Ewropa għaċ-Ċittadini (2014-2020)

10-09-2012

Din in-nota għandha l-għan li tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor u valutazzjoni kritika tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini 2014-2020 propost, li għandu l-għan li jsaħħaħ it-tifkira u l-parteċipazzjoni ċivika fl-Ewropa. Abbażi ta’ ħarsa ġenerali ta’ inizjattivi ta’ “ċittadinanza attiva” fil-passat fuq livell Ewropew u l-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini attwalment fis-seħħ, jiġu analizzati l-oriġini tal-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni, il-kontenut tagħha, u l-mod kif tintlaqa’ minn istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-partijiet interessati. Il-qawwiet u n-nuqqasijiet rispettivi huma eżaminati wkoll, segwiti b’serje ta’ rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni tal-proposta leġiżlattiva.