Il-Politika Komuni tas-Sajd: l-oriġini u l-iżvilupp

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-09-2017

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) ġiet imfassla għall-ewwel darba fit-Trattat ta' Ruma. Għall-ewwel kienet marbuta mal-Politika Agrikola Komuni, iżda mal-mogħdija taż-żmien gradwalment saret aktar indipendenti. L-għan ewlieni tal-PKS, kif aġġornata fl-2002, huwa l-garanzija ta' sajd sostenibbli u l-garanzija ta' dħul u impjiegi stabbli għas-sajjieda. It-Trattat ta' Lisbona introduċa diversi bidliet għall-politika tas-sajd. Fl-2013 il-Kunsill u l-Parlament laħqu ftehim dwar PKS ġdida għas-sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul tal-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura.