Id-dibattiti dwar il-Futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew, 2018-19: Sinteżi tad-diskorsi tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE

Analiżi fil-Fond 08-05-2019

Dan id-dokument jikkonkludi serje ta' erba' briefings dwar id-dibattiti dwar il-Futur tal-Ewropa li ppreżentaw il-fehmiet tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern differenti li tkellmu fis-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew minn Jannar 2018 sa April 2019. L-ewwel parti ta' dan id-dokument tiddeskrivi l-punti ġenerali ta' konverġenza u ta' diverġenza fost il-kelliema, ix-xejriet fit-temi indirizzati u l-proposti mressqa. Fit-tieni parti, id-dokument joffri siltiet minn uħud mill-aktar dikjarazzjonijiet sinifikanti li saru mill-kelliema, kif ukoll analiżi aktar dettaljata tad-diversi pożizzjonijiet tagħhom dwar l-oqsma ta' politika ewlenin li ġejjin: l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-migrazzjoni, id-dimensjoni soċjali, il-kummerċ internazzjonali, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, is-sigurtà u d-difiża, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, u l-kwistjonijiet istituzzjonali.