Mediċini u Apparati Mediċi

Skedi Informattivi dwar l-UE 15-01-2024

Il-mediċini u l-apparati mediċi huma soġġetti għar-regoli tas-suq uniku u għandhom impatt dirett fuq is-saħħa tan-nies. Hemm qafas legali sod fis-seħħ biex tiġi protetta s-saħħa pubblika u tiġi garantita s-sikurezza ta’ dawn il-prodotti. L-aċċess għal mediċini affordabbli, il-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika, it-tmexxija etika tal-provi kliniċi, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fl-apparati mediċi u l-inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp huma biss uħud mill-kwistjonijiet ewlenin li l-UE tittratta f’dan il-qasam.