Komunikazzjonijiet bi prezz li jintlaħaq għan-negozji u l-konsumaturi

01-02-2018

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala prodotti kruċjali, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum il-ġurnata żdied ħafna l-kontenut awdjoviżiv disponibbli fuq talba, u t-tkabbar tal-konnettività tal-internet 4G u 5G huwa esponenzjali. B'rispons, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjoni li jkopri t-telekomunikazzjonijiet fissi u wireless, l-internet, ix-xandir u s-servizzi tat-trażmissjoni, u jikkonsisti f'sensiela ta' regoli li japplikaw fl-Istati Membri kollha tal-UE. Skont riċerka riċenti mwettqa għall-Kumitat IMCO, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni jikkontribwixxu EUR 86.1 biljun fis-sena għall-PDG tal-Unjoni Ewropea, u l-miżuri leġiżlattivi ġodda introdotti mill-Parlament Ewropew jistgħu jikkontribwixxu EUR 40 biljun addizzjonali.