Netwerks trans-Ewropej — linji gwida
01-02-2018
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iżomm in-netwerks trans-Ewropej (TENs) fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, li ssemmew l-ewwel darba fit-Trattat ta' Maastricht, sabiex jiġu kkollegati r-reġjuni kollha tal-UE. Dawn in-netwerks huma għodod maħsuba biex jikkontribwixxu għat-tkabbir tas-suq intern u għall-impjiegi, filwaqt li jsegwu l-objettivi ambjentali u dawk tal-iżvilupp sostenibbli. Fl-aħħar tal-2013 kien hemm riforma fundamentali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

Skedi Informattivi dwar l-UE |
|
pdf |
| |