat għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex ikun hemm l-istess infurzar tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha. Ġabra minima komuni ta’ setgħat, konsistenti ma' dawk konferiti lill-awtoritajiet kompetenti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar is-servizzi finanzjarji, għandha tiggarantixxi superviżjoni effikaċi.

(52) Huwa neċessarju li tittejjeb il-konverġenza tas-setgħat għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex ikun hemm l-istess infurzar tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha. Ġabra minima komuni ta’ setgħat, konsistenti ma' dawk konferiti lill-awtoritajiet kompetenti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar is-servizzi finanzjarji, għandha tiggarantixxi superviżjoni effikaċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi penali kriminali, ċivili u amministrattivi, u miżuri amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jiġu implimentati.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 53 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53a) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa biex jippermettu l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, inkluż permezz ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn dawk l-awtoritajiet, biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod sħiħ f'konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 53 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53b) Għall-finijiet tal-provvista transkonfinali ta' servizzi, għandhom jiġu assenjati kompetenzi ċari lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. L-obbligi u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu definiti b'mod ċar sabiex jiġu eliminati kwalunkwe lakuni jew duplikazzjonijiet. Dawn l-obbligi u r-responsabilitajiet għandhom ikunu konsistenti mal-liġi applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet superviżorji l-ġodda f'Kapitolu XII diġà jkopru ħafna aspetti meħtieġa biex jippermettu koperazzjoni adegwata fil-każ tal-immaniġġjar transkonfinali ta' portafoll minn kumpanija ta' maniġment remota. Jeħtieġ li l-kwistjonijiet identifikati li għadhom miftuħa u li l-CESR qed jaħdem fuqhom jiġu koperti b'mod espliċitu, u jkun żgurat li ma jitħallew l-ebda lakuni jew responsabilitajiet mhux assenjati u li lanqas ma jkun hemm ebda duplikazzjoni ta' superviżjoni.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Il-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu jew inkella għandhom ineħħu awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta' programmi ta' operazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet realment  imwettqa jindikaw b'mod ċar li UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha tkun għażlet sistema ġuridika ta' Stat Membru wieħed sabiex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha li hija ġuridika għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha li mhijiex persuna ġuridika  għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru li fih tkun ġiet awtorizzata. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha tkun stabbilita  fl-Istat Membru tad-domiċilju  u li hi tabilħaqq  topera hemmhekk.

(55) Il-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew jirtiraw jew jirrifjutaw awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta' programmi ta' operazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet realment  imwettqa jindikaw b'mod ċar li UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha tkun għażlet sistema ġuridika ta' Stat Membru wieħed sabiex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 64 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(64a) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu addottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1.

 

1 ĠU L 184.17.7.1999, p. 23.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li jkun hemm konsistenza fit-test mad-Direttiva 2004/39/KE.

Aktar armonizzazzjoni tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' passaport ta' kumpanija ta' maniġment.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Rigward il-fużjonijiet, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw il-kontenut dettaljat u l-mod li bih jitforna t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet. Rigward l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi, dawk il-miżuri huma maħsuba biex jispeċifikaw il-partikolaritajiet li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim bejn prinċipali u alimentatriċi, id-depożitarji tagħhom u l-awdituri tagħhom, id-definizzjoni tal-miżuri xierqa biex ikunu pprevenuti riskji tan-negożju lejn l-għeluq (late trading), l-impatt tal-fużjoni tal-prinċipali fuq l-awtorizzazzjoni tal-alimentatriċi, it-tip ta’ irregolaritajiet li joriġinaw mill-prinċipali li jkollhom jiġu rrappurtati lill-alimentatriċi, il-mod u l-format tat-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet fil-każ ta’ konverżjoni minn UCITS għal UCITS alimentatriċi, il-proċedura għall-valorizzazzjoni u l-verifika tat-trasferiment ta’ l-assi minn alimentatriċi għal prinċipali u r-rwol tad-depożitarju tal-alimentatriċi f’dan il-proċess. Rigward id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar, dawk il-miżuri mfassla biex jispeċifikaw il-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jinżammu meta l-prospett jitforna b'mezz li jservi fit-tul apparti milli fuq il-karta u permezz ta’ sit web li ma tkunx mezz li sservi fit-tul, il-kontenut dettaljat, forma u preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investitur filwaqt li jitqiesu n-natura jew l-elementi differenti tal-UCITS ikkonċernata, u l-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twassil tat-tagħrif ewlieni għall-investitur b’mezz li jservi fit-tul apparti milli fuq il-karta u permezz ta’ sit web li ma tkunx mezz li sservi fit-tul. Rigward in-notifika, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw il-format u l-ambitu tat-tagħrif dwar ir-regoli lokali applikabbli li għandhom jiġu ppubblikati mill-awtoritajiet ospitanti, l-applikazzjoni tal-proċedura tan-notifika għall-kummerċjalizzazzjoni tal-elementi ta’ UCITS u klassijiet ġodda ta’ ishma, u d-dettalji tekniċi dwar l-aċċess mill-awtoritajiet ospitanti biex jiġu aġġornati dokumenti dwar fondi maħżuna mill-awtoritajiet tad-domiċilju. Dawk il-miżuri huma mfassla wkoll biex jiċċaraw id-definizzjonijiet u jallinjaw it-terminoloġija u jadattaw id-definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar il-UCITS u kwistjonijiet relatati. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Setgħat li ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ hawn fuq għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tal-istess Deċiżjoni. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex jispeċifikaw il-forma u l-kontenut tal-ittra standardizzata tan-notifika, il-mudell standard tal-attestazzjoni u l-proċedura għall-iskambju tat-tagħrif u l-użu tal-komunikazzjoni elettronika matul il-proċess tan-notifika. Huma wkoll mfassla biex jiddettaljaw il-proċeduri dwar skambju ta’ tagħrif dwar verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post fost l-awtoritajiet kompetenti.

(65) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Rigward il-kumpaniji ta' maniġment, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw id-dettalji li jikkonċernaw il-ħtiġijiet ta' organizzazzjoni, l-immaniġġjar tar-riskju, il-kunflitti ta' interess, u t-tmexxija tan-negozju. Fir-rigward tad-depożitarji, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw id-dmirijiet tad-depożitarji kif stipulat f'din id-Direttiva fil-kuntest tal-passaporti tal-kumpanija ta' maniġment u d-dettalji tal-ftehima bejn id-depożitarju u l-kumpanija ta' maniġment. Dawk il-miżuri għandhom jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi tal-obbligi tal-kumpaniji ta' maniġment u tad-depożitarji skont din id-Direttiva. Madankollu, l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri m'għandhiex tkun prekundizzjoni għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-kumpaniji ta' maniġment li jwettqu fil-Komunità kollha s-servizzi li fir-rigward tagħhom ġew awtorizzati fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom billi jistabbilixxu fergħat jew skont il-libertà li jipprovdu s-servizzi inkluż il-maniġment ta' UCITS fi Stat Membru ieħor.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 65 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65a) Rigward il-fużjonijiet, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw il-kontenut dettaljat u l-mod li bih jitforna t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet. Rigward l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi, dawk il-miżuri huma maħsuba biex jispeċifikaw il-partikolaritajiet li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim bejn prinċipali u alimentatriċi, id-depożitarji tagħhom u l-awdituri tagħhom, id-definizzjoni tal-miżuri xierqa biex ikunu evitati riskji tan-negozju lejn l-għeluq (late trading), l-impatt tal-fużjoni tal-prinċipali fuq l-awtorizzazzjoni tal-alimentatriċi, it-tip ta’ irregolaritajiet li joriġinaw mill-prinċipali li jkollhom jiġu rrappurtati lill-alimentatriċi, il-mod u l-format tat-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet fil-każ ta’ konverżjoni minn UCITS għal UCITS alimentatriċi, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika tat-trasferiment tal-attivi minn alimentatriċi għal prinċipali u r-rwol tad-depożitarju tal-alimentatriċi f’dan il-proċess. Rigward id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar, dawk il-miżuri mfassla biex jispeċifikaw il-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu issodisfati meta l-prospett jitforna b'mezz li jservi fit-tul li mhux fuq il-karta u permezz ta’ websajt li ma jikkostitwixxix mezz li jservi fit-tul, il-kontenut dettaljat, forma u preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investitur filwaqt li jitqiesu n-natura jew l-elementi differenti tal-UCITS ikkonċernata, u l-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twassil tat-tagħrif ewlieni għall-investitur b’mezz li jservi fit-tul apparti milli fuq il-karta u permezz ta’ websajt li li ma jikkostitwixxix mezz li jservi fit-tul. Rigward in-notifikazzjoni, dawk il-miżuri huma mfassla biex jispeċifikaw l-ambitu tat-tagħrif dwar ir-regoli lokali applikabbli li għandu jiġi ppubblikat mill-awtoritajiet ospitanti u d-dettalji tekniċi dwar l-aċċess mill-awtoritajiet ospitanti għal dokumenti dwar il-fond aġġornati miżmuma mill-awtoritajiet tad-domiċilju. Dawk il-miżuri huma mfassla wkoll biex jiċċaraw id-definizzjonijiet u jallinjaw it-terminoloġija u jadattaw id-definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar il-UCITS u kwistjonijiet relatati.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 65 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65b) Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE1. Setgħat li ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ hawn fuq għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tal-istess Deċiżjoni. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex jispeċifikaw il-forma u l-kontenut tal-ittra standardizzata tan-notifika, il-mudell standard tal-attestazzjoni u l-proċedura għall-iskambju tat-tagħrif u l-użu tal-komunikazzjoni elettronika matul il-proċess tan-notifika. Huma wkoll mfassla biex jiddettaljaw il-proċeduri dwar verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

 

1 ĠU L184, 17.7.1999, p. 23.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, UCITS għandha titqies li tkun stabbilita fl-Istat Membru li fih il-kumpanija ta’ investiment jew il-kumpanija ta’ maniġment tal-fond komuni  jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. L-Istat Membru għandu jeħtieġ li l-uffiċċju ewlieni jkun stabbilit fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju rreġistrat.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, UCITS għandha titqies li tkun stabbilita fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’l-Istat Membru li tkun stabbilita  fih.

1. L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

M'għandha tkun permessa l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità tal-kumpanija ta' maniġment, u lanqas m'għandu jkun possibbli dewmien protezzjonist fl-approvazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fond komuni  għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu approvaw il-kumpanija ta’ maniġment, ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha u kemm l-għażla ta’ depożitarju.

2. Fond komuni għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu jkunu approvaw l-għażla tal-kumpanija ta’ maniġment biex tmexxi l-UCITS, ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha u kemm l-għażla ta’ depożitarju, u, fejn ikun applikabbli, l-għażla tal-kumpanija ta' maniġment innominata biex tmexxi l-UCITS.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk l-UCITS ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom japprovaw l-għażla tal-kumpanija ta' maniġment biex timmaniġġja l-UCITS skont l-Artikolu 5a. M'għandhiex tkun kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni li l-UCITS tkun immaniġġjata minn kumpanija ta' maniġment li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jew li l-kumpanija ta' maniġment twettaq jew tiddelega kwalunkwe attivitajiet fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 3 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk il-kumpanija ta' maniġment  jew il-kumpanija ta' investiment ma jikkonformawx mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli  III u V  rispettivament.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk :

 

(a) dawn l-awtoritajiet jistabbilixxu li l-kumpanija ta' investiment ma tikkonformax mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V; jew

 

(b) il-kumpanija ta' maniġment ma tkunx awtorizzata bħala kumpanija ta' maniġment tal-UCITS fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 3 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, il-kumpanija ta' maniġment, jew, fejn ikun applikabbli, il-kumpanija ta' investiment għandha tiġi infurmata, fi żmien xahrejn minn meta jiġu preżentati d-dokumenti kompluti, jekk l-għażla tkunx ġiet approvata jew le.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta' reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata  . Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta' reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata. Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

M'għandha tkun permessa l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità tal-kumpanija ta' maniġment, u lanqas m'għandu jkun possibbli dewmien protezzjonist fl-approvazzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-UCITS hija legalment imċaħħda  (pereżempju,  permezz ta' dispożizzjoni fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni) milli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istat Membru tad-domiċilju.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-UCITS hija legalment imċaħħda  (pereżempju,  permezz ta' dispożizzjoni fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni) milli tikkummerċjalizza  l-unitajiet tagħha fl-Istat Membru tad-domiċilju.

Justification

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

M'għandha tkun permessa l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità tal-kumpanija ta' maniġment, u lanqas m'għandu jkun possibbli dewmien protezzjonist fl-approvazzjoni.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. La l-kumpanija ta’ maniġment  u lanqas id-depożitarju ma jistgħu jiġu ssostitwiti, u lanqas ma jistgħu r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

5. La l-kumpanija ta’ maniġment u lanqas id-depożitarju ma jistgħu jiġu ssostitwiti, u lanqas ma jistgħu r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

M'għandha tkun permessa l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità tal-kumpanija ta' maniġment, u lanqas m'għandu jkun possibbli dewmien protezzjonist fl-approvazzjoni.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li huma relatati mat-twaqqif u t-tħaddim tal-UCITS ikunu aċċessibbli faċilment minn distanza jew b'mezzi elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli mill-inqas f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li tkun ippreżentata b'mod ċar u mhux ambigwu, u li tinżamm aġġornata.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

1. Kumpanija ta' maniġment li għandha l-intenzjoni li timmaniġġja UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS bid-dokumenti li ġejjin:

 

(a) il-ftehima bil-miktub mad-depożitarju msemmija fl-Artikoli 20 u 30;

 

(b) l-informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' delegazzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-investimenti msemmijin fl-Anness II;

 

(c) rapport dwar il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskju adottat fir-rigward tat-tip speċifiku tal-UCITS li għalih hija mitluba l-approvazzjoni.

 

Jekk kumpanija ta' maniġment tkun diġà timmaniġġja l-istess tip ta' UCITS fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, tkun biżżejjed li ssir referenza għad-dokumenti diġà pprovduti.

 

2. Fuq il-bażi tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikoli 16 u 17, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jistgħu jitolbu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment jipprovdu kjarifika u informazzjoni dwar id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 u dwar jekk it-tip ta' fond li għalih qed tintalab l-awtorizzazzjoni jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment. Fejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom fi żmien 10 ġranet ta' xogħol mit-talba inizjali.

 

3. L-uniċi raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jistgħu jiċħdu l-għażla tal-kumpanija ta' maniġment huma jekk:

 

(a) il-kumpanija ta' maniġment ma tikkonformax mar-regoli li jaqgħu fil-qasam ta' responsabilità tagħha skont l-Artikolu 17a,

 

(b) il-kumpanija ta' maniġment ma tkunx awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha biex timmaniġġja UCITS tat-tip ta' dik li għaliha qed tintalab awtorizzazzjoni, jew

 

(c) il-kumpanija ta' maniġment ma tkunx provdiet id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

 

Qabel ma tiġi miċħuda l-għażla, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment.

 

4. Kull modifika materjali sussegwenti tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata mill-kumpanija ta' maniġment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-aċċess għan-negozju ta' kumpaniji ta' maniġment għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija ta' maniġment  għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

1. L-aċċess għan-negozju ta' kumpaniji ta' maniġment għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija ta' maniġment  għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment huma responsabbli mill-awtorizzazzjoni tal-kumpanija. Dan huwa skont l-Artikolu 4(1) sottoparagrafu 20 tad-Direttiva 2004/39/KE.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment għandu jfassal regoli prudenzjali li kumpaniji ta' maniġment, b' kunsiderazzjoni  għall-attività ta' maniġment  ta' UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f' kull ħin.

1. Kull Stat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment  għandu jfassal regoli prudenti li kumpaniji ta' maniġment awtorizzati f'dak l-Istat Membru, fir-rigward ta' attività ta' maniġment  ta' UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f' kull ħin.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) hija strutturata u organizzata b'tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ppreġudikat minn kunflitti ta' interess bejn il-kumpanija u l-klijenti tagħha, bejn klijent wieħed u ieħor tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS jew bejn żewġ UCITS. Madanakollu, meta tiġi stabbilita fergħa, l-arranġamenti organizzattivi ma jistgħux ikunu f'kunflitt mar-regoli ta' kondotta stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS  biex ikopru kunflitti ta' interess.

(b) hija strutturata u organizzata b'tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ppreġudikat minn kunflitti ta' interess bejn il-kumpanija u l-klijenti tagħha, bejn klijent wieħed u ieħor tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS u bejn żewġ UCITS.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-kumpaniji ta' maniġment, jew, fejn ikun rilevanti, il-kumpaniji ta' investiment, għandha tistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqa biex tiżgura li l-ilmenti tal-investituri jiġu ttrattati kif suppost, u li m'hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-investituri biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-każ li l-kumpanija ta' maniġment tkun awtorizzata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS. L-investituri għandhom ikunu jistgħu jressqu lmenti fil-lingwa lokali tagħhom.

 

Huma għandhom ukoll jistabbilixxu proċeduri u arranġamenti biex l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri u l-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 1(a) u l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi sabiex jiġu minimizzati l-kunflitti ta' interess stipulati fil-paragrafu 1(b).

 

 

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk l-Istati Membri jippermettu lill-kumpaniji ta' maniġment jiddelegaw lil partijiet terzi, għall-finijiet ta’ żvolġiment  iktar effiċjenti tan-negozju ta' kumpaniji, biex iwettqu għan-nom tagħhom funzjoni proprja waħda jew iktar, għandu jkun hemm konformità mal-prekundizzjonijiet kollha  li ġejjin:

1. Jekk l-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment jippermetti lill-kumpaniji ta' maniġment jiddelegaw lil partijiet terzi, għall-finijiet ta’ żvolġiment  iktar effiċjenti tan-negozju ta' kumpaniji, biex iwettqu għan-nom tagħhom funzjoni proprja waħda jew iktar, għandu jkun hemm konformità mal-prekundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-awtorità kompetenti għandha tiġi informata b'mod xieraq;

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jiġu informati b'mod xieraq. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom, mingħajr dewmien, jittrażmettu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS;

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-prospetti tal-UCITS jelenkaw il-funzjonijiet li l-kumpanija ta' maniġment  kellha l-permess tiddelega.

(i) il-prospetti tal-UCITS jelenkaw il-funzjonijiet li l-kumpanija ta' maniġment kellha l-permess tiddelega mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, bl-intenzjoni li jkun żgurat li l-kumpanija ta' maniġment tikkonforma mad-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 1, b'mod partikulari biex:

 

(a) jiġu definiti dawk il-passi li l-kumpaniji ta' maniġment jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jieħdu biex jidentifikaw, jevitaw, jimmaniġġjaw u/jew jiżvelaw kunflitti ta' interess u anke biex jistabbilixxu kriterji xierqa biex ikunu ddeterminati t-tipi ta' kunfitti ta' interess li l-eżistenza tagħhom tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-UCITS;

 

(b) jiġu stabbiliti kriterji xierqa għal mġiba onesta u ġusta u bil-kompetenza, attenzjoni u diliġenza dovuti fl-aħjar interessi tal-UCITS;

 

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk kumpanija ta’ maniġment ta' dan it-tip tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tal-UCITS li timmaniġġja hi stess jew permezz ta' parti terza fi Stat Membru ieħor mingħajr ma tipproponi li twettaq xi attività jew servizzi oħra, kummerċjalizzazzjoni ta' dan it-tip għandha tkun suġġetta biss għar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu, UCITS għandha tkun libera li taħtar, jew li tkun immaniġġjata minn, kumpanija ta' maniġment awtorizzata fi Stat Membru ieħor f'konformità ma' din id-Direttiva, sakemm tali kumpanija ta' maniġment tkun konformi ma' dan li ġej:

 

(a) id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17;

 

(b) id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17a jew l-Artikolu 5a.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Barra milli tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-Artikoli 6 u 7, kull kumpanija ta' maniġment  li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  tagħha.

