Avvenimenti lokali: Irridu nisimgħu!
Aktar minn 150 avveniment lokali madwar l-Ewropa ser iseħħu qabel l-Istat tal-Unjoni Ewropea. Skopri l-avvenimenti li għaddejjin qrib tiegħek u involvi ruħek. Staqsi l-mistoqsijiet tiegħek direttament lir-rappreżentanti eletti tiegħek f'sessjonijiet online u offline.
#AqwaFlimkienEU
Testimonjanzi
Negħlbu din il-kriżi flimkien.Matul Covid kienet diffiċli għalija bħala persuna nieqsa mis-smigħ biex nikkomunika man-nies ta' madwari minħabba li ħafna minnhom qed jilbsu maskra, minħabba l-qari tax-xufftejn. L-iskola dalwaqt tibda, l-istudenti u l-għalliema huma obbligati li jilbsu maskri. Kif se nikkomunika u nipparteċipa waqt il-ħin tal-iskola jekk ħadd ma jaf il-lingwa tas-sinjali Maltija?
L-Ewropa jeħtieġ li tkompli taħdem flimkien maż-żgħażagħ, sabiex l-UE tkun iktar aġġornata bil-problemi moderni taż-żgħażagħ u tkun tista' toħloq soluzzjonijiet u programmi aħjar sabiex aktar żgħażagħ jipparteċipaw.