Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili

01-03-2018

Il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni qed jiżdied b'mod kostanti. F'materji ċivili minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja li tibni rabtiet bejn sistemi ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, kif ukoll proċeduri ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni li jkunu rapidi u effettivi.