1. Barra milli tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-Artikoli 6 u 7, kull kumpanija ta' maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biex twettaq l-attività li għaliha ġiet awtorizzata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kumpanija ta' maniġment tkun tixtieq twettaq is-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jehmżu mad-dokumenti attestazzjoni li l-kumpanija ta' maniġment ġiet awtorizzata bi qbil ma' din id-Direttiva u deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment u d-dettalji dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta' UCITS li l-kumpanija ta' maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Is-servizzi pprovduti minn fergħa ta' kumpanija ta' maniġment għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment bi qbil mal-Artikolu 14.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment huma responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-regoli msemmijin fil-paragrafu 3a.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel ma l-fergħa ta' kumpanija ta’ maniġment  tibda n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment  għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jippreparaw għas-superviżjoni tal-kumpanija ta' maniġment, u, jekk neċessarju, jindikaw il-kundizzjonijiet, inklużi r-regoli msemmija fl-Artikoli  86 u 87 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment  u r-regoli ta' kondotta li għandhom jiġu rispettati fil-każ ta' dispożizzjoni tas-servizz ta' maniġment ta’ portafoll imsemmi fl-Artikolu 6  (3) (a)  u ta' servizzi konsultattivi ta' investiment u kustodja, li taħthom, fl-interess tal- ġid komuni, dak in-negozju għandu jitwettaq fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment.

4. Qabel ma l-fergħa ta' kumpanija ta’ maniġment tibda n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jippreparaw għas-superviżjoni tal-konformità tal-kumpanija ta' maniġment mar-regoli taħt ir-responsabilità tagħhom.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment jew fid-dettalji ta' kull restrizzjoni tat-tipi ta' UCITS li l-kumpanija ta' maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull kumpanija ta' maniġment  li tixtieq twettaq negozju fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba skont il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment:

1. Kull kumpanija ta' maniġment  li tixtieq twettaq l-attivitajiet li għaliha kienet awtorizzata fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba skont il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment:

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpanija ta' maniġment tista' mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88.

Il-kumpanija ta' maniġment  tista' mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kumpanija ta' maniġment tkun tixtieq twettaq is-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolli kollettivi imsemmija fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jehmżu mad-dokumenti attestazzjoni li l-kumpanija ta' maniġment ġiet awtorizzata bi qbil ma' din id-direttiva u deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment u d-dettalji dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta' UCITS li l-kumpanija ta' maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment, għandhom, mal-irċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jindikaw lill-kumpanija ta' maniġment  l-kundizzjonijiet, inklużi r-regoli ta' kondotta li għandhom jiġu rispettati fil-każ ta' dispożizzjoni tas-servizz ta' mmanniġġjar ta’ portafolji msemmi fl-Artikolu 6 (3) (a)  u tas-servizzi ta’ pariri dwar  investiment u kustodja li, fl-interess tal-ġid komuni, il-kumpanija ta' maniġment għandha tikkonforma magħhom fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment.

3. Is-servizzi li l-kumpanija ta' maniġment tipprovdi taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment bi qbil mal-Artikolu 14.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk il-kontenut tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1(b) jiġi emendat, il-kumpanija ta' maniġment  għandha tagħti notifika tal-emenda bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment  u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  qabel ma timplimenta l-bidla, sabiex l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  jistgħu, jekk neċessarju, jinfurmaw lill-kumpanija b'kull bidla jew addizzjoni li għandha ssir lill-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 3.

4. Jekk il-kontenut tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1(b) jiġi emendat, il-kumpanija ta' maniġment għandha tagħti notifika tal-emenda bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jaġġornaw l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment jew fid-dettalji ta' kull restrizzjoni tat-tipi ta' UCITS li l-kumpanija ta' maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kumpanija ta' maniġment  għandha wkoll tkun soġġetta għall-proċedura ta' notifika stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 f'każijiet meta tafda l-kummerċjalizzazzjoni  tal-unitajiet fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  lil parti terza.

imħassar

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 17a

1. Kumpanija ta' maniġment li tipprovdi s-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew billi twaqqaf fergħa għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment li huma relatati mal-organizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment, inklużi l-arranġamenti dwar id-delegazzjoni, il-proċeduri għall-immaniġġjar tar-riskju, ir-regoli u s-sorveljanza prudenti, il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 12 u r-rekwiżiti ta' rrapurtar tal-kumpanija ta' maniġment. Dawn ir-regoli m'għandhomx ikunu aktar stretti mir-regoli applikabbli għall-kumpaniji ta' maniġment li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħhom biss.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-regoli msemmijin fil-paragrafu 1.

 

3. Kumpanija ta' maniġment li tipprovdi s-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew billi twaqqaf fergħa għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li huma relatati mat-twaqqif u t-tħaddim tal-UCITS, jiġifieri, ir-regoli applikabbli għal:

 

(a) it-twaqqif u l-awtorizzazzjoni tal-UCITS;

 

(b) il-ħruġ u t-tisrif tal-unitajiet u l-ishma;

 

(c) l-eżerċizzju tad-drittijiet għall-vot tad-detenturi tal-unitajiet;

 

(d) il-politiki u l-limiti tal-investiment, fosthom il-kalkolu tal-espożizzjoni totali u l-proporzjon tad-djun;

 

(e) ir-restrizzjonijiet fuq is-self u l-bejgħ skopert;

 

(f) il-valutazzjoni tal-attivi u l-kontabilità tal-UCITS;

 

(g) il-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ u/jew tal-prezz tat-tisrif;

 

(h) id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tad-dħul;

 

(i) ir-rekwiżiti ta' żvelar u rrapurtar tal-UCITS, inklużi l-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investitur u r-rapporti perjodiċi;

 

(j) il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-unitajiet;

 

(k) ir-relazzjoni mad-detenturi tal-unitajiet;

 

(l) il-fużjoni u r-ristrutturar tal-UCITS;

 

(m) l-għeluq u l-likwidazzjoni tal-UCITS;

 

(n) il-kontenut u l-forma tar-reġistru tad-detentur tal-unità.

 

4. Il-kumpanija ta' maniġment għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni u l-obbligi stipulati fil-prospett, li għandhom ikunu konsistenti mal-liġi applikabbli kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3.

 

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-regoli msemmijin fil-paragrafi 3 u 4.

 

6. Il-kumpanija ta' maniġment għandha tiddeċiedi u tkun responsabbli għall-arranġamenti u d-deċiżjoni organizzattiva li jkun hemm bżonn sabiex il-kumpanija ta' maniġment tkun tista' tikkonforma mar-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u t-tħaddim tal-UCITS u mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni, u fl-obbligi stipulati fil-prospett.

 

7. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment huma responsabbli biex jissorveljaw kemm huma xierqa l-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment sabiex il-kumpanija ta' maniġment tkun f'pożizzjoni li tikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u t-tħaddim tal-UCITS kollha li timmaniġġja.

 

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kumpanija ta' maniġment awtorizzata fi Stat Membru ma tkun suġġetta għall-ebda rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS fir-rigward tal-oqsma koperti minn din id-Direttiva, apparti fil-każi espliċitament imsemmijin f'din id-Direttiva.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jinżgħu  mir-responsabbiltajiet tagħhom skont  din id-Direttiva, Stati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  jistgħu jeħtieġu li fergħat ta' kumpaniji ta' maniġment  jipprovdu l-istess dettalji bħal kumpaniji nazzjonali ta' maniġment  għal dak il-għan.

imħassar

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 2 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment jistgħu jeħtieġu lil kumpaniji ta' maniġment, li jwettqu negozju fit-territorji tagħhom skont il-libertà li jipprovdu servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għal monitoragg tal-konformità tagħhom mal-istandards stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  li japplikaw għalihom, għalkemm dawk ir-rekwiżiti  ma jistgħux ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji ta' maniġment stabbiliti għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.

Stati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment jistgħu jeħtieġu lil kumpaniji ta' maniġment, li jwettqu negozju fit-territorji tagħhom skont il-libertà li jipprovdu servizzi jew permezz tat-twaqqif ta' fergħa li jipprovdulhom l-informazzjoni neċessarja għal monitoragg tal-konformità tagħhom mar-regoli taħt ir-responsabilità tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment li japplikaw għalihom, inkluża informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-investimenti tal-UCITS. Dawk ir-rekwiżiti ma jistgħux ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji ta' maniġment stabbiliti għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment jaċċertaw li kumpanija ta' maniġment li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu qiegħda tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati f'dak l-Istat skont dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonferixxu setgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-kumpanija ta' maniġment konċernata ġġib fi tmiem din is-sitwazzjoni irregolari.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment jaċċertaw li kumpanija ta' maniġment li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu qiegħda tikser xi waħda mir-regoli taħt ir-responsabilità tagħha, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-kumpanija ta' maniġment konċernata ġġib fi tmiem din is-sitwazzjoni irregolari u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment jew minħabba li dawn il-miżuri huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, il-kumpanija ta' maniġment tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali  jew regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment, dan tal-aħħar jista', wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment, jieħu miżuri xierqa sabiex jipprevjeni jew jippenalizza iktar irregolaritajiet u, safejn ikun neċessarju, biex jipprevjeni lil dik il-kumpanija ta' maniġment milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu serviti d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri dwar il-kumpaniji ta' maniġment.

5. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment jew minħabba li dawn il-miżuri huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, il-kumpanija ta' maniġment tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment, dan tal-aħħar jista', wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment, jieħu miżuri xierqa, fosthom dawk imsemmija fl-Artikoli 93 u 94, sabiex jipprevjeni jew jippenalizza iktar irregolaritajiet u, safejn ikun neċessarju, biex jipprevjeni lil dik il-kumpanija ta' maniġment milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu serviti d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk  il-miżuri dwar il-kumpaniji ta' maniġment. Meta s-servizz provdut fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment ikun l-immaniġġjar ta' UCITS, l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment jista' jirrikjedi li l-kumpanija ta' maniġment ma tibqax timmaniġġja dik il-UCITS.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (3), (4) u (5) ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat tal-Istati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  biex jieħdu miżuri xierqa  għall-prevenzjoni jew biex jiġu ppenalizzati irregolaritajiet kommessi fit-territorji tagħhom li huma kuntrarji għal dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati fl-interess tal-ġid komuni. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li kumpaniji ta' maniġment  li qed jaġixxu irregolarment jiġu pprevenuti milli jibdew negozji oħra fit-territorji tagħhom.

imħassar

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kwalunkwe  miżura adottata skont il-paragrafi 4, 5 jew 6 li tinvolvi penalitajiet jew restrizzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' kumpanija ta' maniġment għandha tkun iġġustifikata kif dovut u kkomunikata lill-kumpanija ta' maniġment  konċernata. Kull miżura ta' dan it-tip għandha tkun soġġetta għad-dritt ta' appell fil-qrati tal-Istati Membri li jkunu addottawha.

7. Kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 4 u 5 li tinvolvi miżuri jew penalitajiet għandha tkun iġġustifikata kif dovut u kkomunikata lill-kumpanija ta' maniġment konċernata. Kull miżura ta' dan it-tip għandha tkun soġġetta għad-dritt ta' appell fil-qrati tal-Istati Membri li jkunu addottawha.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 9 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fil-każ tal-irtirar ta' awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  għandhom ikunu infurmati u għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu lill-kumpanija ta' maniġment  konċernata milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom u jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri.

9. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS qabel ma jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ta' maniġment. F'każi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu deċiżjonijiet li jwaqqfu lill-kumpanija ta' maniġment ikkonċernata milli tibda xi tranżazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tiegħu u li jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 10 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta' każijiet li fihom kien hemm rifjuti skont l-Artikolu 16  jew miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu .

10. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta' każijiet li fihom kien hemm rifjuti skont l-Artikoli 5a u 16  jew miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak tal-kumpanija ta’ maniġment jew ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru jekk l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun fi Stat Membru ieħor.

1. Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jew ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru jekk l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.

Hija salvagwardja importanti li d-depożitarju jibqa’ fl-istess Stat Membru bħad-domiċilju tal-fond, sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq dmirijietu.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju pubbliku. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u għal superviżjoni kontinwa. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Id-depożitarju għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li jakkwistaw, fuq talba, l-informazzjoni kollha li d-depożitarju jkun akkwista waqt li qed iwettaq dmirijietu, u li jkunu meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità tal-UCITS mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. Jekk l-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment ma jkunx l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, id-depożitarju għandu jagħmel ftehim bil-miktub mal-kumpanija ta' maniġment li tirregola ċ-ċirkulazzjoni tat-tagħrif meqjus neċessarju biex jippermettilha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 u f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi oħra li huma relevanti għad-depożitarji fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu dwar UCITS immexxija minn kumpanija ta' maniġment li qiegħda fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehimiet standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija ta' maniġment kif imsemmi fil-paragrafu 3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu dwar UCITS immexxija minn kumpanija ta' maniġment li qiegħda fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehimiet standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija ta' maniġment kif imsemmi fil-paragrafu 3a.

 

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta, jekk ingħatax l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

2. Fil-każ li l-kumpanija ta' investiment ma tkunx ħatret kumpanija ta' maniġment, il-kumpanija ta' investiment għandha tkun informata, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta, jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak tal-kumpanija ta’ investiment jew ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru jekk l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun fi Stat Membru ieħor.

1. Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jew ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru jekk l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Suq komuni veru jfisser li s-servizzi tal-immaniġġjar tal-fondi jistgħu jingħataw passaport madwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizz.

Hija salvagwardja importanti li d-depożitarju jibqa’ fl-istess Stat Membru bħad-domiċilju tal-fond, sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq dmirijietu.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju pubbliku. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenti u għal superviżjoni kontinwa.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Id-depożitarju għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li jakkwistaw, fuq talba, l-informazzjoni kollha li d-depożitarju jkun akkwista waqt li qed iwettaq dmirijietu, u li jkunu meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità tal-UCITS mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. Jekk l-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' maniġment ma jkunx l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, id-depożitarju għandu jagħmel ftehim bil-miktub mal-kumpanija ta' maniġment li tirregola ċ-ċirkulazzjoni tat-tagħrif meqjus neċessarju biex jippermettilha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva u f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi oħra li huma relevanti għad-depożitarji fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu dwar UCITS immexxija minn kumpanija ta' maniġment li qiegħda fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehimiet standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija ta' maniġment kif imsemmi fil-paragrafu 3a. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin, minn hawn 'il quddiem imsejħa “fużjonijiet”:

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitlu, it-tifsira ta' "fużjonijiet" għandha tkun:

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima u irrispettivament mill-mod li bih il-UCITS jkunu kostitwiti kif stipulat fl-Artikolu 1(3), jippermettu fużjonijiet bejn:

1. L-Istati Membri għandhom, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu u irrispettivament mill-mod li bih il-UCITS jkunu kostitwiti kif stipulat fl-Artikolu 1(3), jippermettu fużjonijiet transkonfinali u fużjonijiet domestiċi kif definit f'dan l-Artikolu bi qbil ma' teknika waħda jew aktar tal-fużjoni kif stipulat fl-Artikolu 34.

(a) UCITS stabbiliti fit-territorji tagħhom;

2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva t-tifsira ta' fużjoni transkonfinali għandha tkun:

(b) UCITS stabbiliti fit-territorji tagħhom u UCITS stabbiliti fit-territorji ta' Stati Membri oħra.

(a) fużjoni ta' UCITS li minnhom għall-inqas tnejn ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti; u

 

(b) fużjoni ta' UCITS stabbiliti fl-Istess Stat Membru f'UCITS imwaqqfa ġdida u stabbilita fi Stat Membru ieħor.

 

It-tekniki ta' fużjoni użati għal fużjonijiet transkonfinali għandhom ikunu previsti fil-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li qed ikunu fużi.

 

3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, fużjoni domestika għandha tfisser fużjoni ta' UCITS stabbiliti fl-istess Stat Membru meta tal-inqas waħda mill-UCITS involuti kienet notifikata skont l-Artikolu 88. It-tekniki tal-fużjoni użati għal fużjonijiet domestiċi jridu ikunu permessi skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-abbozz ta' termini komuni tal-fużjoni proposta debitament approvata mill-korp maniġerjali jew amministrattiv kompetenti ta’ UCITS li tkun qed tiġi fuża u ta’ UCITS li tirċievi;

(a) l-abbozz ta' termini komuni tal-fużjoni proposta debitament approvata mill-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi;

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ċertifikat maħruġ mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u li jirċievu, fejn jikkonferma li dawn ivverifikaw il-konformità tal-abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni ma' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom u jindikaw il-konklużjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward;

(c) dikjarazzjoni maħruġa kull wieħed mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u li jirċievu, li tikkonferma li, bi qbil mal-Artikolu 38, dawn ivverifikaw l-elementi stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 37(1) ma' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom;

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tagħrif dwar il-fużjoni proposta li hi fiħsiebha tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha.

(d) it-tagħrif dwar il-fużjoni proposta li l-UCITS li tkun ser tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi għandhom il-ħsieb li jipprovdu lit-titolari tal-unitajiet rispettivi tagħhom.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi jistgħu jaqrawhom fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru relevanti, jew f'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-untitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi kif ukoll tal-UCITS li jirċievu u meta jwettqu dan, għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi sakemm ma jqisux li l-impatt potenzjali tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi jkun negliġibbli.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom immedjatament jgħaddu kopji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS li qed tirċievi għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-untitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u tal-UCITS li tirċievi sabiex ikun evalwat jekk it-titolari tal-unitajiet humiex qed jirċievu l-informazzjoni adegwata.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jiġi ċċarat.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew li qed tirċievi jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet rispettivament tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew li qed tirċievi jiġi ċċarat.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jiddeċiedu li l-fużjoni proposta jista’ jkollha impatt sostanzjali fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi, huma jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi, li tkun teħtieġ li tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta jitforna lit-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li tirċievi.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi għandhom jinfurmaw lil dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara li jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jew li huma sodisfatti bl-informazzjoni proposta li se tgħaddi lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi, jew li talbu li l-UCITS li tirċievi tiċċara din l-informazzjoni. Din l-iskadenza la għandha tkun interrotta u l-anqas estiża.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) wara li jitqies l-impatt potenzjali tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-unitajiet skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bit-tagħrif propost li jkun se jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, u fejn applikabbli, tal-UCITS li tirċievi.

(c) l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS li qed tiġi fuża u dikk li qed tirċievi jkunu, rispettivament, sodisfatti bit-tagħrif propost li jkun se jitforna lit-titolari tal-unitajiet, jew li ma rċevew l-ebda indikazzjoni ta' nuqqas ta' sodisfazzjon mill-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS li qed tirċievi skont is-subparagrafu 3 tal-paragrafu (3).

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom jinfurmaw lill-UCITS li tkun qed tiġi fuża, f’talanqas 30 jum mis-sottomissjoni tal-fajl komplut, jekk il-fużjoni ġietx awtorizzata jew le.

