Ir-relazzjonijiet internazzjonali tas-sajd

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-09-2017

Bil-għan li jiġu promossi oqfsa ta' governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għas-sajd sostenibbli, u bil-għan li jinkiseb aċċess għaż-żoni ewlenin tas-sajd tad-dinja jew li jiġu promossi skemi ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza sabiex tiġġieled lis-sajd illegali, l-Unjoni Ewropea kkonkludiet aktar minn 20 ftehim internazzjonali dwar is-sajd. L-Unjoni Ewropea tikkonkludi ftehimiet bilaterali bħalma huma ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, jew inkella ftehimiet multilaterali bħalma huma ftehimiet ma' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u konvenzjonijiet internazzjonali.