Mistoqsija Parlamentari - E-5910/2007Mistoqsija Parlamentari
E-5910/2007

Implimentazzjoni tal-liġi ta' l-UE dwar il-kuntratti għal terminu ta' żmien fiss f'Malta

MISTOQSIJA BIL-MIKTUB E-5910/07
minn Simon Busuttil (PPE-DE)
lill-Kummissjoni

B'segwitu għall-mistoqsijiet parlamentari E-2530/07 u E-3498/07, tista' l-Kummissjoni tirrapporta dwar kwalunkwe żviluppi dwar jekk l-Avviż Legali 51 ta' l-2007 huwiex kompatibbli mad-Direttiva 1999/70/KE[1] inkwantu jeskludi ċerti kategoriji ta' ħaddiema mill-benefiċċji ta' din id-Direttiva?

B'mod partikolari, fit-tweġiba tagħha għal E-2530/07, il-Kummissjoni kienet qalet illi, “Wara evalwazzjoni preliminari tar-regolamenti l-ġodda, il-Kummissjoni nnutat li kien fihom eżenzjonijiet li jidhru li jqajmu kwistjonijiet ta' kompatibilità mad-Direttiva 1999/70/KE”.

Tista' l-Kummissjoni tikkonferma l-pożizzjoni tagħha? X'għandha l-ħsieb li tagħmel dwar din il-pendenza?

ĠU C 191, 29/07/2008