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom jinfurmaw lill-UCITS li tkun qed tiġi fuża, f’talanqas 30 jum mis-sottomissjoni tal-fajl komplut, kif previst fil-paragrafu 2, jekk il-fużjoni ġietx awtorizzata jew le.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’każ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tad-domiċilju ta’ UCITS li tkun qed tiġi fuża jitolbu aktar informazzjoni, il-perjodu ta’ evalwazzjoni m'għandux ikun interrot u lanqas estiż. Tali talbiet għal aktar informazzjoni għandhom ikunu ġustifikati, proporzjonati u raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ għaqda jeħtieġ li jkunu miktuba b’mod ċar sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet jew dewmien bla bżonn.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri jistgħu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(1), jipprevedu deroga mill-Kapitolu VII għall-UCITS li qed tirċievi.

Ġustifikazzjoni

F’każ ta’ fużjoni, jista’ jkun li l-portafolli involuti jkollhom bżonn jiġu ristrutturati sabiex ikunu konformi mal-politiki ta’ investiment stipulati f’Kapitolu VII. F’dan il-każ għandu jkun possibbli perjodu ta’ deroga, skont l-Artikolu 52 (1) għal fondi li jkunu għadhom kemm ġew awtorizzati, sabiex ikun hemm lok għaċ-ċaqliq neċessarju tal-assi.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali jew amministrattiv tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u tal-UCITS li tirċievi jfassal abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun qed tiġi fuża u dik li qed tirċievi jfasslu abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

L-abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni għandu jistipula d-dettalji li ġejjin:

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-impatt mistenni tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;

(c) l-impatt mistenni, kif ukoll it-trattament tat-taxxa, tal-fużjoni proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża kif ukoll ta' dik li tkun qed tirċievi;

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kriterji adottati għall-valorizzazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligazzjonijiet fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

(d) il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-attivi u, fejn applikabbli, tal-passivi fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni bi qbil mal-Artikolu 44(1);

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) ir-regoli applikabbli, rispettivament, għat-trasferiment tal-attivi u l-iskambju tal-unitajiet;

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li tirċievi.

(g) fil-każ ta' fużjoni skont l-Artikolu 34(b), ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li tirċievi li għadha kemm twaqqfet.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jitolbu li tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fl-abbozz tat-termini komuni għall-fużjonijiet.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-depożitarji tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi jivverifikaw il-konformità tal-abbozz tat-termini komuni għall-fużjoni ma' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-depożitarji tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi jivverifikaw l-elementi stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 37(1) ma' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li awditur indipendenti, approvat skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jivvalida dan li ġej:

1. Il-liġi tal-Istati Membri tad-domiċilju tal-UCITS li qed tiġi fuża għandha tinkariga jew depożitarju jew awditur indipendenti, approvat skond id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bil-validazzjoni ta' dan li ġej:

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kriterji adottati għall-valorizzazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, ta’ l-obbligazzjonijiet fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

(a) il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-attivi u, fejn applikabbli, tal-passivi fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni skont l-Artikolu 44(1);

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) fejn ikun applikabbli, il-ħlas f'kontanti għal kull unità;

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju.

(b) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju kif ukoll il-proporzjon tal-kambju attwali determinat fid-data bi qbil mal-Artikolu 44(1).

Emenda                      119

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awdituri statutorji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jew il-UCITS li jirċievu għandhom jitqiesu bħala awdituri indipendenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

2. L-awdituri statutorji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jew l-awditur statutorju tal-UCITS li qed tirċievi għandhom jitqiesu bħala awdituri indipendenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kopja tar-rapport tal-awditur indipendenti għandha ssir disponibbli fuq talba u bla ħlas lit-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi kif ukoll tal-UCITS li jirċievu.

3. Kopja tar-rapport tal-awditur indipendenti, jew, fejn applikabbli, tad-depożitarju, għandha ssir disponibbli fuq talba u bla ħlas lit-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u tal-UCITS li jirċievu u lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jipprovdu tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta lit-titolari tal-unitajiet tagħhom sabiex jippermettulhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-impatt tal-proposta fuq l-investiment tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u dawk li jirċievu jipprovdu tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta lit-titolari rispettivi tal-unitajiet tagħhom sabiex jippermettulhom jagħmlu ġudizzju mgħarraf dwar l-impatt tal-proposta fuq l-investiment tagħhom.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun qed tiġi fuża tipprovdi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta lit-titolari tal-unitajiet tagħhom meta tintalab tagħmel dan mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża skont l-Artikolu 36(3)

imħassar

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tagħrif għandu jitforna lit-titolari ta' l-unitajiet biss wara li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jkunu awtorizzaw il-fużjoni proposta skond l-Artikolu 36.

3. It-tagħrif għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u tal-UCITS li tirċievi biss wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jkunu awtorizzaw il-fużjoni proposta skont l-Artikolu 36.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan għandu jitforna mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-laqgħa ġenerali tat-titolari ta’ l-unitajiet msemmija fl-Artikolu 41 jew, jekk tali laqgħa ġenerali tat-titolari ta’ l-unitajiet ma tkunx prevista fil-liġi nazzjonali, mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-jum effettiv propost għall-fużjoni.

Dan għandu jitforna mhux aktar tard minn 30 jum mill-aħħar data tat-talba għal xiri mill-ġdid jew għal tifdija mingħajr spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 44.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, u fejn applikabbli, tal-UCITS li tirċievi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond l-Artikoli 41 u 42.

4. It-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, tal-UCITS li tirċievi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 41 u 42.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan għandu jinkludi talanqas dan li ġej:

Dan għandu jinkludi dan li ġej:

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isfond u l-ħsieb wara l-fużjoni proposta;

(a) l-isfond u l-ħsieb wara l-fużjoni proposta;

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-impatt possibbli tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta’ l-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta' investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku u t-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni;

(b) l-impatt possibbli tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta’ l-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta' investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku, it-tnaqqis possibbli fil-prestazzjoni, kif ukoll twissija ċara lill-investituri li t-trattament tat-taxxa jista' jinbidel wara l-fużjoni;

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari ta’ l-unitajiet għandhom fir-rigward tal-fużjoni proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport ta’ l-awdituri indipendenti, u d-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ l-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 42;

(c) kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari tal-unitajiet għandhom fir-rigward tal-fużjoni proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport tal-awdituri indipendenti jew tad-depożitarji, u d-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija tal-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 42 u l-aħħar data li fiha ikun jista' jiġi eżerċitat dan id-dritt;

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-aspetti proċedurali rilevanti u d-data effettiva ppjanata għall-fużjoni;

(d) l-aspetti proċedurali rilevanti, inklużi l-proċeduri għat-trasferiment tal-unitajiet, u d-data effettiva ppjanata għall-fużjoni;

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk il-UCITS li tkun qed tiġi fuża u, fejn applikabbli, il-UCITS li tirċievi, ġiet notifikata skond l-Artikolu 88, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, u fejn applikabbli, ta' l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS li tirċievi, jew f'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. It-traduzzjoni għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-UCITS li tkun meħtieġa tipprovdi t-tagħrif. Għandha tirrifletti fedelment il-kontenut tat-tagħrif oriġinali.

5. Jekk il-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew il-UCITS li tirċievi tkun ġiet notifikata skont l-Artikolu 88, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS relevanti, jew f'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. It-traduzzjoni għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-UCITS li tkun meħtieġa tipprovdi t-tagħrif. Għandha tirrifletti fedelment il-kontenut tat-tagħrif oriġinali.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri jeħtieġu l-approvazzjoni mit-titolari ta’ l-unitajiet għall-fużjonijiet bejn UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali approvazzjoni ma tkunx teħtieġ aktar minn 75% tal-voti mitfugħa attwalment mit-titolari ta’ l-unitajiet preżenti jew irrappreżentati fil-laqgħa ġenerali tat-titolari ta’ l-unitajiet.

Fejn il-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri jeħtieġu l-approvazzjoni mit-titolari tal-unitajiet għall-fużjonijiet bejn UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali approvazzjoni ma tkunx teħtieġ aktar minn 75% tal-voti mitfugħa attwalment mit-titolari tal-unitajiet preżenti jew irrappreżentati fil-laqgħa ġenerali tat-titolari ta’ l-unitajiet. Din l-approvazzjoni għandha tkun torbot fuq it-titolari kollha tal-unitajiet.

Ġustifikazzjoni

Deċiżjoni ewlenija għandha tkun torbot fuq it-titolari kollha tal-unitajiet.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta' kworum previst fil-liġijiet nazzjonali.

L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta' kworum previst fil-liġijiet nazzjonali. Fejn applikabbli, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu kwora ta' preżenza aktar stretta għal fużjonijiet transkonfinali minn dik mitluba għal fużjonijiet domestiċi. Lanqas m'għandhom jimponu kwora ta' preżenza aktar stretta għal fużjonijiet tal-UCITS minn dik mitluba għal fużjonijiet ta' entitajiet korporattivi.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-titolari ta’ l-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża kif ukoll il-UCITS li tirċievi jkollhom id-dritt għat-talba biex jixtru mill-ġdid jew iroddu lura l-unitajiet tagħhom jew, fejn possibbli, jikkonvertuhom mingħajr ħlas f’unitajiet f’UCITS oħra b’politiki simili ta’ investiment. Dan id-dritt għandu jsir effettiv mill-waqt li t-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u, fejn applikabbli, għal dawk tal-UCITS li tirċievi, ikunu mgħarrfa bil-proposta tal-fużjoni. Dan id-dritt jispiċċa fid-data effettiva tal-fużjoni.

1. Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-titolari ta’ l-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża kif ukoll il-UCITS li tirċievi jkollhom id-dritt għat-talba, mingħajr ebda ħlas għajr dawk miżmuma mill-fond biex ikopru spejjeż ta' diżinvestiment, biex jixtru mill-ġdid jew iroddu lura l-unitajiet tagħhom jew, fejn possibbli, jikkonvertuhom f’unitajiet f’UCITS oħra b’politiki simili ta’ investiment, u ġestiti mill-istess kumpanija ta’ maniġment jew minn kwalunkwe kumpanija li magħha l-kumpanija ta' maniġment hi kollegata minn maniġment komuni, jew kontroll, jew holding sostanzjali dirett jew indirett. Dan id-dritt għandu jsir effettiv mill-waqt li t-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u għal dawk tal-UCITS li tirċievi, ikunu mgħarrfa bil-proposta tal-fużjoni bi qbil mal-Artikolu 40. Dan id-dritt jispiċċa ħamest ijiem qabel id-data li fiha jsir il-kalkolu tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 44.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-fużjonijiet bejn UCITS, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 79(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu jew li jippermettu s-sospensjoni temporanja tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet sakemm tali sospensjoni tkun ġustifikata għall-protezzjoni tat-titolari ta’ l-unitajiet.

2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, għall-fużjonijiet bejn UCITS, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 79(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu jew li jippermettu s-sospensjoni temporanja tas-sottoskrizzjoni, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet sakemm tali sospensjoni tkun ġustifikata għall-protezzjoni tat-titolari ta’ l-unitajiet.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż legali, ta’ pariri jew amministrattivi marbuta mat-tħejjija u t-tlestija tal-fużjoni ma għandhomx jitħallsu, direttament jew indirettament mill-UCITS li jkunu qed jiġu fużi, mill-UCITS li jirċievu jew mill-ebda wieħed mit-titolari ta' l-unitajiet tagħhom.

Minbarra fil-każ fejn il-UCITS ikunu jmexxu lilhom infushom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż legali, ta’ pariri jew amministrattivi marbuta mat-tħejjija u t-tlestija tal-fużjoni ma għandhomx jitħallsu mill-UCITS li jkunu qed jiġu fużi, mill-UCITS li jirċievu jew mill-ebda wieħed mit-titolari tal-unitajiet tagħhom.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-fużjoni għandha sseħħ hekk kif l-assi kollha, u fejn applikabbli, l-obbligazzjonijiet kollha jiġu ttrasferiti mill-UCITS li jkunu qed jiġu fużi għall-UCITS li tirċievi u t-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi jkunu rċevew unitajiet fil-UCITS li tirċievi b’kambju għall-unitajiet tagħhom fil-UCITS li jkunu qed jiġu fużi.

1. Għal fużjonijiet domestiċi, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha fużjoni għandha tidħol fis-seħħ kif ukoll id-data għal kalkolu tar-rata għall-kambju tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi f'unitajiet tal-UCITS li jirċievu u, fejn applikabbli, jiddeterminaw il-valur nett relevanti tal-assi għal ħlasijiet f'kontanti.

 

Għal fużjonijiet transkonfinali, il-liġijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li jirċievu għandhom jiddeterminaw id-dati li għalihom hemm referenza fl-ewwel subparagrafu.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-depożitarji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u l-UCITS li jkunu qed jirċievu għandhom ikunu responsabbli mit-trasferiment reali ta’ l-assi mill-UCITS li jkunu qed jiġu fużi għall-UCITS li tirċievi.

imħassar

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dħul fis-seħħ tal-fużjoni għandu jiġi ppublikat b’kull mezz xieraq bil-mod preskritt mil-liġijiet ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi.

3. Id-dħul fis-seħħ tal-fużjoni għandu jiġi ppublikat b’kull mezz xieraq bil-mod preskritt mil-liġijiet ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi, u notifikat lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-dħul fis-seħħ tal-fużjoni jiġi ppubblikat fuq is-sit web kemm ta' l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża kif ukoll ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS li tirċievi.

imħassar

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 44a

1. Fużjoni mwettqa kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 34 għandha tħalli dan ir-riżultat:

 

(a) l-assi u l-obbligazzjoni kollha tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom jkunu trasferiti lill-UCITS li tirċievi jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS li tirċievi;

 

(b) it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi; barra minn hekk, fejn xieraq, huma jkunu intitolati għal ħlas f'kontanti li ma jeċċedix l-10% tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża;

 

(c) il-UCITS li tkun qed tiġi fuża tispiċċa mad-dħul fis-seħħ tal-fużjoni.

 

2. Fużjoni mwettqa kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 34 għandha tħalli dan ir-riżultat:

 

(a) l-assi u l-obbligazzjoni kollha tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom ikunu trasferiti lill-UCITS li tirċievi li tkun għadha kemm twaqqfet jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS li tirċievi;

 

(b) it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi li tkun għadha kemm twaqqfet; barra minn hekk, fejn xieraq, huma jkunu intitolati għal ħlas f'kontanti li ma jeċċedix l-10% tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża;

 

(c) il-UCITS li tkun qed tiġi fuża tispiċċa mad-dħul fis-seħħ tal-fużjoni.

 

3. Fużjoni mwettqa kif stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 34 għandha tħalli dan ir-riżultat:

 

(a) l-assi [netti] tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandhom ikunu trasferiti lill-UCITS li tirċievi jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS li tirċievi;

 

(b) it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tirċievi;

 

(c) il-UCITS li tkun qed tiġi fuża tkompli teżisti sakemm l-obbligi kollha pendenti jkunu twettqu.

 

4. L-Istati Membri għandhom jaraw li tkun twaqqfet proċedura li biha l-kumpanija ta' maniġment tal-UCITS li tirċievi tikkonferma lid-depożitarju tal-UCITS li tirċievi li t-trasferiment tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligazzjonijiet ikun tlesta. Fejn il-UCITS li tirċievi ma tkunx ħatret kumpanija ta' maniġment, din għandha tagħti dik il-konferma lid-depożitarju tal-UCITS li tirċievi.

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw  lill-Kummissjoni rigward  ir-regolament tagħhom li jikkonċerna l-metodi użati għall-kalkolu ta' l- esponimenti  tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3, inkluż l- esponiment għar-  riskju għal kontraparti f'operazzjonijiet derivattivi OTC. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. Tali informazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' skambju ta' opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tal-Paragrafu 1, li jispeċifikaw dan li ġej:

 

(a) kriterji għall-evalwazzjoni ta' kemm huwa xieraq il-proċess għall-immaniġġjar tar-riskju użat mill-kumpanija ta' maniġment;

 

(b) regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiza u indipendenti tal-valur ta' derivattivi tal-OTC;

 

(c) regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija ta' maniġment tal-Istat Membru tad-domiċilju;

 

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. UCITS alimentatriċi hija UCITS li tinvesti, b'deroga mill-Artikoli 1(2)(a), 45, 47, 50 u 51(2)(c), talanqas 85% mill-assi tagħha f'unitajiet ta’ UCITS oħra ("il-UCITS prinċipali") jew ta’ kompartiment ta’ investiment minnha.

1. UCITS alimentatriċi hija UCITS, jew kompartimenti tagħha ta’ investiment, li tkun ġiet approvata biex tinvesti, b'deroga mill-Artikoli 1(2)(a), 45, 47, 50 u 51(2)(c), talanqas 85% mill-assi tagħha f'unitajiet ta’ UCITS oħra jew ta’ kompartiment ta’ investiment tagħha ("il-UCITS prinċipali").

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) strumenti derivattivi finanzjarji skond l-Artikolu 45(1)(g) u l-Artikolu 46(2) u (3).

(b) strumenti derivattivi finanzjarji, li jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta' kopertura, skont l-Artikolu 45(1)(g) u l-Artikolu 46(2) u (3).

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-iskopertura tal-UCITS alimentatriċi għall-assi bażi kif imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 46(3) għandha tiġi kkalkolata billi jitqiesu wkoll l-investimenti tal-UCITS prinċipali, inklużi l-investimenti tal-UCITS prinċipali fi strumenti derivattivi finanzjarji u dawk sottostanti, proporzjonalment ma' l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 46(3), il-UCITS alimentatriċi tista' tikkalkula l-espożizzjoni globali relatata mal-istrumenti derivattivi finanzjarji billi tgħaqqad flimkien l-espożizzjoni diretta tagħha skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma':

 

(a) l-espożizzjoni attwali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji fi proporzjon mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali; jew

 

(b) il-potenzjal massimu ta' espożizzjoni globali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji previsti fir-regoli ta' fondi tal-UCITS prinċipali jew strumenti ta' inkorporazzjoni proporzjonalment mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. UCITS prinċipali hija UCITS li:

3. UCITS prinċipali hija UCITS jew kompartiment ta' investiment tagħha li:

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandu jkollha talanqas UCITS alimentatriċi waħda bħala titolari ta’ unità;

(a) għandu jkollha talanqas UCITS alimentatriċi waħda fost it-titolari ta’ unità;

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B'deroga mill-Artikoli 1(2)(a) u 3(b), jekk UCITS prinċipali jkollha talanqas żewġ UCITS alimentatriċi bħala titolari ta’ unità, ma għandhiex tkun obbligata li żżid il-kapital minn investituri oħra.

4. Għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin għal UCITS prinċipali:

 

(a) jekk UCITS prinċipali jkollha talanqas żewġ UCITS alimentatriċi bħala titolari ta’ unità, l-Artikolu 1(2)(a) u l-Artikolu 3(b) m’għandhomx japplikaw, b’hekk il-UCITS prinċipali jkollha l-għażla li żżid il-kapital minn investituri oħra;

Jekk UCITS prinċipali żżid il-kapital biss minn UCITS alimentatriċi waħda jew aktar fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab stabbilita, il-Kapitolu XI u l-Artikolu 103(1) ma għandhomx japplikaw.

