Memorja storika Ewropea: politiki, sfidi u perspettivi

Studju 16-09-2013

L-iskop ta’ din in-Nota huwa li tipprovdi xi riflessjonijiet dwar l-isfidi, il-politiki attwali u l-prospetti futuri possibbli ta' “memorja storika” f’kuntest Ewropew. Abbażi tar-rikonoxximent tan-natura kumplessa ta’ memorji kollettivi inġenerali u tifkira storika Ewropea komuni b'mod partikolari, inkluża s-suxxebbiltà għal strumentalizzazzjoni politika, huwa sostnut li għandha tiġi żviluppata “kultura ta’ tifkira” kritika. Kultura bħal din teħtieġ sforzi akbar mill-istati li huma nazzjon sabiex jaċċettaw il-passati rispettivi tagħhom b’mod imparzjali, filwaqt li jħaddnu l-prinċipji u l-valuri komuni Ewropej. F’dan il-kuntest huwa enfasizzat ir-rwol vitali tal-edukazzjoni bħala strument li joħloq kuxjenza storika infurmata, li tipprovdi l-bażi għat-trattament kunfidenti mhux biss tal-passat tal-Ewropa, iżda wkoll tal-preżent u l-futur tagħha.