Il-politika tal-konsumatur: prinċipji u strumenti
01-11-2017
Politika effettiva għall-ħarsien tal-konsumatur tiżgura li s-suq uniku jkun jista' jaħdem tajjeb u b'mod effiċjenti[1]. L-għan tagħha hu li tiggarantixxi d-drittijiet tal-konsumaturi vis-à-vis in-negozjanti u tipprovdi protezzjoni akbar għall-konsumaturi vulnerabbli[2].Ir-regoli dwar il-ħarsien tal-konsumatur għandhom il-potenzjal li jtejbu l-eżiti tas-suq għall-ekonomija kollha kemm hi. Jagħmlu s-swieq aktar ġusti u, bit-titjib fil-kwalità tal-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi, jistgħu jwasslu għal titjib fl-eżiti tas-suq mil-lat ekoloġiku u soċjali. L-awtonomizzazzjoni tal-konsumaturi u l-ħarsien effikaċi tas-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tagħhom saru objettivi essenzjali tal-politika tal-UE.

Skedi Informattivi dwar l-UE |
|
pdf |
| |