(b) Jekk UCITS prinċipali żżid il-kapital biss minn UCITS alimentatriċi waħda jew aktar fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab stabbilita, il-Kapitolu XI u l-Artikolu 103(1) ma għandhomx japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kliem jitpoġġa mod ieħor sabiex ma jkunx hemm konfużjoni bejn is-subparagrafu 1 u s-subparagrafu 2. Il-kontenut ma nbidilx.

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali determinata jkun soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali determinata li jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 50(1) għal investimenti f'UCITS oħra jkun soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-UCITS alimentatriċi tkun diġà żvolġiet attivitajiet bħala UCITS, inkluż bħala UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, sa talanqas 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta' fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

2. Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, sa talanqas 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta' fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f'dan il-Kapitolu. Għal dan il-għan, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f'dan il-Kapitolu Għal dan il-għan, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali msemmi fl-Artikolu 55(1);

(c) il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew it-tmexxija interna tar-regoli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 55(1);

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) dikjarazzjoni mill-UCITS prinċipali li ma żżomm l-ebda unità tal-UCITS alimentatriċi;

imħassar

Emenda  154

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 56(1);

(f) jekk l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 56(1);

Emenda  155

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 57(1).

(g) jekk l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 57(1).

Emenda  156

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-UCITS prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom sakemm ikunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

4. Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-UCITS prinċipali, l-UCITS alimentatriċi għandha wkoll tipprovdi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-UCITS prinċipali li tgħid li l-UCITS prinċipali hija UCITS, jew inkella kompartiment ta' investiment li tagħmel parti minn UCITS, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet imniżżla fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 53(3). Id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-UCITS alimentatriċi fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS alimentatriċi jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

(a) il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu, u għal dan il-għan, l-UCITS alimentatriċi tissottometti d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

 

(b) l-UCITS alimentatriċi turi li l-UCITS prinċipali hija awtorizzata kif xieraq bħala UCITS, li mhijiex UCITS alimentatriċi hi nnifisha, u li ma żżomm l-ebda unità ta’ UCITS alimentatriċi.

 

Emenda  157

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali jekk tkunx ingħatat jew inċaħdet l-approvazzjoni tagħhom.

imħassar

Emenda  158

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-UCITS alimentatriċi li tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali kkonċernata sabiex il-UCITS alimentatriċi tkun tista' tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan l-għan, l-UCITS alimentatriċi għandha tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali.

Emenda  159

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

imħassar

Emenda  160

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi ewlenin ta’ l-għan u l-politika ta' l-investiment tal-UCITS prinċipali;

imħassar

Emenda  161

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-regoli li jiggvernaw modifika possibbli ta’ l-għan u l-politika ta' l-investiment tal-UCITS prinċipali;

imħassar

Emenda  162

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-drittijiet u l-dmirijiet tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-kumpaniji ta' maniġment rispettivi tagħhom.

imħassar

Emenda  163

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f'unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali sakemm il-ftehim imsemmi fis-subparagrafu 1 ma jkunx daħal fis-seħħ.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f'unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali sakemm il-ftehim imsemmi fis-subparagrafu 1 ma jkunx daħal fis-seħħ. Dak il-ftehim għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet.

Emenda  164

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fil-każ li kemm l-UCITS alimentatriċi kif ukoll dik prinċipali jkunu mmaniġjati mill-istess kumpanija ta' maniġment jew korp amministrattiv, il-ftehim jista’ jkun sostitwit permezz ta’ regoli interni dwar il-kondotta tan-negozju li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-ewwel paragrafu.

Emenda  165

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-ebda unità mill-UCITS prinċipali jew mill-UCITS alimentatriċi ma tista' tinħareġ, tinbiegħ, tinxtara mill-ġdid jew tinbiegħ lura għall-istess ġurnata ta’ negozju wara li l-UCITS prinċipali jew il-UCITS alimentatriċi jkunu ppubblikaw il-prezz tal-ħruġ, tal-bejgħ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta' l-unitajiet tagħhom għal dik il-ġurnata.

2. L-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkoordinaw iż-żmien ta’ meta jsiru l-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-valur tal-assi netti, jew jagħmlu użu minn tekniki oħra rikonoxxuti sabiex jevitaw il-“market timing” fl-unitajiet ta' fondi tagħhom, u jevitaw opportunitajiet ta’ arbitraġġ.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 55(2) jirrikjedi li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jeffettwaw il-kalkolu tagħhom tal-valur nett tal-inventarju fl-istess waqt. Dan jista' jillimita l-użu tal-fondi prinċipali-alimentaturi f'ċerti qrati fejn, għal raġunijiet lokali, l-evalwazzjoni għandha ssir f'mument preċiż ferm li mhux dejjem ikun l-istess wieħed meta l-fond prinċipali jeffettwa l-kalkolu tiegħu.

Emenda  166

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk UCITS prinċipali tissospendi b'mod temporanju x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ l-unitajiet tagħha, sew fuq l-inizjattiva tagħha stess sew fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-UCITS alimentatriċi tagħha hija intitolata li tissospendi x-xiri mill-ġdid jew il-bejgħ mill-ġdid ta' l-unitajiet tagħha mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 79(2), fl-istess perjodu ta' żmien bħall-UCITS prinċipali.

3. Jekk UCITS prinċipali tissospendi b'mod temporanju x-xiri mill-ġdid, it-tifdija jew is-sottoskrizzjoni tal-unitajiet tagħha, sew fuq l-inizjattiva tagħha stess sew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-UCITS alimentatriċi tagħha hija intitolata li tissospendi x-xiri mill-ġdid, it-tifdija jew is-sottoskrizzjoni tal-unitajiet tagħha mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 79(2), fl-istess perjodu ta' żmien bħall-UCITS prinċipali.

 

Id-dritt tal-UCITS alimentatriċi illi tissospendi s-sottoskrizzjonijiet huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha li tiddeċiedi b'mod indipendenti fi kwalunkwe ħin dwar sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet.

Emenda  167

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

UCITS prinċipali tista' tiġi likwidata biss tliet xhur wara li l-UCITS prinċipali tkun għarrfet lill-UCITS alimentatriċi kollha tagħha, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju ta' dawk il-UCITS alimentatriċi, dwar id-deċiżjoni vinkolanti ta’ likwidazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi nazzjonali fir-rigward ta' likwidazzjoni obbligatorja, UCITS prinċipali tista' tiġi likwidata biss tliet xhur wara li l-UCITS prinċipali tkun għarrfet lit-titolari kollha tal-unitajiet tagħha, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' dawk il-UCITS alimentatriċi, dwar id-deċiżjoni vinkolanti ta’ likwidazzjoni

Emenda  168

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tibqa' UCITS alimentatriċi li tirriżulta mill-fużjoni jew mill-qsim; jew

(a) tibqa' UCITS alimentatriċi ta' UCITS prinċipali jew ta' UCITS oħra li tirriżulta mill-fużjoni jew mill-qsim tal-UCITS prinċipali; jew

Emenda  169

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ebda fużjoni jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lill-UCITS alimentatriċi kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tad-domiċilju ta' dawn l-UCITS alimentatriċi, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 40 jew komparabbli miegħu, sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ.

L-ebda fużjoni jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lit-titolari tal-unitajiet kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi tagħha, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 40 jew komparabbli miegħu, sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ.

Emenda  170

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skond il-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-UCITS alimentatriċi għandha terġa' tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-fużjoni jew il-qsim tal-UCITS prinċipali.

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-UCITS prinċipali għandha tagħmilha possibbli għall-UCITS alimentatriċi li terġa' tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-fużjoni jew il-qsim tal-UCITS prinċipali.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-protezzjoni tal-investitur, UCITS alimentatriċi għandha tkun tista’ tifdi jew tixtri mill-ġdid l-unitajiet tagħha qabel ma sseħħ il-fużjoni jew id-diviżjoni tal-UCITS prinċipali.

Emenda  171

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(a) il-kontenut tal-ftehim jew il-kondotta interna dwar il-kondotta tan-negozju msemmija fil-paragrafu 1;

Emenda  172

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

La d-depożitarju tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, meta jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla f'dan il-Kapitolu, ma jistgħu jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni jew il-protezzjoni tad-dejta imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u din l-imġiba lanqas ma tista' tinvolvi persuna depożitarja jew persuna oħra li taġixxi f'isimha, f'responsabilità ta' kwalunkwe tip.

Emenda  173

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, il-kumpanija ta' maniġment tal-UCITS alimentatriċi, għandha tkun responsabbli biex tikkomunika lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi kwalunkwe informazzjoni dwar l-UCITS prinċipali li hi meħtieġa biex id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi jwettaq b'mod sħiħ id-dmirijiet tiegħu.

Emenda  174

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu jinforma minnufih lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, lill-kumpanija ta' maniġment u lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi, dwar kull irregolarità li jsib rigward l-UCITS prinċipali.

2. Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS prinċipali, lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, lill-kumpanija ta' maniġment u lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi, dwar kull irregolarità li jsib rigward l-UCITS prinċipali li jkunu meqjusa bħala li għandhom effett negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.

Emenda  175

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1;

Emenda  176

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awdituri li jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom.

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awdituri biex jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom, inkluż l-arranġamenti meħuda biex wieħed jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

Emenda  177

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jqis ir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali.

2. Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jqis ir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali. Jekk l-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali ma jkollhomx l-istess sena finanzjarja, l-awditur tal-UCITS prinċipali għandu jagħmel rapport ad hoc fl-istess data ta' għeluq tal-UCITS alimentatriċi.

Emenda  178

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. La l-awditur tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, meta jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla f'dan il-Kapitolu, ,m'għandhom jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni jew il-protezzjoni tad-dejta imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u din l-imġiba lanqas ma tista' tinvolvi l-awditur jew persuna oħra li taġixxi f'isimha, f'responsabilità ta' kwalunkwe tip.

Emenda  179

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kontenut tal-ftehima imsemmija fil-paragrafi 1, subparagrafu 1.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  180

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tagħrif rigward l-investiment li jkun sar skond l-Artikolu 53(2);

(b) jekk l-għan u l-politika ta’ investiment, inklużi l-profil tar-riskju u r-rendiment, tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin, inkluża deskrizzjoni tal-investiment li jkun sar skont l-Artikolu 53(2);

Emenda  181

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha;

(c) deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha u fejn jista’ jinkiseb il-prospectus aġġornat tal-UCITS prinċipali;

Ġustifikazzjoni

Minflok ma jiġi mehmuż il-prospectus tal-UCITS prinċipali, l-informazzjoni għandha tingħata f’punt (c) dwar fejn jista’ jinkiseb il-prospectus. Dan jillimita l-volum tal-prospectus tal-UCITS alimentatriċi billi tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali dwar il-UCITS prinċipali filwaqt li jingħad b’mod ċar fejn jistgħu jiġu miksuba aktar dettalji.

Emenda  182

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk l-UCITS alimentatriċi tinvesti f'kompartiment determinat ta’ investiment jew f'unità determinata jew f'klassi ta’ ishma tal-UCITS prinċipali, deskrizzjoni fil-qosor ta’ dak l-investiment;

imħassar

Emenda  183

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, skond l-Artikolu 55(1);

(e) ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew tal-imġiba interna tal-kondotta tan-negozju skont l-Artikolu 55(1);

Emenda  184

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jekk l-għan u l-politika ta’ investiment, inklużi l-profil tar-riskju u r-rendiment, tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin;

imħassar

Emenda  185

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prospett aġġornat tal-UCITS prinċipali għandu jinhemeż mal-prospett tal-UCITS alimentatriċi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minflok ma jiġi mehmuż il-prospectus tal-UCITS prinċipali, l-informazzjoni għandha tingħata f’punt (c) dwar fejn jista’ jinkiseb il-prospectus. Dan jillimita l-volum tal-prospectus tal-UCITS alimentatriċi billi tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali dwar il-UCITS prinċipali filwaqt li jingħad b’mod ċar fejn jistgħu jiġu miksuba aktar dettalji.

Emenda  186

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. UCITS alimentatriċi għandha tiddikjara f'kull komunikazzjoni kummerċjali rilevanti li hija UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali determinata, u bħala tali tinvesti b'mod permanenti l-85% jew aktar mill-assi tagħha f'unitajiet ta’ l-istess UCITS prinċipali.

4. UCITS alimentatriċi għandha tiddikjara f'kull komunikazzjoni kummerċjali rilevanti li tinvesti b'mod permanenti l-85% jew aktar mill-assi tagħha f'unitajiet tal-istess UCITS prinċipali.

Emenda  187

Proposta għal direttiva

Artikolu 58 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Għandha tintbagħat kopja tal-prospektus, tar-rapport annwali u ta' dak ta' nofs is-sena lill-investituri min-naħa tal-UCITS alimentatriċi, meta dawn jitolbu li jirċievuha u mingħajr ħlas.

Emenda  188

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fl-UCITS prinċipali;

(c) id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fl-UCITS prinċipali jew, jekk tkun diġà investiet f'UCITS prinċipali, id-data meta l-investiment ikun se jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 50(1);

Emenda  189

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ l-unitajiet tagħhom b'xejn fi żmien 30 jum; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f'dan il-paragrafu.

(d) dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija tal-unitajiet tagħhom mingħajr ħlas ulterjuri minbarra dak li jkun sar lill-fond biex jiġu koperti spejjeż ta' diżinvestiment fi żmien 30 jum; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f'dan il-paragrafu.

Emenda  190

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel id-data ta’ l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali, skond il-punt (c) ta’ l-ewwel subparagrafu.

Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

Emenda  191

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS alimentatriċi ma tinvestix fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali determinata qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS alimentatriċi ma tinvestix fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali determinata minbarra l-limitu applikabbli skont l-Artikolu 50(1) qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Emenda  192

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Emenda  193

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-UCITS alimentatriċi għandha tiżgura li l-investiment tagħha f'UCITS prinċipali ma jolqotx il-kapaċità tagħha biex terġa' tixtri jew tifdi l-unitajiet tagħha fuq talba tat-titolari ta’ l-unitajiet, jew f'każijiet oħra fejn dan ikun fl-interess tat-titolari ta’ unità.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Diġà kopert fl-Artikolu 79, paragrafu 1.

Emenda  194

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, bis-saħħa ta’ investiment fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali, kummissjoni tiġi rċevuta mill-UCITS alimentatriċi, mill-kumpanija ta' maniġment tal-UCITS alimentatriċi jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f'isem il-UCITS alimentatriċi jew il-kumpanija ta' maniġment tagħha, il-kummissjoni għandha titħallas fl-assi tal-UCITS alimentatriċi.

3. Fejn, b'konnessjoni ma' investiment fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali, spiża ta' distribuzzjoni, kummissjoni jew benefiċċju fi flus jiġu rċevuti mill-UCITS alimentatriċi, mill-kumpanija ta' maniġment tal-UCITS alimentatriċi jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f'isem il-UCITS alimentatriċi jew il-kumpanija ta' maniġment tagħha, l-ispiża, il-kummissjoni jew il-benefiċċju fi flus għandhom jitħallsu fl-assi tal-UCITS alimentatriċi.

Emenda  195

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skond l-Artikolu 101(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija ta' maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha.

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi u, meta jitqies li jkun neċessarju, lit-titolari l-oħra tal-unitajiet, dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skont l-Artikolu 101(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija ta' maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha.

Emenda  196

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skond l-Artikolu 101(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija ta' maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha. Wara dan, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi.

2. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skont l-Artikolu 101(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija ta' maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha li mbagħad għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi. Meta dawk l-awtoritajiet iqisuh neċessarju, huma għandhom ukoll jinfurmaw b'din l-informazzjoni lit-titolari l-oħra tal-unitajiet.

Emenda  197

Proposta għal direttiva

Artikolu 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-elementi essenzjali tal-prospett  għandhom jinżammu aġġornati.

L-elementi essenzjali tal-prospett  għandhom jiġu aġġornati b’mod annwali jew meta jseħħu tibdiliet materjali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiddefinixxi l-kelma ‘aġġornati’ b’dispożizzjoni aktar preċiża.

Emenda  198

Proposta għal direttiva

Artikolu 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UCITS għandhom jibagħtu l-prospetti  tagħhom u kull emenda li ssirilhom, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti.

L-UCITS għandhom jibagħtu l-prospetti tagħhom u kull emenda li ssirilhom, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta' nofs is-sena tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS. L-UCITS għandha tipprovdi din id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta' maniġment meta dan jitlob hekk.

Emenda  199

Proposta għal direttiva

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prospett jista' jingħata f'mezz durabbli jew f'forma elettronika.

2. Il-prospett jista' jingħata f'mezz durabbli jew fuq websajt. Għandha tingħata kopja lill-investituri mingħajr ħlas, meta dawn jitolbu li jirċevuha.

Emenda  200

Proposta għal direttiva

Artikolu 70 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-investituri hekk kif jispeċifikaw il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73.

3. Ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-investituri hekk kif jispeċifikaw il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73. Għandha tintbagħat kopja tar-rapport annwali u ta' dak ta' nofs is-sena lill-investituri mingħajr ħlas, meta dawn jitolbu li jirċevuha.

Emenda  201

Proposta għal direttiva

Artikolu 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom ikunu ċarament identifikabbli bħala tali. Għandhom ikunu ġusti, ċari u ma jqarrqux, u t-tagħrif miġbur fih għandu jkun koerenti mat-tagħrif inkluż fil-prospett u fit-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73. Għandhom jindikaw l-eżistenza ta’ prospett kif ukoll id-disponibbiltà tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73, u jispeċifikaw fejn u f'liema lingwi tali informazzjoni jew dokumenti jistgħu jinkisbu mill-investituri reali jew potenzjali, jew kif jista' jsir aċċess għalihom.

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom ikunu ċarament identifikabbli bħala tali. Għandhom ikunu ġusti, ċari u ma jqarrqux. B'mod partikolari, kull komunikazzjoni kummerċjali li jkun fiha invit biex wieħed jixtri l-unitajiet tal-UCITS u li jkun fiha tagħrif speċifiku dwar UCITS m'għandhiex tagħmel dikjarazzjonijiet li jmorru kontra jew inaqqsu s-sinifikat tat-tagħrif inkluż fil-prospektus u fit-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73. Għandha tindika l-eżistenza ta’ prospett kif ukoll id-disponibbiltà tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73, u jispeċifikaw fejn u f'liema lingwi tali informazzjoni jew dokumenti jistgħu jinkisbu mill-investituri reali jew potenzjali, jew kif jista' jsir aċċess għalihom.

Emenda  202

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, kumpanija ta’ maniġment ifasslu dokument qasir li jiġbor fih tagħrif ewlieni għall-investituri.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, kumpanija ta’ maniġment ifasslu dokument qasir li jiġbor fih tagħrif ewlieni għall-investituri. Il-kliem ''tagħrif ewlieni għall-investituri'' għandu jissemma b'mod ċar f'dan id-dokument, fil-lingwa msemmija fl-Artikolu 89(1)(b).

Emenda  203

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi tagħrif dwar talanqas l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-UCITS ikkonċernata:

3. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jipprovdi tagħrif dwar l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-UCITS ikkonċernata:

Emenda  204

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) l-identifikazzjoni tal-UCITS;

Emenda  205

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) preżentazzjoni tar-riżultati mgħoddija;

(b) preżentazzjoni tar-riżultati mgħoddija jew, meta jkun xieraq, xenarji tar-riżultati;

Emenda  206

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jintuża mingħajr ma jinbidel, għajr għat-traduzzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tkun saret notifika li l-UCITS se tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skond l-Artikolu 88.

6. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jintuża mingħajr ma jinbidel jew jissupplimenta, għajr għat-traduzzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tkun saret notifika li l-UCITS se tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 88.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun evitat li 'tissebbaħ' l-tagħrif ewlieni għall-investituri fil-futur, għandu jkun pprojbit li jiġu mehmuża dokumenti supplimentari mal-KII.

Emenda  207

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni fil-Livell 2 huma meħtieġa u mhux mistoqsija miftuħa biex tiġi deċiża fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu disponibbli fid-data tal-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva.

Emenda  208

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kontenut iddettaljat tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

(a) il-kontenut iddettaljat u li ma jispiċċa qatt tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

Emenda  209

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kontenut iddettaljat tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-każijiet speċifiċi li ġejjin;

(b) il-kontenut iddettaljat u li ma jispiċċa qatt tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-każijiet speċifiċi li ġejjin;

Emenda  210

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) għal UCITS li joperaw fil-Borża, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f'UCITS li topera fil-Borża;

imħassar

Emenda  211

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f'UCITS strutturati, ta’ kapital protett jew oħrajn simili li joffru ħlas lura ffissat minn qabel u sa ċertu limitu ta’ żmien, li jiddependi totalment minn ċerti parametri, bħall-evoluzzjoni ta’ indiċi speċifika;

(vi) għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f'rabta mal-karatteristiċi speċjali ta' UCITS bħal dawn;

Emenda  212

Proposta għal direttiva

Artikolu 74 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jikkostitwixxi tagħrif prekontrattwali. Għandu jkun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jkun konsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett.

1. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jikkostitwixxi tagħrif prekontrattwali li jingħata bla ħlas. Għandu jkun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jkun konsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett.

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu, bħalma kien il-każ tal-prospectus simplifikat, jiġi provdut lill-investituri bla ħlas.

Emenda  213

Proposta għal direttiva

Artikolu 74 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna ma jkollhiex ir-responsabbiltà ċivili biss abbażi tat-tagħrif ewlieni għall-investituri, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieq, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi twissija ċara f'dan ir-rigward.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna ma jkollhiex ir-responsabbiltà ċivili biss abbażi tat-tagħrif ewlieni għall-investituri, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx materjalment qarrieq, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi twissija ċara f'dan ir-rigward.

Ġustifikazzjoni

Kliem aktar ċar jevita li jkun hemm miżinterpretazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Emenda  214

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija ta’ maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li tbigħ UCITS direttament jew permezz ta' aġent marbut lil investituri, twassal lill-investituri, direttament jew permezz ta’ l-aġent marbut, tagħrif ewlieni għall-investituri dwar tali UCITS, fi żmien raġonevoli qabel is-sottoskrizzjoni proposta tagħhom ta’ unitajiet f'tali UCITS.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija ta’ maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li tbigħ UCITS direttament jew permezz ta' persuna naturali jew legali oħra li taġixxi f'isimha u taħt ir-responsabilità sħiħa u inkundizzjonali tagħha, tipprovdi lill-investituri b'tagħrif ewlieni għall-investituri dwar tali UCITS, fi żmien raġonevoli qabel is-sottoskrizzjoni proposta tagħhom ta’ unitajiet f'tali UCITS.

Emenda  215

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija ta’ maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li ma tbigħx UCITS direttament jew permezz ta' aġent marbut lil investituri, twassal tagħrif ewlieni għall-investituri lil manifatturi ta’ prodotti u intermedjarji li jbigħu jew jagħtu konsulenza lill-investituri rigward investimenti potenzjali f'tali UCITS jew fi prodotti li joffru skopertura għal tali UCITS, u b'hekk jippermettilhom jipprovdu t-tagħrif kollu relevanti rigward l-investiment propost lill-klijenti tagħhom attwali jew potenzjali, skond l-obbligi ta' informazzjoni applikabbli fil-liġi Komunitarja u nazzjonali relevanti.

2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija ta’ maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li ma tbigħx UCITS direttament jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha u taħt ir-responsabilità sħiħa u inkundizzjonali tagħha rigward l-investituri, tipprovdi tagħrif ewlieni għall-investituri intermedjarji li jbigħu jew jagħtu konsulenza lill-investituri rigward investimenti potenzjali f'tali UCITS. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji li qed ibigħu jew qed jagħtu pariri lill-investituri potenzjali fil-UCITS, jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investituri lill-klijenti jew klijenti potenzjali tagħhom.

Emenda  217

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jkun ipprovdut lill-investituri b'xejn.

Emenda  216

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, f'sezzjoni apposta tal-websajt tagħhom, tagħrif ewlieni għall-investituri rigward il-UCITS kollha kkostitwiti u awtorizzati f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din is-soluzzjoni, li diġà kienet adottata minn xi Stati Membri, tippermetti li din l-informazzjoni tiġi ċċentralizzata u ttejjeb il-faċilità tal-konsultazzjoni u l-aċċessibilità ta' data attwali u storika. Din tista' tkun estiża utilment għall-pajjiżi oħra.

Emenda  218

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji ta’ investiment, kif ukoll lil kumpanija ta' maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li l-kumpanija ta' investiment timmaniġġja, li jwasslu tagħrif ewlieni għall-investituri f'mezz durabbli jew permezz ta’ websajt.

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji ta’ investiment, kif ukoll lil kumpanija ta' maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li l-kumpanija ta' investiment timmaniġġja, li jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investituri f'mezz durabbli jew permezz ta’ websajt. Kopja fuq karta għandha titwassal b'xejn lill-investitur, fuq talba tiegħu.

Emenda  219

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Minbarra dan, verżjoni aġġornata tat-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun disponibbli fis-sit tal-Internet tal-kumpanija ta' investiment jew tal-kumpanija ta' ġestjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li jkun hemm konsistenza fit-test mad-Direttiva 2004/39/KE. Iktar minn hekk, il-KII dejjem għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-Internet tal-korp tal-amministrazzjoni li jmexxi l-UCITS sabiex tiġi żgurata aċċessibilità faċli għall-partijiet kollha kkonċernati.

Emenda  220

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta t-tagħrif ewlieni għall-investituri jiġi pprovdut f'mezz durabbli barra mill-karta u permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta t-tagħrif ewlieni għall-investituri jiġi pprovdut f'mezz durabbli barra mill-karta u permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.

Ġustifikazzjoni

L-emenda ma tapplikax għal-lingwa Maltija.

Emenda  221

Proposta għal direttiva

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-elementi essenzjali tat-tagħrif ewlieni għall-investituri għandhom jinżammu aġġornati

2. L-elementi essenzjali tat-tagħrif ewlieni għall-investituri għandhom jiġu aġġornati b’mod annwali jew meta jseħħu tibdiliet materjali.

Ġustifikazzjoni

Dan jiddefinixxi ''aġġornati''; din id-definizzjoni hija konformi mal-opinjoni CESR/08-087 tas-CESR dwar il-KII.

Emenda  222

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni sħiħa rigward il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li ma jaqgħux fl-ambitu kopert b'din id-Direttiva, u li huma rilevanti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet ta' UCITS, stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tkun faċilment disponibbli mid-distanza u b'mezz elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, hija ppreżentata b'mod ċar u mhux ambigwu, u tinżamm aġġornata.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni sħiħa rigward il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li ma jaqgħux fl-ambitu kopert b'din id-Direttiva, u li huma rilevanti b'mod speċifiku għall-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet ta' UCITS, stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tkun faċilment disponibbli mid-distanza u b'mezz elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, hija ppreżentata b'mod ċar u mhux ambigwu, u tinżamm aġġornata.

Emenda  223

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, UCITS għandha tfisser UCITS jew kompartiment tal-investiment tagħha.

Emenda  224

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti  minn dak li fih hija stabbilita , għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika  lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

1. Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha, għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Emenda  225

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet tagħha f'dak l-Istat Membru.

L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti.

Emenda  226

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jibagħtu d-dokumentazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, sa mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-wasla ta' l-ittra ta' notifika. Għandhom jinkludu flimkien mad-dokumentazzjoni attestazzjoni li l-UCITS tilħaq il-kundizzjonijiet stipulati b'din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jibagħtu d-dokumentazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-ittra ta' notifika u tad-dokumentazzjoni kompleta prevista fil-paragrafu 2. Għandhom jinkludu flimkien mad-dokumentazzjoni attestazzjoni li l-UCITS tilħaq il-kundizzjonijiet stipulati b'din id-Direttiva.

Emenda  227

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, huma pprovduti f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, huma pprovduti f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, sakemm l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jaqblu li l-ittra ta' notifika kif imsemmija fil-paragrafu 1 u l-attestazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 3 jitressqu f'lingwa uffiċjali taż-żewġ Stati Membri.

Ġustifikazzjoni

Emenda  228

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għall-finijiet tal-proċedura ta’ notifika stipulata f'dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha ma għandhomx jitolbu dokumenti, ċertifikati jew informazzjoni addizzjonali għajr dawk provduti f'dan l-Artikolu.

6. Għall-finijiet tal-proċedura ta’ notifika stipulata f'dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha ma għandhomx jitolbu jew jirrikjedu approvazzjoni minn qabel għal dokumenti mhux relatati mal-kummerċjalizzazzjoni inklużi dokumenti kuntrattwali bħal ma huma l-formoli ta' applikazzjoni, ċertifikati jew informazzjoni oħra għajr dawk previsti f'dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tagħmilha ċara li l-Istat Membru ospitanti ma jistax jirrikjedi approvazzjoni minn qabel ta' dokumenti mhux relatati mal-kummerċjalizzazzjoni bħall-formoli ta' sottoskrizzjoni għall-aċċess għall-unitajiet.

Emenda  229

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom aċċess, b'mod elettroniku, għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, u fejn xieraq, għal kwalunkwe traduzzjoni tagħhom u li dawk id-dokumenti u traduzzjonijiet jinżammu aġġornati.

7. L-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom aċċess, b'mod elettroniku, għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, u fejn xieraq, għal kwalunkwe traduzzjoni tagħhom. Hu għandu jiżgura li l-UCITS iżommu dawk id-dokumenti u traduzzjonijiet aġġornati. Il-UCITS għandha tinnotifika dwar kwalunkwe emenda għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tindika fejn dawk id-dokumenti jistgħu jinkisbu b'mezz elettroniku.

Emenda  230

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fl-eventwalità ta' tibdil fl-informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni kkomunikati fl-ittra ta' notifika skond il-paragrafu 1, l-UCITS għandha tagħti notifika bil-miktub ta’ dan it-tibdil lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti qabel ma timplimenta tali tibdil.

8. Fl-eventwalità ta' tibdil fl-informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni kkomunikati fl-ittra ta' notifika skont il-paragrafu 1, l-UCITS għandha tagħti notifika bil-miktub ta’ dan it-tibdil lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti qabel ma timplimenta tali tibdil.

Emenda  231

Proposta għal direttiva

Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX, tali informazzjoni u/jew dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri hekk kif inhu stipulati bil-liġijiet, ir-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru tal-oriġini tal-UCITS;

(a) mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX, tali informazzjoni u/jew dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri hekk kif inhu stipulati bil-liġijiet, ir-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-oriġini tal-UCITS; m'għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' traduzzjoni minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm ċarezza rigward il-fatt li r-rekwiżiti ta' traduzzjoni li jinsabu fl-Artikolu 89(1b sa 1d) huma eżawrjenti u li ma hemm bżonn tal-ebda rekwiżit ieħor imponut mill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS.

Emenda  232

Proposta għal direttiva

Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73 għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS;

(b) it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73 għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, kif ġie deċiż mill-UCITS;

Ġustifikazzjoni

Il-lingwaġġ tal-KII huwa magħżul skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti iżda fuq għażla tal-UCITS.

Emenda  233

Proposta għal direttiva

Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-format u l-ambitu ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(3);

(a) l-ambitu tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(3);

Emenda  234

Proposta għal direttiva

Artikolu 90 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-ittra ta’ notifika, għall-finijiet tan-notifika mingħand UCITS, skond l-Artikolu 88(1);

(a) il-forma u l-kontenut għall-ittra ta’ notifika, għall-finijiet tan-notifika mingħand UCITS, skont l-Artikolu 88(1);

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri implimentattivi rigward l-ittra ta' notifika għandu jkollhom l-għan li jkunu armonizzati kemm jista' jkun.

Emenda  235

Proposta għal direttiva

Artikolu 92 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru  l-awtoritajiet li għandhom iwettqu d-dmirijiet pprovduti f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, u jindikaw kull diviżjoni ta’ dmirijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru  l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet pprovduti f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, u jindikaw kull diviżjoni ta’ dmirijiet.

Emenda  236

Proposta għal direttiva

Artikolu 92 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtortajiet ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS  għandhom ikunu kompetenti biex jissupervizzaw dik l-UCITS. Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jaqgħu barra l-ambitu kopert minn din id-Direttiva u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 87 u 89.

3. L-awtortajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissupervizzaw dik l-UCITS, inkluż, fejn relevanti, skont l-Artikolu 17a. Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jaqgħu barra l-ambitu kopert minn din id-Direttiva u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 87 u 89.

Emenda  237

Proposta għal direttiva

Artikolu 93 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jitolbu s-sospenzjoni tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tad-detenturi ta’ l-unitajiet jew tal-pubbliku;

(j) jitolbu s-sospenzjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-pubbliku;

Emenda  238

Proposta għal direttiva

Artikolu 94 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Mingħajr ma jiġu esklużi regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dispożizzjonijiet oħra nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom partikolarment jistabbilixxu penalitajiet effikaċi, proporzjonati u diżwassivi rigward id-dmir li t-tagħrif ewlieni għall-investitur jiġi ppreżentat b'mod li jinftiehem mill-investituri mhux professjonisti skond l-Artikolu 73(5).

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-miżuri u l-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, b'mod partikulari, għandhom jiżguraw, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi xierqa jew ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-miżuri u l-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Mingħajr ma jiġu esklużi regoli dwar il-miżuri u l-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dispożizzjonijiet oħra nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom partikolarment jistabbilixxu miżuri u penalitajiet effikaċi, proporzjonati u diżwassivi rigward id-dmir li t-tagħrif ewlieni għall-investitur jiġi ppreżentat b'mod li jinftiehem mill-investituri mhux professjonisti skont l-Artikolu 73(5).

Emenda  239

Proposta għal direttiva

Artikolu 94 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżvelaw lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jridu jiġu imposti għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għajr jekk tali żvelar ikun jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżvelaw lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jridu jiġu imposti għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għajr jekk tali żvelar ikun jipperikola serjament is-swieq finanzjarji, ikun ta' detriment għall-interessi tal-investituri jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Emenda  240

Proposta għal direttiva

Artikolu 96 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, sabiex ikunu jistgħu jiżguraw superviżjoni adegwata tal-UCITS u tal-kumpanija tal-immaniġġjar u jwettqu bis-sħiħ id-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva. Ftehimiet bħal dawn jistgħu jinvolvu delegazzjoni reċiproka ta' ħidmiet ta' superviżjoni jew awtorità kompetenti waħda jew iktar li jaqsmu bejniethom il-ħidmiet superviżorji minn kumpanija tal-immaniġġjar bil-libertà li jipprovdu servizzi bit-twaqqif ta' fergħa.

Emenda  241

Proposta għal direttiva

Artikolu 96 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet validi biex tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra din id-Direttiva fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet li mhumiex suġġetti għas-sorveljanza tagħha, din għandha tinnotifika dan f’manjiera speċifika kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità tal-aħħar għandha tieħu azzjoni approprjata. Għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta' notifika bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn ikun possibbli, bl-iżviluppi intermedji sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-tagħrif.

Emenda  242

Proposta għal direttiva

Artikolu 97 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jistgħu jindikaw fil-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-qbil espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Emenda  243

Proposta għal direttiva

Artikolu 97 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1  u 4  ma għandhomx ifixklu l-iskambju  ta' informazjoni fost l-awtoritjiet kompetenti, fi Stat Membru wieħed jew bejn Stati Membri varji, li jkunu :

5. Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx ifixklu l-iskambju ta' informazjoni fi Stat Membru jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti; u:

Emenda  244

Proposta għal direttiva

Artikolu 102 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti  msemmija għandhom jagħtu r-raġunijiet għal kull deċiżjoni li jirrifjutaw awtorizzazzjoni u kull deċiżjoni negattiva meħuda fl-implementazzjoni tal-miżuri ġenerali adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkomunikawhom lill-applikanti.

1. L-awtoritajiet kompetenti  msemmija għandhom jagħtu r-raġunijiet, bil-miktub, għal kull deċiżjoni li jirrifjutaw awtorizzazzjoni u kull deċiżjoni negattiva meħuda fl-implementazzjoni tal-miżuri ġenerali adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkomunikawhom lill-applikanti.

Emenda  245

Proposta għal direttiva

Artikolu 102 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ UCITS skond il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu soġġetti għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati; l-istess għandu japplika jekk l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’  applikazzjoni għal awtorizzazzjoni magħmula minn UCITS li tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva tkun irraġunata kif jixraq u tkun soġġetta għad-dritt għall-applikazzjoni lill-qrati. Id-dritt għall-applikazzjoni lill-qrati għandu japplika wkoll meta, rigward applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tagħha.

Emenda  246

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull deċiżjoni għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, jew xi miżura serja oħra meħuda kontra UCITS, jew kull sospenzjoni ta' xiri mill-ġdid jew tifdija  imposta fuqha, għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS  lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri ospitanti tal-UCITS  .

2. Kull deċiżjoni għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, jew xi miżura serja oħra meħuda kontra UCITS, jew kull ħruġ, sospenzjoni ta' xiri mill-ġdid jew tifdija imposta fuqha, għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS lill-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS u, jekk il-kumpanija ta’ maniġment ta' UCITS tkun qiegħda fi Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment.

Emenda  247

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment u dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandu jkollhom, rispettivament, il-kapaċità li jieħdu azzjoni kontra l-kumpanija ta’ maniġment jekk din tikser regoli taħt ir-responsabilità rispettiva tagħhom.

Emenda  248

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m'humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b'mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi ta’ l-investituri ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

4. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m'humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b'mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu b'mod konsegwenti jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

Emenda  249

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.

(b) jekk hemm bżonn, jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.

Emenda  250

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibli li jiġu serviti d-dokumenti legali meħtieġa għall-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membri ospitanti tal-UCITS fir-rigward ta’ UCITS skond il-paragrafi 2 sa 4.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibbli, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, li jiġu serviti d-dokumenti legali meħtieġa għall-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membri ospitanti tal-UCITS fir-rigward ta’ UCITS skont il-paragrafi 2 sa 4.

Emenda  251

Proposta għal direttiva

Artikolu 104 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Safejn huwa neċessarju għall-iskop ta' l-eżerċizzju tas-setgħat ta' supervizjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment  għandhom jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  b'kull miżura meħuda mill-Istat Mermbru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment  skond l-Artikolu 18  (6) li tinvolvi penalitajiet imposti fuq kumpanija ta' maniġment  jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta' kumpanija ta' maniġment .

2. Safejn huwa neċessarju għall-iskop tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' supervizjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment għandhom jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment b'kull miżura meħuda mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija ta’ maniġment skont l-Artikolu 18 (6) li tinvolvi miżuri u penalitajiet imposti fuq kumpanija ta' maniġment jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta' kumpanija ta' maniġment .

Emenda  252

Proposta għal direttiva

Artikolu 104 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta' kumpanija ta' maniġment u li taffettwa l-kapaċità tal-kumpanija ta' maniġment biex twettaq dmirijietha kif suppost rigward il-fond u dwar kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti skont il-Kapitolu III.

Emenda  253

Proposta għal direttiva

Artikolu 104 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta’ maniġment dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta' UCITS u li tista' taffettwa l-kapaċità tal-kumpanija ta' maniġment biex twettaq dmirijietha rigward il-fond kif suppost u li tikkonforma mar-regoli applikabbli.

Emenda  254

Proposta għal direttiva

Artikolu 109 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 109a

Sa mhux aktar tard mill-*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill .

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li jitressaq rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni jippermetti li ssir l-analiżi tal-progress miksub u li jiġu identifikati nuqqasijiet possibbli u sfidi ġodda fil-qafas tal-UCITS. Il-ħidma fuq din id-Direttiva għandha tkun kontinwa sabiex jiġi żgurat li l-industrija Ewropea tal-fondi tibqa' kompetittiva.

Emenda  255

Proposta għal direttiva

Artikolu 110 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn [...] il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' l-Artikoli 1(3)(b), 2(1)(e), 2(1)(f), 2(1)(n), 4, 5(2), 16(5), 19(1), 19(3)(a), 19(3)(d), 19(3)(e), 34 sa 44, il-frażi introduttorja ta' 45(1), 45(3), 49(3), 51(1), il-frażi introduttorja ta' l-ewwel subparagrafu ta' 51(2), 53 sa 62, 63(1), 64, 65(2), 65(3), 66, 67, 69, 70, 72, 73 sa 77, 78(1)(b), it-tieni inċiż ta' 78(2)(a), 81, 83(1)(b), 84(b), 85, 86 sa 96, 102(3), 103(1), 103(3) sa (5), 105, 110 sa 112 u l-Anness I. Għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet flimkien ma' tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2011 il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' l-Artikoli 1(3)(b), 2(1)(e), 2(1)(f), 2(1)(n), 4, 5(2), 16(5), 19(1), 19(3)(a), 19(3)(d), 19(3)(e), 34 sa 44, il-frażi introduttorja ta' 45(1), 45(3), 49(3), 51(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu ta' 51(2), 53 sa 62, 63(1), 64, 65(2), 65(3), 66, 67, 69, 70, 72, 73 sa 77, 78(1)(b), it-tieni inċiż ta' 78(2)(a), 81, 83(1)(b), 84(b), 85, 86 sa 96, 102(3), 103(1), 103(3) sa (5), 105, 110 sa 112 u l-Anness I. Għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet flimkien ma' tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm it-tibdil fid-Direttiva huwa pjuttost sostanzjali, implimentazzjoni mgħaġġla hija fundamentali sabiex jiġi żgurat li l-qligħ ippjanat jkun jista' jintuża fi żmien raġonevoli.

Emenda  256

Proposta għal direttiva

Artikolu 111 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Referenzi għall-prospett simplifikat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 73.

Emenda  257

Proposta għal direttiva

Artikolu 112 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010, il-miżuri ta' implimentazzjoni kif previsti fl-Artikoli 12, 14, 20, 30, 46 u 73.

Emenda  258

Proposta għal direttiva

Anness I – skeda A – punt 1 – il-kolonna tan-nofs

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija ta’ maniġment.

1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija ta’ maniġment inkluża indikazzjoni dwar jekk il-kumpanija ta' maniġment għandhiex id-domiċilju tagħha fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  259

Proposta għal direttiva

Anness I - skeda B - punt V - inċiż 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet bħala informazzjoni ġdida fir-rapporti perjodiċi tħalli bla risposta l-kwistjonijiet dwar il-kalkolu. Il-valur miżjud ta' dan mhuwiex ċert.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Storja ġenerali tal-UCITS

L-UCITS (Impriżi ta' Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli) huwa prodott ta' fond ta' investiment armonizzat li jinvesti skont politiki ta' investiment definiti u jista' jingħata madwar l-Unjoni Ewropea. Il-fondi ta' investiment jipprovdu lill-investituri bl-imnut l-opportunità li jinvestu ammont pjuttost baxx ta' kapital f'portafoll diversifikat li jiġi ġestit professjonalment. Id-Direttiva ta' qafas UCITS 85/611/KEE tistabbilixxi livell għoli ta' ħarsien tal-investituri u ta' trasparenza tal-ispejjeż, billi twaqqaf ir-rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-organizzazzjoni, il-ġestjoni u s-superviżjoni tal-fondi ta' investiment.

Saru bosta aġġornamenti tad-direttiva[1], u dawk prinċipali li saru l-iktar reċentement huma d-Direttivi 2001/107/KE ("Direttiva tal-Kumpaniji ta' Amministrazzjoni") u 2001/108/KE ("Direttiva tal-Prodotti") li jippermettu investiment fil-klassijiet ta' assi ġodda, itejbu l-informazzjoni tal-investituri, iwessgħu l-ambitu tal-attivitajiet għall-kumpaniji ta' amministrazzjoni u jintroduċu rekwiżiti ta' kapital għall-kumpaniji ta' amministrazzjoni.

Il-marka UCITS hija waħda ta' suċċess, mibjugħa mhux biss madwar l-UE iżda wkoll fl-Asja u fl-Amerka Latina, b'total ta' EUR 5,6 triljun f'assi totali fi tmiem Ġunju 2008.[2]

2. Raġunijiet għal Reviżjoni

Is-suq Ewropew tal-fondi ta' investimenti huwa frammentat b'daqs ta' fondi ferm baxx, meta mqabbel mal-Istati Uniti, u dan iwassal għal ħafna spejjeż għall-investituri.

L-istħarriġ tal-Kummissjoni, mill-Grupp ta' Esperti tal-Ammistrazzjoni tal-Assi fl-2004, u mbagħad il-Green Paper f'Lulju 2005 u wara din, il-White Paper f'Novembru 2006, kull wieħed minn dawn segwit minn konsultazzjoni pubblika għall-industrija u għal partijiet oħra kkonċernati, wera nuqqasijiet u wera wkoll li hemm bżonn qawwi li jiġu riveduti ċerti partijiet tal-Iskema UCITS III u li jiġu inklużi xi mekkaniżmi ġodda fid-direttiva ta' qafas. Biex jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jibqa' effikaċi fi swieq li jevolvu malajr u huwa adattat għall-bżonnijiet tal-investituri, kif ukoll jiżgura l-kompetittività tal-industrija tal-fondi tal-UE, jeħtieġ li ssir riforma tar-rekwiżiti legali għall-prodotti UCITS.

Dawn il-miżuri huma parti minn 'l hekk imsejjaħ Pakkett tal-Effikaċja tas-Suq (Market Efficiency Package), UCITS IV, bil-għan li jikbru l-ekonomiji tal-iskala u tissaħħaħ il-kompetizzjoni fl-industrija Ewropea tal-fondi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-investituri filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri. B'mod partikolari, ġew identifikati sitt oqsma fejn jeħtieġ li jkun hemm bidla jew żieda mal-qafas attwali.

3. Kontenut u pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' x-xogħol tal-Kummissjoni għat-titjib tal-qafas għal fondi Ewropej ta' investimenti armonizzati u jappoġġja t-tibdil propost, iżda jissuġġerixxi titjib ulterjuri tat-test. Ir-Rapporteur jiddispjaċih madankollu mid-dewmien fir-rigward tal-Passaport tal-Kumpaniji tal-Amministrazzjoni.

3.1 Fużjoni

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-fużjonijiet introdotti fid-direttiva jistabbilixxu qafas Ewropew kemm għall-fużjonijiet interni, kif ukoll għal dawk transkonfinali, u b'hekk jippermettu li jkun hemm ekonomiji tal-iskala.

Il-Kummissjoni ħabbret fil-White Paper tagħha[3] li ser tipprovdi Komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni ta' fużjonijiet transkonfinali tal-fondi. Il-Komunikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tistipula li l-fużjonijiet transkonfinali għandhom ikunu trattati bħall-fużjonijiet interni b'mod newtrali fir-rigward tat-tassazzjoni (fuq bażi tat-trattament nazzjonali dwar it-taxxa fuq il-qligħ kapitali). Il-Komunikazzjoni għadha pendenti.

Ir-Rapporteur jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq din il-Komunikazzjoni qabel l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u biex twettaq ħidma ulterjuri fuq direttiva dwar it-tassazzjoni tal-fużjonijiet tal-fondi, skont il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 90/434/KEE u 2005/65/KE li tkun tittratta l-ostaklu tat-tassazzjoni b'mod li jorbot legalment. Jeħtieġ li jkun hemm regoli ċari biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-qafas tal-fużjonijiet propost jkunu jistgħu jiġu sfruttati sabiex iwasslu għal konsolidazzjoni tas-suq, titjib fl-effikaċja u inqas spejjeż għall-investituri.

3.2 Master/Feeder

Sabiex tinkiseb effikaċja tas-suq permezz tal-proliferazzjoni tal-fondi ta' daqs sotto-ottimali, il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjonijiet ġodda dwar l-għaqda tal-fondi. Permezz ta' 'l hekk imsejħa strutturi master/feeder, fond tal-UCITS jista' jinvesti 85% jew iktar f'master UCITS (li ma jkunx huwa nnifsu feeder UCITS) u dan jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż permezz tal-amministrazzjoni konġunta tal-assi tal-fond.

Ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni li għalkemm il-proċess tal-għaqda tal-fondi huwa indirizzat f'dettal kbir, xi wħud mid-dispożizzjonijiet proposti jistgħu jiġu simplifikati, u huwa possibbli li jkun hemm simplifikazzjoni ulterjuri tal-iskambju regolatorju tal-informazzjoni u tad-dokumenti. Huwa daħħal ukoll dispożizzjonijiet li jsaħħu l-protezzjoni tal-investituri f'każ ta' likwidazzjoni.

3.3 Tagħrif ewlieni għall-investituri

L-għarfien ewlieni għall-investituri (KII) jew id-dokument ewlieni ta' informazzjoni (KID) għandhom jissostitwixxu l-prospektus simplifikat eżistenti. Dan id-dokument għandu jingħata lil investituri potenzjali sabiex jagħmulha iktar faċli li wieħed iqabbel l-elementi ewlenin tal-prodott tal-investiment u jippermetti li ssir deċiżjoni informata. Il-KII għandu jkun twil żewġ paġni u l-kontenut tiegħu għandu jkun armonizzat bis-sħiħ. Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel Livell għandhom biss iwaqqfu l-komponenti ewlenin u jevitaw id-dettalji li għandhom jiġu determinati mill-ittestjar tal-konsumaturi li għandu jiġi deċiż fil-Livell 2.[4]

Ir-Rapporteur jipproponi li għandu jkun ċar li l-KII jingħata mingħajr ħlas. Minbarra dan, bidla importanti li ssuġġerixxa r-Rapporteur tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar il-KII. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tieħu l-impenn li tadotta miżuri implimentattivi. Jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tadotta dawn il-miżuri qabel l-2011 sabiex ikun jista' jkun hemm implimentazzjoni f'ħinha. Ir-Rapporteur introduċa wkoll emendi biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-informazzjoni jkunu konformi mat-test u mad-dispożizzjonijiet fil-MiFID.

3.4 Avviż

Wieħed mill-benefiċċji ewlenin tal-Pakkett għall-Effikaċja tas-Suq se tkun is-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-avviżi eżistenti permezz ta' approċċ bejn ir-regolaturi u tat-trażmissjoni elettronika tad-dokumenti. It-trasferiment tad-dokumenti ta' notifika mis-superviżur intern tal-UCITS lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti, li fuqhom l-UCITS tista' tibda tikkummerċjalizza immedjatament l-unitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti, jippermetti aċċess iktar malajr u orħos lil Stat Membru ieħor, u dan jirriżulta f'iktar għażla u inqas spejjeż għall-investitur. L-Istat Membru ospitanti mhux se jkun jista' jitlob għal dokumentazzjoni addizzjonali jew jirrikjedi t-tieni awtorizzazzjoni, u dan jipprevjeni attentati ta' protezzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-fondi UCITS.

Id-dispożizzjonijiet simplifikati u armonizzati dwar l-avviżi jikkostitwixxu progress importanti u fundamentali. Ir-Rapporteur madankollu huwa tal-opinjoni li perjodu ta' xahar mogħti lis-superviżur intern tal-UCITS sabiex jivverifika l-kumpletazza tal-fajls u jiċċertifika l-konformità mad-Direttiva huwa perjodu twil wisq u mhux ġustifikat, u dan mhuwiex konformi mal-avviżi għal prodotti oħra. [5] Huwa jissuġġerixxi li dan il-perjodu jitnaqqas għal 5 ijiem ta' ħidma.

3.5 Koperazzjoni superviżorja

Il-proposta tal-Kummissjoni ssaħħaħ sostanzjalment il-koperazzjoni bejn is-superviżuri.

Ir-Rapporteur jilqa' l-aġġustamenti li jipprovdu l-għodda meħtieġa għas-superviżuri biex iwettqu dmirijiethom b'mod effikaċi u adegwat f'kuntest transkonfinali. Dawn id-dispożizzjonijiet diġà jindirizzaw ħafna mill-aspetti li huma fundamentali sabiex jiġi żgurat li l-fużjonijiet transkonfinali, l-istrutturi master/feeder u l-passaport tal-kumpaniji tal-amministrazzjoni jkunu jistgħu jiġu sorveljati b'mod effikaċi u li jkun possibbli li jsir infurzar.

3.6 Il-Passaport tal-Kumpaniji tal-Amministrazzjoni

Il-Passaport tal-Kumpaniji tal-Amministrazzjoni (MCP) diġà kien jagħmel parti mill-aħħar reviżjoni tal-UCITS[6] bil-għan li l-kumpaniji tal-amministrazzjoni jingħataw id-dritt li jagħtu s-servizzi kollettivi ta' amministrazzjoni tal-portafolli tagħhom madwar l-UE skont il-prinċipju tal-libertà tal-provvista tas-servizzi hekk kif stabbilit fit-Trattat[7]. Madankollu, il-passaport qatt ma ħadem sew fir-realtà.

Il-Kummissjoni ħadmet sabiex tilħaq l-għan li jiġi introdott MCP għal kull tip ta' fondi[8] sa mill-pubblikazzjoni tal-Green Paper fl-2005. Il-benefiċċji ekonomiċi potenzjali ta' passaport jammontaw għal € 762 miljun kull sena[9] Reċentement tqajjem xi tħassib serju dwar is-superviżjoni ta' kumpanija tal-amministrazzjoni li tinsab 'il bogħod. Il-Kummissjoni tat lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR) mandat sal-1 ta' Novembru 2008 biex tagħti parir dwar it-teknikalitajiet u l-kwistjonijiet ta' superviżjoni rigward l-implimentazzjoni possibbli ta' MCP u ħadet l-impenn li timmodifika l-proposta tagħha qabel tmiem il-leġiżlatura.

Ir-Rapporteur iqis li dan it-tħassib huwa ħaġa serja. Ir-Rapporteur jinsab ċert li MCP jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' suq komuni reali għall-industrija tal-fondi u jwassal għal benefiċċji ekonomiċi sostanzjali filwaqt li jippermetti li jkun hemm l-istess livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri. Għalhekk, huwa għamel id-deċiżjoni politika li jintroduċi l-ewwel dispożizzjonijiet bażiċi tal-Livell 1 li jippermettu l-għoti tas-servizzi kollettivi ta' amministrazzjoni tal-portafolli. Ir-Rapporteur se jindirizza d-dettalji pendenti li fadal permezz ta' emendi meta jiġi rċevut il-parir tas-CESR. Ir-Rapporteur jippretendi li l-parir tas-CESR jagħti indikazzjoni ċara dwar kwistjonijiet tekniċi. Ir-Rapporteur jinsab ottimista li l-kwistjonijiet li għadhom pendenti jistgħu jiġu solvuti.

4. Skeda taż-żmien

Iż-żmien disponibbli sabiex titwettaq il-ħidma fuq din id-Direttiva mhuwiex wisq. Huwa fl-interessi tal-istituzzjonijiet Ewropej, tal-investituri u tal-industrija, kif ukoll tal-Istati Membri, li din il-proposta leġiżlattiva tiġi adottata qabel tmiem dan il-perjodu leġiżlattiv. Għalhekk, qed jiġi ppjanat programm ta' xogħol esiġenti sabiex jintlaħaq dan l-għan.

  • [1]  Id-Direttiva 85/611/KEE ġiet emendata mill-atti segwenti: Id-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE tat-22 ta' Marzu 1988, id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1995 (ĠU L 168, 18.07.1995, p. 7), id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 290, 17.11.2000, p. 27), id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20), id-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35); Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1), id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marżu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex jiġu stabbiliti strutturi organizzattivi ġodda għall-kumitati tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9) u d-Direttiva 2008/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 85/611/KE fir-rigward tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 42).
  • [2]  Efama Trends in the European Investment Fund Industry in Q2 2008, ippubblikat fid-9 ta' Settembru 2008.
  • [3]  SEC (2006)1451 SEC (2006)1452, paġni 6-7.
  • [4]  Il-ħidma fuq il-Livell 2 għadu għaddej iżda s-CESR diġà pproduċa opinjoni dwar il-kontenut u l-forma tal-iżvelar fid-Dokument Ewlieni ta' Informazzjoni għall-UCITS (CESR/08-087, opinjoni tas-CESR lill-Kummissjoni Ewropea minn Frar 2008).
  • [5]  Direttiva 2001/34/KE (Direttiva tal-Prospektus), Artikolu 18 (1) jistabbilixxi perjodu ta' 3 ijiem ta' ħidma.
  • [6]  Direttiva 2001/107/KE
  • [7]  L-Artikolu 49 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula din il-libertà tal-għoti transkonfinali tas-servizzi.
  • [8]  Fondi korporattivi, kuntrattwali u unit-trust
  • [9]  COM Evalwazzjoni tal-Impatt SEC(2006) 1451 (ippubblikata flimkien mal-White Paper dwar il-fondi ta' investiment).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (9.11.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS).
(COM(2008)0458 – C6‑0287/2008 – 2008/0153(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jean-Paul Gauzès

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS).

- Il-Passaport tal-kumpanija tal-ġestjoni

L-aħħar reviżjoni tal-UCITS i.e. id-Direttiva 2001/107/KE ħolqot il-Passaport tal-Kumpanija tal-Ġestjoni sabiex tagħti lill-kumpaniji tal-ġestjoni d-dritt li jgħaddu s-servizzi kollettivi tal-ġestjoni tal-portafoll tagħhom fl-UE kollha. L-għan tagħha kien li jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' suq komuni veru għall-industrija tal-fondi fl-UE.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi tal-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li tistabbilixxi l-libertà li jkunu pprovduti servizzi transkonfinali.

Madankollu, il-passaport qatt ma ħadem fil-prattika.

Sabiex jitwettaq il-Passaport tal-kumpanija tal-ġestjoni waqt li jiġi żgurat il-ħarsien xieraq tal-investituri, il-Kummissjoni tat mandat sal-1 ta' Novembru 2008 lill-Kumitat tar-Regolaturi tas-Sigurtajiet Ewropej (CESR) biex jagħtu l-parir tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet, bil-għan li jkunu introdotti dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva tal-UCITS sa tmiem il-leġiżlatura.

Meta wieħed iżomm f'moħħu l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali li l-passaport tal-kumpanija tal-ġestjoni jista' jwassal kemm għall-industrija Ewropea kif ukoll għall-investituri, ir-rapporteur huwa favur Passaport tal-Kumpanija tal-Ġestjoni sakemm is-sorveljanza tkun effiċjenti u l-investituri jkun imħarsa tajjeb. Huwa kunfidenti li dawn l-objettivi jistgħu jaqblu flimkien.

Biex jinkiseb dan il-għan, ir-rapporteur jissuġġerixxi l-modifiki li ġejjin:

- sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza tan-nazzjonalità tal-UCITS u s-superviżjoni xierqa, il-konsistenza hija meħtieġa bejn: id-domiċilju tal-fond, il-liġi applikabbli għall-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzar tal-UCITS u l-infurzar tar-regoli rigward il-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS;

- l-għażla tal-kumpanija ta' ġestjoni għandha titqies mill-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni tal-UCITS. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-libertà stabbilita fit-Trattat tal-KE, il-lokalizzazzjoni tal-uffiċċju ta' reġistrazzjoni jew tal-attivitajiet tal-kumpanija ta' ġestjoni ma għandhomx ikunu kundizzjoni biex tingħata l-awtorizzazzjoni;

- l-awtorità kompetenti tal-kumpanija ta' ġestjoni għandha tiżgura li, meta titqies l-organizzazzjoni - inkluż ir-riskju tal-proċeduri ta' immaniġġjar -, il-kumpanija ta' ġestjoni tkun fil-qagħda li tikkonforma mar-regoli applikabbli għall-UCITS kollha li timmaniġġja.

- id-depositarju għandu jkun lokalizzat dejjem fl-istess Stat Membru tal-fond. Skont ir-rapporteur u sabiex jitħares l-investitur, dan mhux se jkun suġġett għal "kontroll pubbliku", li huwa vag wisq, iżda pjuttost b'superviżjoni kostanti adattata.

- Fużjonijiet transkonfinali

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-fużjonijiet introdotti fid-direttiva jistabbilixxu qafas Ewropew kemm għall-fużjonijiet interni, kif ukoll għal dawk transkonfinali.

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-direttiva għandha tkun applikabbli għall-fużjonijiet transkonfinali u l-fużjonijiet interni biss għal dawk li għandhom impatt transkonfinali. Madankollu, il-fużjonijiet domestiċi li huma purament nazzjonali għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tad-direttiva.

Apparti dan, l-irwol tad-depositarju u r-responsabilitajiet tiegħu għandhom jiġu kkjarifikati, anki fir-rigward tal-irwol meħud mis-superviżuri.

Finalment, skont il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu regoli aktar stretti għall-fużjonijiet transkonfinali minn dawk tal-fużjonijiet interni, inklużi eż. ir-rekwiżiti tal-kworum.

- Struttura prinċipali-alimentatriċi

Il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjonijiet ġodda dwar il-ġbir tal-fondi permezz tal-hekk imsejħa strutturi prinċipali-alimentatriċi.

Skont ir-rapporteur, meta l-approvazzjoni tal-investiment tal-UCITS alimentattriċi fil-UCITS prinċipali jiġi miċħud, l-awtorità kompetenti għandha tispjega r-raġunijiet (konformità jew spjegazzjoni).

Bħala regola, l-armonizzazzjoni massima għandha tkun imfittxija, sabiex ikunu żgurati kundizjonijiet ugwali għal kulħadd fl-UE. Għalhekk armonizzazzjoni massima għandha tkun applikata għal kull ftehim bejn fond prinċipali u wieħed li jalimenta.

It-teknika tat-tfassil mill-ġdid

Skont il-Ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari skont il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li huwa ffurmat mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, iltaqa' fl-4 u fl-24 ta' Settembru kif ukoll fit-13 ta' Novembru 2008 sabiex jeżamina l-proposta mressqa mill-Kummissjoni.

L-eżami msemmi wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta ma tinkludi ebda emenda sostanzjali għajr dawk identifikati bħal fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjoni li ma nbidlitx tal-att preċedenti ma' dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Minkejja l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni bejn il-UCITS, fużjonijiet ta’ UCITS jaffaċċaw bosta diffikultajiet leġiżlattivi u amministrattivi fil-Komunità. Għalhekk huwa neċessarju, sabiex jittejjeb l-operat tas-Suq Intern, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet Komunitarji li jiffaċilitaw fużjonijiet bejn UCITS (u kompartimenti tagħhom ta’ investiment). Minkejja li xi Stati Membri awtorizzaw biss fondi kuntrattwali, fużjonijiet bejn it-tipi kollha ta’ fondi (kuntrattwali, korporattivi u unit trusts) għandhom jiġu permessi u rikonoxxuti mil-liġijiet ta' kull Stat Membru. Din id-Direttiva tkopri dawk it-tekniċi ta’ fużjoni li huma l-aktar użati fl-Istati Membri. Ma ċċaħħadx il-UCITS milli jużaw tekniki oħra fuq bażi domestika jew transkonfinali. Dawn ser jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(18) Minkejja l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni bejn il-UCITS, fużjonijiet ta’ UCITS jaffaċċaw bosta diffikultajiet leġiżlattivi u amministrattivi fil-Komunità. Għalhekk huwa neċessarju, sabiex jittejjeb l-operat tas-Suq Intern, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet Komunitarji li jiffaċilitaw fużjonijiet bejn il-UCITS (u l-kompartimenti tagħhom ta’ investiment). Minkejja li xi Stati Membri awtorizzaw biss fondi kuntrattwali, fużjonijiet transkonfinali bejn it-tipi kollha ta’ fondi (kuntrattwali, korporattivi u unit trusts) għandhom jiġu permessi u rikonoxxuti mil-liġijiet ta' kull Stat Membru. Dan ma jeħtieġx li l-Istati Membri jintroduċu forom legali ġodda tal-UCITS fir-regolament nazzjonali tagħhom. Din id-Direttiva tkopri dawk it-tekniċi ta’ fużjoni li huma l-aktar użati fl-Istati Membri. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jintroduċu t-tekniki kollha msemmija f'din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom, iżda għandhom jirrikonoxxu t-trasferimenti tal-assi li jirriżultaw minn dawn it-tekniki. Ma ċċaħħadx il-UCITS milli jużaw tekniki oħra fuq bażi domestika, fis-sitwazzjonijiet fejn ebda mill-UCITS ikkonċernati mill-fużjoni ma jkunu notifikati għal tqegħid fis-suq transkonfinali tal-unitajiet tagħhom. Dawn il-fużjonijiet ser jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-direttiva ma għandhiex timponi fuq l-Istati Membri l-introduzzjoni ta' forom ġodda ta' kumpaniji, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex id-direttiva titħaddem tajjeb.

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-Direttiva għandha tkun applikata 1/ għal fużjonijiet transkonfinali iżda wkoll 2/ għal fużjonijiet nazzjonali meta l-impatt ikun fuq livell transkonfinali. Fir-rigward tal-fużjonijiet, l-effiċjenza tad-direttiva tipprevedi rikonoxximent mill-Istati Membri tat-tekniki spjegati fid-direttiva. Madankollu l-fużjonijiet purament nazzjonali ma għandhomx ikunu inklużi fil-qasam ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex jiġu protetti l-investituri tal-UCITS alimentatriċi, l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.

(40) Sabiex jiġu protetti l-investituri tal-UCITS alimentatriċi, l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f'UCITS prinċipali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi. Sabiex ikun żgurati l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fil-Komunità, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-approvazzjoni tal-investimenti tal-UCITS' alimentatriċi fil-UCITS prinċipali għandha tkun dettaljata.

Ġustifikazzjoni

Armonizzazzjoni totali hija meħtieġa biex ikun żgurati l-istess kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni għal kulħadd.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex il-UCITS alimentatriċi titħalla taġixxi fl-aqwa interessi tat-titolari ta’ l-unitajiet tagħha u notevolment titpoġġa f’pożizzjoni li tikseb mill-UCITS prinċipali t-tagħrif kollu u d-dokumenti neċessarji biex twettaq l-obbligi tagħha, il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jidħlu fi ftehim vinkolanti u infurzabbli. Bl-istess mod il-ftehim dwar il-qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji jew, rispettivament, l-awdituri tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jiżguraw ċ-ċirkolazzjoni tat-tagħrif u d-dokumenti li jkunu meħtieġa biex id-depożitarju jew l-awditur tal-UCITS alimentatriċi jaqdu dmirijiethom.

(41) Sabiex il-UCITS alimentatriċi titħalla taġixxi fl-aqwa interessi tat-titolari ta’ l-unitajiet tagħha u notevolment titpoġġa f’pożizzjoni li tikseb mill-UCITS prinċipali t-tagħrif kollu u d-dokumenti neċessarji biex twettaq l-obbligi tagħha, il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jidħlu fi ftehim vinkolanti u infurzabbli. Madankollu, jekk it-tnejn ikunu mmaniġġjati mill-istess kumpanija, għandu jkun biżżejjed biex tal-aħħar tistabbilixxi tmexxija interna tar-regoli kummerċjali. Ftehim dwar il-qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji jew, rispettivament, l-awdituri tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jiżguraw ċ-ċirkolazzjoni tat-tagħrif u d-dokumenti li jkunu meħtieġa biex id-depożitarju jew l-awditur tal-UCITS alimentatriċi jaqdu dmirijiethom. Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx jirriżultaw fi ksur ta' kwalunkwe restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni jew tar-regoli tal-ħarsien tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Huwa opportun ukoll li tiġi ċċarata r-rabta ta' dawn id-dispożizzjonijiet man-normi tas-sigriet professjonali u l-ħarsien tad-dejta.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “depożitarju” tfisser  kull istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli  19 u 29  u suġġetta għad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu V  ;

(a) "depożitarju” tfisser  kull istituzzjoni ta' kreditu jew kumpanija ta' investiment jew ta' assigurazzjoni kif definiti fid-Direttivi 2006/48/KE, 2004/34/KE u 2002/12/KE;

Ġustifikazzjoni

L-emenda filfatt twassal biex twaqqa' l-Artikoli 20 paragrafu 2 u 20 paragrafu 3 kif ukoll l-Artikolu 30 paragrafu 2 u 30 paragrafu 3.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) “Stat Membru tad-domiċilju ta’ UCITS” tfisser  : l-Istat Membru li fih il-UCITS tkun awtorizzata skond l-Artikolu 5  ;

(e) “Stat Membru tad-domiċilju tal-UCITS” tfisser l-Istat Membru li fih il-kumpanija ta' mmaniġġjar jew fejn applikabbli kumpanija ta' investiment tkun applikat għall-awtorizzazzjoni tal-UCITS;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza tan-nazzjonalità tal-UCITS u s-superviżjoni xierqa, il-konsistenza hija meħtieġa bejn: 1/ id-domiċilju tal-fondi; 2/ il-liġi applikabbli għall-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS u 3/ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzar tal-UCITS u l-infurzar tar-regoli rigward il-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall- finijiet  ta’ din id-Direttiva, UCITS għandha titqies li tkun stabbilita  fl-Istat Membru li fih il-kumpanija ta’ investiment jew il-kumpanija ta’ maniġment  tal-fond komuni  jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. L-Istat Membru għandu jeħtieġ li l-uffiċċju ewlieni jkun stabbilit  fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju rreġistrat.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-UCITS għandha titqies li tkun stabbiliti fl-Istat Membru residenti tagħha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tirrispetta l-libertajiet stabbiliti fit-Trattat tal-KE, UCITS stabbilita fi Stat Membru għandha titħalla tkun immaniġġjata minn kumpanija ta' ġestjoni li tinsab fi Stat Membru ieħor.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li tkun stabbilita  fih.

1. L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fond komuni  għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu approvaw il-kumpanija ta’ maniġment  , ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha u kemm l-għażla ta’ depożitarju.

2. Fond komuni għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu approvaw l-applikazzjoni tal-kumpanija ta’ ġestjoni, ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha kif ukoll l-għażla ta’ depożitarju, u fejn xieraq, l-għażla tal-kumpanija ta' ġestjoni magħżula.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk il-kumpanija ta' maniġment  jew il-kumpanija ta' investiment ma jikkonformawx mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli  III u V  rispettivament.

3. Jekk il-UCITS ma tistabbilixxix il-kumpanija ta' ġestjoni fl-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom japprovaw l-applikazzjoni tal-kumpanija ta' ġestjoni skont l-Artikolu 17c. Ma għandhiex issir kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni li l-UCITS tkun ġestita minn kumpanija ta' ġestjoni li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f'dak l-Istat Membru jew li l-kumpanija ta' ġestjoni twettaq jew tiddelega kull attività fl-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta' reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta' UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata  . Għal dak il-għan  , l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta' kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

 

Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, skond  il-liġi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju.

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. La l-kumpanija ta’ maniġment  u lanqas id-depożitarju ma jistgħu jiġu ssostitwiti, u lanqas ma jistgħu r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

5. La l-kumpanija ta’ ġestjoni  u lanqas id-depożitarju ma jistgħu jiġu ssostitwiti, u lanqas ma jistgħu r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS ma japprovawx it-tibdil ta' kumpanija ta' ġestjoni, dawn għandhom jistipulaw bil-miktub, ir-raġuni għal deċiżjoni bħal din.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza tan-nazzjonalità tal-UCITS u s-superviżjoni xierqa, il-konsistenza hija meħtieġa bejn: 1/ id-domiċilju tal-fondi; 2/ il-liġi applikabbli għall-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS u 3/ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzar tal-UCITS u l-infurzar tar-regoli rigward il-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS.

L-għażla tal-kumpanija ta' ġestjoni għandha titqies mill-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni tal-UCITS. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-libertà stabbilita fit-Trattat tal-KE, il-lokalizzazzjoni tal-uffiċċju ta' reġistrazzjoni jew tal-attivitajiet tal-kumpanija ta' ġestjoni ma għandhomx ikunu kundizzjoni biex tingħata l-awtorizzazzjoni;

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-aċċess għan-negozju ta' kumpaniji ta' maniġment għandu jkun  soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS  . L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija ta' maniġment  għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

1. L-aċċess għan-negozju ta' kumpaniji ta' maniġment għandu jkun  soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' ġestjoni. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija ta' maniġment  għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Kumpanija ta' ġestjoni għandha tkun awtorizzata u mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, li għandu jkun definit bħala l-kumpanija ta' ġestjoni tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 17a

 

1. Kumpanija ta' ġestjoni li tipprovdi servizzi ta' ġestjoni transkonfinali għall-UCITS skont id-dispożizzjoni ħielsa tas-servizzi jew bl-istabbiliment ta' fergħa għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-kumpanija ta' ġestjoni, inklużi l-arranġamenti ta' delegazzjoni, il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, ir-regoli u s-superviżjoni prudenzjali, ir-regoli ta' kondotta u r-rekwiżiti tar-rappurtar tal-kumpanija ta' ġestjoni.

 

Dawn ir-regoli ma jistgħux ikunu aktar stretti minn regoli applikabbli għall-kumpaniji ta' ġestjoni li jmexxu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħhom biss.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-kumpanija ta' ġestjoni għandhom ikunu responsabbli biex jimmonitorjaw il-konformità mal-paragrafu 1, inter alia bil-għan li jiżguraw li l-kumpanija ta' ġestjoni tikkonforma mar-regoli li jikkonċernaw l-istituzzjoni u l-iffunzjonar tal-UCITS kollha li tieħu ħsieb.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn tal-konsistenza bejniethom: 1/ id-definizzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija ta' ġestjoni; 2/ il-liġi applikabbli għall-organizzazzjoni tal-kumpanija ta' ġestjoni u 3/ l-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzar tal-kumpanija ta' ġestjoni u l-infurzar tar-regoli rigward l-organizzazzjoni tagħha.

Jekk titfaċċa problema fil-livell tal-kumpanija ta' ġestjoni, huwa probabbli li l-UCITS kollha mmaniġġjati minn din il-kumpanija ta' ġestjoni fl-UE jkunu affettwati. Hija biss l-awtorità kompetenti tal-kumpanija ta' ġestjoni li hija kapaċi tieħu azzjoni malajr fil-livell tal-kumpanija ta' ġestjoni biex issolvi din il-problema u tevita li jkunu pperikolati l-UCITS kollha. Għalhekk, l-awtorità kompetenti tal-kumpanija ta' ġestjoni għandha tiżgura li, meta titqies l-organizzazzjoni - inkluż ir-riskju tal-proċeduri ta' immaniġġjar -, il-kumpanija ta' ġestjoni tkun fil-qagħda li tikkonforma mar-regoli applikabbli għall-UCITS kollha li timmaniġġja.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17b

 

1. Kumpanija ta' ġestjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor għajr mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS li tipprovdi servizzi ta' ġestjoni transkonfinali għall-UCITS permezz tal-provvista ħielsa ta' servizzi jew bl-istabbiliment ta' fergħa għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS li jikkonċernaw l-istituzzjoni u l-iffunzjonar tal-UCITS.

 

2. Il-kumpanija ta' ġestjoni għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fir-regoli tal-fondi u fil-prospett.

 

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu responsabbli li jissorveljaw il-konformità mal-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza tan-nazzjonalità tal-UCITS u s-superviżjoni xierqa, il-konsistenza hija meħtieġa bejn: 1/ id-domiċilju tal-fondi; 2/ il-liġi applikabbli għall-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS u 3/ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzar tal-UCITS u l-infurzar tar-regoli rigward il-kostituzzjoni u l-operat tal-UCITS.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17c

 

1. Kumpanija ta' ġestjoni li tapplika għal approvazzjoni biex timmaniġġja UCITS stabbiliti fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi d-dokumentazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS:

 

(a) rapport dwar il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskju adottat fir-rigward tat-tip speċifiku tal-UCITS li għalih hija mitluba l-approvazzjoni;

 

(b) ftehim bil-miktub mad-depożitarju li għandu jiżgura l-fluss xieraq tat-tagħrif bejn il-kumpanija ta' ġestjoni u d-depositarju u, b'hekk jippermetti li d-depositarju jwettaq id-doveri assenjati lilu minn din id-Direttiva;

 

(c) tagħrif dwar l-arranġamenti tad-delegazzjoni għall-funzjonijiet operattivi.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinfurmaw kemm lill-kumpanija ta' ġestjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, fi żmien xahar tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta kemm jekk il-kumpanija ta' ġestjoni tkun approvata jew le. Raġunijiet għandhom jingħataw kull meta l-approvazzjoni ma tingħatax.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun awtorizzata UCITS, huwa meħtieġ xi tagħrif dwar il-kumpanija ta' ġestjoni. Huwea importanti ħafna li jkun ikkonfermat li d-depositarju jkun fil-qagħda li jwettaq id-doveri ta' sorveljanza tiegħu.

Sabiex jirrispetta l-libertà stabbilità fit-Trattat tal-KE, l-evalwazzjoni tal-għażla tal-kumpanija ta' ġestjoni għandha tkun ċara fi żmien speċifikat.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju  pubbliku. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju  pubbliku kostanti. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

Ġustifikazzjoni

Superviżjoni xierqa tad-depożitarju għandha tiġi żgurata.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju  pubbliku. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

2. Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun soġġetta għal skrutinju  pubbliku kostanti Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

Ġustifikazzjoni

Superviżjoni xierqa tad-depożitarju għandha tiġi żgurata.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

L-Artikolu 34 – il-kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin, minn hawn 'il quddiem imsejħa “fużjonijiet”:

Dan il-Kapitolu għandu japplika għal fużjonijiet transkonfinali kif ukoll fużjonijiet domestiċi meta kemm il-UCITS li tkun għaddejja minn fużjoni jew il-UCITS li tilqa' tkun ġiet notifikata skont l-Artikolu 88.

 

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu "fużjonijiet" għandha tfisser:

Ġustifikazzjoni

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-Direttiva għandha tkun applikata 1/ għal fużjonijiet transkonfinali iżda wkoll 2/ għal fużjonijiet nazzjonali meta l-impatt ikun fuq livell transkonfinali. Madankollu l-fużjonijiet purament nazzjonali ma għandhomx ikunu inklużi fil-qasam ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ċertifikat maħruġ mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u li jirċievu, fejn jikkonferma li dawn ivverifikaw il-konformità ta’ l-abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni ma' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom u jindikaw il-konklużjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward;

(c) dikjarazzjoni minn kull depożitarju tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi u l-UCITS li jirċievu, fejn jikkonferma li, bi qbil mal-Artikolu 38, dawn ivverifikaw il-konformità ta’ l-abbozz tat-termini komuni tal-fużjoni mad-dettalji mniżżla fl-Artikolu 37(1), punti (c), (f) u (g) ta' din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din id-dikjarazzjoni magħmula minn kull depożitarju għandu jkun preċiż għaliex xi elementi msemmija fl-Artikolu 37 paragrafu 1 jaqgħu taħt l-irwol u d-dmirijiet tal-awdituri, u finalment il-kumpanija ta' tmexxija. Barra minn dan, l-irwol, id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-awdituri huma armonizzati fil-Livell Ewropew permezz tad-Direttiva 2006/43/KE, mhux bħad-depożitarji. Din il-proposta ta' emenda għandha l-għan li tevita livelli differenti ta' validazzjoni u verifika minn Stat Membru għall-ieħor.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali jew amministrattiv tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u tal-UCITS li tirċievi jfassal abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali jew amministrattiv tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża u tal-UCITS li tirċievi jfassal abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni.

L-abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

L-abbozz ta’ termini komuni għall-fużjoni għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni tat-tip ta’ fużjoni u l-UCITS involuti;

(a) l-identifikazzjoni tat-tip ta’ fużjoni u l-UCITS involuti;

(b) l-isfond u l-ħsieb wara l-fużjoni proposta;

(b) l-isfond u l-ħsieb wara l-fużjoni proposta;

(c) l-impatt mistenni tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta' l-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;

(c) l-impatt mistenni, kif ukoll it-trattament tat-taxxa, tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta' l-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu qed jiġu fużi kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;

(d) il-kriterji adottati għall-valorizzazzjoni ta' l-assi u, fejn applikabbli, ta’ l-obbligazzjonijiet fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

(d) il-kriterji adottati għall-valorizzazzjoni ta' l-assi u, fejn applikabbli, ta’ l-obbligazzjonijiet fil-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

(e) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju;

(e) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju;

(f) il-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

(f) il-jum effettiv pjanat għall-fużjoni;

 

(fa) ir-regoli applikabbli għat-trasferiment tal-unitajiet;

(g) ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li tirċievi.

(g) ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li tirċievi.

 

Id-dettalji mniżżla fil-punti (c), (f) u (g) għandhom ikunu pprovduti mid-depożitarju, waqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2), punt (c).

 

Id-dettalji mniżżla fil-punti (d) u (e) għandhom ikunu pprovduti mill-awditur indipendenti, waqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1).

 

Id-dettalji mniżżla fil-punti (a), (b) u (g) għandhom ikunu pprovduti taħt ir-responsabilità tal-kumpanija ta' tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun garantit li l-iżvilupp ta' fużjonijiet transkonfinali ma jseħħux għad-detriment tal-protezzjoni tal-investitur, l-abbozz ta' termini komuni għandu jidentifika l-impatti kollha tal-fużjoni għat-titolari tal-unitajiet, mill-att tal-kundizzjonijiet ta' trasferiment tal-unitajiet u tal-impatti tat-taxxa biex il-fużjoni ssir skont kundizzjonijiet ottimali. L-irwol tal-parteċipanti tal-fużjoni għandu wkoll ikun preċiż biex jassigura ċ-ċertezza legali tal-operazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju.

(b) il-metodu tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju kif ukoll ir-riżultat ta' dak il-kalkolu.

Ġustifikazzjoni

L-awditur indipendenti, minbarra l-metodu, għandu jivverifika r-riżultat tal-kalkolu tal-proporzjon tal-kambju sabiex jevita sitwazzjoni li fiha t-titolari tal-unitajiet ikunu determinati minn bażi żbaljata.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, u fejn applikabbli, tal-UCITS li tirċievi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond l-Artikoli 41 u 42.

4. It-tagħrif li għandu jitforna lit-titolari ta’ l-unitajiet tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża, u fejn applikabbli, tal-UCITS li tirċievi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-fużjoni proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skond l-Artikoli 41 u 42.

Dan għandu jinkludi talanqas dan li ġej:

Dan għandu jinkludi dan li ġej:

(a) l-isfond u l-ħsieb wara l-fużjoni proposta;

(a) l-isfond u l-ħsieb għall-fużjoni proposta;

(b) l-impatt possibbli tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta’ l-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta' investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku u t-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni;

(b) l-impatt possibbli tal-fużjoni proposta fuq it-titolari ta’ l-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta' investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku u t-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni u t-trattament tat-taxxa;;

(c) kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari ta’ l-unitajiet għandhom fir-rigward tal-fużjoni proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport ta’ l-awdituri indipendenti, u d-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ l-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 42;

(c) kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari ta’ l-unitajiet għandhom fir-rigward tal-fużjoni proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport ta’ l-awdituri indipendenti, id-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ l-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 42, kif ukoll l-aħħar data li fiha jista' jkun eżerċitat dak id-dritt;

(d) l-aspetti proċedurali rilevanti u d-data effettiva ppjanata għall-fużjoni;

(d) l-aspetti proċedurali rilevanti, inklużi l-proċeduri għat-trasferiment tal-unitajiet, u d-data effettiva ppjanata għall-fużjoni;

(e) kopja tat-tagħrif ewlieni dwar l-investitur imsemmi fl-Artikolu 73 tal-UCITS li tirċievi.

(e) kopja tat-tagħrif ewlieni dwar l-investitur imsemmi fl-Artikolu 73 tal-UCITS li tirċievi.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni trażmessa lit-titolari tal-unitajiet għandha wkoll tirrigwarda l-proċedura għat-trasferiment tal-unitajiet u l-impatti tat-taxxa (dan l-aktar għandu x'jaqsam mal-informazzjoni mogħtija lit-titolari tal-unitajiet dwar il-bidla fil-metodu tat-taxxa). Pereżempju, fi Franza, it-titolar tal-unitajiet hu ntaxxat fuq id-differenza bejn il-prezz tax-xiri fil-fond tal-fużjoni u l-prezz tal-bejgħ fil-fond destinatarju. Fil-Ġermanja t-titolar tal-unitajiet hu ntaxxat fuq il-qligħ kapitali għal kull titolu.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta' kworum previst fil-liġijiet nazzjonali.

L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta' kworum previst fil-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu regoli aktar stretti fir-rigward tal-kwora ta' preżenza għall-fużjonijiet transkonfinali milli għall-fużjonijiet domestiċi.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma ħielsa li jimponu, jew le, regoli ta' preżenza. Madankollu, f'komformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, ir-regoli stabbiliti għall-fużjonijiet transkonfinali ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti għall-fużjoni nazzjonali.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. UCITS alimentatriċi hija UCITS li tinvesti, b'deroga mill-Artikoli 1(2)(a), 45, 47, 50 u 51(2)(c), talanqas 85% mill-assi tagħha f'unitajiet ta’ UCITS oħra ("il-UCITS prinċipali") jew ta’ kompartiment ta’ investiment minnha.

1. UCITS alimentatriċi hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li tinvesti, b'deroga mill-Artikoli 1(2)(a), 45, 47, 50 u 51(2)(c), talanqas 85% mill-assi tagħha f'unitajiet ta’ UCITS oħra jew kompartiment ta’ investiment ("il-UCITS prinċipali").

Ġustifikazzjoni

Għall-koerenza mad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-direttiva, fond prinċipali jew fond li alimenta għandhom ikunu jistgħu ikunu kemm OICVM kif ukoll kompartiment tal-OICVM.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 3 – il-kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. UCITS prinċipali hija UCITS li:

3. UCITS prinċipali hija UCITS jew kompartiment ta' investiment tagħha li:

Ġustifikazzjoni

Għall-koerenza mad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-direttiva, fond prinċipali jew fond li alimenta għandhom ikunu jistgħu ikunu kemm OICVM kif ukoll kompartiment tal-OICVM.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-UCITS alimentatriċi tkun diġà żvolġiet attivitajiet bħala UCITS, inkluż bħala UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, sa talanqas 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta' fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

2. Jekk il-UCITS alimentatriċi tkun diġà żvolġiet attivitajiet bħala UCITS, inkluż bħala UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, sa talanqas 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta' fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu r-raġunijiet kull darba li l-approvazzjoni tiġi miċħuda.

Ġustifikazzjoni

Bħal kull deċiżjoni amministrattiva ta' rifjut, id-deċiżjoni li investiment ma jkunx aċċettat f'fond prinċipali trid tkun motivata.

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f'dan il-Kapitolu. Għal dan il-għan, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f'dan il-Kapitolu Għal dan il-għan, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

(a) ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(a) ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(b) il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 73 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(b) il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 73 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(c) il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali msemmi fl-Artikolu 55(1);

(c) il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew t-tmexxija interna tar-regoli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 55(1);

(d) fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 59(1);

(d) fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 59(1);

(e) dikjarazzjoni mill-UCITS prinċipali li ma żżomm l-ebda unità tal-UCITS alimentatriċi;

(e) dikjarazzjoni mill-UCITS prinċipali li ma żżomm l-ebda unità ta' waħda mill-UCITS alimentatriċi tagħha;

(f) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 56(1);

(f) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 56(1);

(g) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 57(1).

(g) fil-każ li l-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 57(1).

Ġustifikazzjoni

Bħal kull deċiżjoni amministrattiva ta' rifjut, id-deċiżjoni li investiment ma jkunx aċċettat f'fond prinċipali trid tkun motivata.

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-UCITS prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom sakemm ikunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

4. Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-UCITS prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jinformaw lil dawk tal-UCITS prinċipali, jekk l-approvazzjoni tkunx ingħatat jew ġiet irtirata:

(a) il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu, u għal dan il-għan, l-UCITS alimentatriċi tissottometti d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

 

(b) l-UCITS alimentatriċi turi li l-UCITS prinċipali hija awtorizzata kif xieraq bħala UCITS, li mhijiex UCITS alimentatriċi hi nnifisha, u li ma żżomm l-ebda unità ta’ UCITS alimentatriċi.

 

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali jekk tkunx ingħatat jew inċaħdet l-approvazzjoni tagħhom.

 

Ġustifikazzjoni

Bħal kull deċiżjoni amministrattiva ta' rifjut, id-deċiżjoni li investiment ma jkunx aċċettat f'fond prinċipali trid tkun motivata.

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-UCITS alimentatriċi li tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali kkonċernata sabiex il-UCITS alimentatriċi tkun tista' tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-UCITS alimentatriċi li tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali li għandu jinkludu t-tagħrif li ġej:

Dan il-ftehim għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

 

(a) il-karatteristiċi ewlenin ta’ l-għan u l-politika ta' l-investiment tal-UCITS prinċipali;

 

(b) ir-regoli li jiggvernaw modifika possibbli ta’ l-għan u l-politika ta' l-investiment tal-UCITS prinċipali;

(a) ir-regoli li jiggvernaw modifika possibbli ta’ l-għan u l-politika ta' l-investiment tal-UCITS prinċipali;

(c) id-drittijiet u l-dmirijiet tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-kumpaniji ta' maniġment rispettivi tagħhom.

(b) id-drittijiet u l-dmirijiet tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-kumpaniji ta' maniġment rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Biex ikunu assigurati kundizzjonijiet konkorrenzjali uniformi hemm bżonn ta' armonizzazzjoni totali tal-kontenut tal-ftehim iffinalizzat bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jkunu mmaniġjati mill-istess maniġment jew korp amministrattiv, il-ftehim jista’ jkun sostitwit permezz ta’ regoli interni dwar il-kondotta tan-negozju li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Biex ikunu assigurati kundizzjonijiet konkorrenzjali uniformi hemm bżonn ta' armonizzazzjoni totali tal-kontenut tal-ftehim iffinalizzat bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(a) il-kontenut tal-ftehim jew il-kondotta interna dwar il-kondotta tan-negozju msemmija fil-paragrafu 1;

Ġustifikazzjoni

Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentattriċi jkunu ġestiti mill-istess kumpanija ta' ġestjoni, ftehim bejniethom ikun kundizzjonijiet impossibbli biex jitwettaq. Madankollu, normi interni xierqa ta' imġiba għandhom jiġu indirizzati u mwettqa mill-kumpanija ta' ġestjoni.

Biex ikunu assigurati kundizzjonijiet konkorrenzjali uniformi hemm bżonn ta' armonizzazzjoni totali tal-kontenut tal-ftehim iffinalizzat bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-depożitarji li jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom.

1. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-kumpanija ta' tmexxija tal-UCITS prinċipali għandha tkun responsabbli biex tinforma lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn applikabbli, il-kumpanija ta' tmexxija tal-UCITS alimentatriċi dwar kwalunkwe irregolarità li ssib rigward il-UCITS prinċipali.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f'unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.

 

2. Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu jinforma minnufih lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, lill-kumpanija ta' maniġment u lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi, dwar kull irregolarità li jsib rigward l-UCITS prinċipali.

2. Il-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, il-kumpanija ta' maniġment tal-UCITS alimentatriċi, għandha tkun responsabbli biex tikkomunika lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi kwalunkwe informazzjoni dwar il-UCITS prinċipali li hi meħtieġa biex id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi jwettaq b'mod sħiħ id-dmirijiet tiegħu.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw:

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

(b) it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.

(b) it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 107(2).

Ġustifikazzjoni

Minħabba li ma hemmx relazzjonijiet kuntrattwali bejn id-depożitarji, id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq relazzjoni kuntrattwali bejn il-kumpanija ta' tmexxija u d-depożitarju u għandha tindika li l-kumpanija ta' tmexxija tibqa' responsabbli għat-trażmizzjoni tal-informazzjoni, billi għal issa r-responsabilitajiet tad-depożitarji jibqgħu kif definiti fuq bażi nazzjonali.

GRUPP KONSULTATTIV TAS-SERVIZZ ĠURIDIKU      Brussell, 14/11/2008

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI TA'              IL-PARLAMENT EWROPEW

IL-KUNSILL IL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) COM(2008) 458 finali tas-16.7.2008 - 2008/0153 (COD).

Wara li kkonsulta l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari skont il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li huwa ffurmat mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, iltaqa' fl-4 u fl-24 ta' Settembru kif ukoll fit-13 ta' Novembru 2008 sabiex jeżamina l-proposta msemmija qabel imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/611/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej:

1) Il-partijiet li ġejjin tat-test tal-proposta għal tfassil mill-ġdid għandhom ikunu identifikati bl-użu ta' mmarkar bil-griż li ġeneralment jintuża biex juri tibdiliet sostantivi:

- it-test sħiħ tal-Premessa 5 tad-Direttiva 85/611/KEE, billi ġiet ippreżentata bejn it-testi tal-Premessi 4 u 5 fil-proposta għal tfassil mill-ġdid u billi kienet diġà mmarkata b'ingassatura doppja;

- fil-Premessa 8, li tikkorrispondi ma' Premessa 5 tad-Direttiva 2001/1G7/KE, il-kliem finali "fi żmien tliet snin", li diġà ġiet immarkata b'ingassatura doppja;

- fl-Artikolu 2(5), ir-referenza għall-"Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill" (il-kliem tal-Artikolu 1a(10), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 85/611/KEE attwalment tqiegħed hekk: "Għar-raġuni ta' din id-definizzjoni, għandhom jitqiesu d-drittijiet għall-votazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 88/627/KEE(7)"; fit-test tat-tfassil mill-ġdid, dik ir-referenza ġiet adattata sabiex tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill"; l-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE ġie mħassar mill-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Is-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew huwa tal-opinjoni li t-test "Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill" kellu jiġi ppreżentat b'ingassatura doppja);

- fl-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu, il-kliem "Membru tad-domiċilju tal-UCITS" kif ukoll il-kliem "li fih jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija ta' maniġment" (li diġà ġie mmarkat b'ingassatura doppja).

2) Fl-Artikolu 6(1), l-espressjoni "UCITS" ippreżentata bejn il-vleġeġ ta' adattament qabel il-kliem "Membru tad-domiċilju tal-UCITS" għandha titneħħa.

3) Fl-Artikolu 12(1)(b), l-espressjoni "UCITS" ippreżentata bejn il-vleġeġ ta' adattament qabel il-kliem "Membru tad-domiċilju tal-UCITS" għandha titneħħa.

4) Fl-Artikolu 97(5), il-kliem eżistenti tal-Artikolu 50(6) tad-Direttiva 85/611/KEE għandha terġa' tiġi introdotta, f'forma daqsxejn mibdula, flok it-test adattat li jidher fil-proposta għat-tfassil mill-ġdid. Il-kliem tal-Artikolu 97(5) għandu jinqara kif ġej: "5. Paragrafi 1 u 4 m'għandhomx jipprekludu l-iskambju tal-informazzjoni:

(a) fi Stat Membru, fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew iżjed; jew

(b) fi Stat Membru jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti; u

(i) awtoritajiet b'responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-impriżi ta' investiment, l-impriżi ta' assigurazzjoni u l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(ii) korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta' UCITS u proċeduri oħra simili u tal-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom;

(Hi) persuni responsabbli għat-twettiq ta' awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta' assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-impriżi ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

fit-tħaddim tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, jew l-iżvelar lill-korpi li jamministraw l-iskemi ta' kumpens ta' informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-funzjonijiet tagħhom,

L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1.

5) Fit-tabella ta’ korrelazzjoni mdaħħla fl-Anness IV, għandha tkun indikata korrispondenza bejn l-Anness II tad-Direttiva 85/611 /KEE u l-Anness II tat-test għal-tfassil ġdid. B'konsegwenza, l-eżami tal-proposta ppermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta ma tinkludi ebda emenda sostantiva għajr dawk identifikati bħal fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-att preċedenti ma' dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza.

C. PENNERA                       J.-C. PIRIS                C.-F.DURAND

Jurisconsult                            Jurisconsult                 Direttur Ġenerali fil-kariga

PROĊEDURA

Titolu

Il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

Referenzi

COM(2008)0458 – C6-0287/2008 – 2008/0153(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.9.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jean-Paul Gauzès

22.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

7.10.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Gauzès, József Szájer, Jacques Toubon, Ieke van den Burg

PROĊEDURA

Titolu

Il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

Referenzi

COM(2008)0458 – C6-0287/2008 – 2008/0153(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.7.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

2.9.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.9.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Wolf Klinz

22.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

22.9.2008

7.10.2008

1.12.2008

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Christian Ehler, Jonathan Evans, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Louis Grech, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dăianu, Harald Ettl, Alain Lipietz

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Proinsias De Rossa, Ingo Friedrich

  • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-verżjonijiet lingwistiċi tal-proposta bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, billi kienet il-verżjoni lingwistika tal-kopja prinċipali tat-test li qed jiġi diskuss.