ThinkTank logo Id-dokumenti li jgħinu jsawru l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE
Data tal-pubblikazzjoni: 24-11-2020

Assistenza fl-irkupru għall-koeżjoni u għat-territorji tal-Ewropa (REACT-EU)

15-10-2020

REACT-EU hija proposta leġiżlattiva biex issewwi d-dannu soċjali u ekonomiku kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, u biex tħejji għal irkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti. REACT-EU tfittex li timmobilizza EUR 58 biljun addizzjonali għall-fondi strutturali fil-perjodu 2020-2022, u li żżid il-flessibbiltà fl-infiq tal-politika ta' koeżjoni.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF)

21-10-2020

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) huwa strument finanzjarju ġdid fi ħdan il-Politika ta' Koeżjoni, li għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi serji b'riżultat tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-JTF se jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li l-għan tiegħu huwa li l-UE tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050.

Data tal-pubblikazzjoni: 02-07-2019

L-Ewwel Trattati

01-01-2018

L-effetti diżastrużi li ħalliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija u t-theddida kostanti tal-konfrontazzjoni bejn il-Lvant u l-Punent fissru li r-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża kienet saret prijorità assoluta. Id-deċiżjoni li tiġi kondiviża l-industrija tal-faħam u l-azzar bejn sitt pajjiżi Ewropej, stabbilita bit-Trattat ta' Pariġi fl-1951, ikkostitwiet l-ewwel passi lejn l-integrazzjoni Ewropea. It-Trattati ta' Ruma tal-1957 saħħew il-pedamenti ta' din l-integrazzjoni kif ukoll l-idea ta' ġejjieni ...

L-effetti diżastrużi li ħalliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija u t-theddida kostanti tal-konfrontazzjoni bejn il-Lvant u l-Punent fissru li r-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża kienet saret prijorità assoluta. Id-deċiżjoni li tiġi kondiviża l-industrija tal-faħam u l-azzar bejn sitt pajjiżi Ewropej, stabbilita bit-Trattat ta' Pariġi fl-1951, ikkostitwiet l-ewwel passi lejn l-integrazzjoni Ewropea. It-Trattati ta' Ruma tal-1957 saħħew il-pedamenti ta' din l-integrazzjoni kif ukoll l-idea ta' ġejjieni komuni għas-sitt pajjiżi Ewropej involuti.

Data tal-pubblikazzjoni: 01-07-2019

L-iżviluppi li saru sal-Att Uniku Ewropew

01-01-2018

L-iżviluppi ewlenin tal-ewwel Trattati huma relatati mal-ħolqien ta' riżorsi proprji tal-Komunità, mar-rinfurzar tas-setgħat baġitarji tal-Parlament, mal-elezzjoni tal-Membri tal-PE permezz ta' suffraġju universali dirett u mal-istabbiliment tas-Sistema Monetarja Ewropea. Id-dħul fis-seħħ tal-Att Uniku Ewropew fl-1986 biddel b'mod sostanzjali t-Trattat ta' Ruma, u saħħaħ l-idea tal-integrazzjoni permezz tal-ħolqien ta' suq intern kbir.

It-Trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam

01-01-2018

It-Trattat ta' Maastricht immodifika t-trattati Ewropej preċedenti u ħoloq Unjoni Ewropea bbażata fuq tliet pilastri: il-Komunitajiet Ewropej, il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI). Bil-ħsieb tat-tkabbir tal-Unjoni, it-Trattat ta' Amsterdam introduċa l-bidliet meħtieġa biex jiġi assigurat funzjonament aktar effiċjenti u demokratiku tal-Unjoni.

It-Trattat ta' Nizza u l-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa

01-01-2018

It-Trattat ta' Nizza ħejja lill-Unjoni Ewropea b'mod parzjali biss għat-tkabbir importanti tal-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Jannar 2007 lejn il-Lvant u n-Nofsinhar. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kwistjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni ta' Laeken, il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa għamlet sforz biex titfassal bażi ġuridika ġdida għall-Unjoni fl-għamla ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Wara l-eżitu negattiv ta' referendum f'żewġ Stati Membri, dan it-Trattat ma ġiex ratifikat ...

It-Trattat ta' Nizza ħejja lill-Unjoni Ewropea b'mod parzjali biss għat-tkabbir importanti tal-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Jannar 2007 lejn il-Lvant u n-Nofsinhar. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kwistjonijiet imqajma fid-dikjarazzjoni ta' Laeken, il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa għamlet sforz biex titfassal bażi ġuridika ġdida għall-Unjoni fl-għamla ta' Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Wara l-eżitu negattiv ta' referendum f'żewġ Stati Membri, dan it-Trattat ma ġiex ratifikat.

It-Trattat ta' Lisbona

01-01-2018

Din l-iskeda informattiva tippreżenta l-isfond u d-dispożizzjonijiet essenzjali tat-Trattat ta' Lisbona. L-objettiv huwa li jingħata kuntest storiku għall-ħolqien ta' dan l-aħħar test fundamentali tal-UE minn dawk li ġew qablu. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi (b'referenzi għall-artikoli) u l-effetti tagħhom fuq il-politiki tal-Unjoni Ewropea huma spjegati f'aktar dettall fl-iskedi informattivi li jittrattaw politiki u kwistjonijiet partikolari.

Is-sorsi u l-kamp ta'applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea

01-03-2018

L-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika u bħala tali għandha l-ordinament ġuridiku tagħha stess, li huwa differenti mid-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, id-dritt tal-EU għandu effett dirett jew indirett fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tagħha u jsir parti mis-sistema ġuridika ta' kull Stat Membru. L-Unjoni Ewropea hija fiha nfisha sors ta' dritt. L-ordinament ġuridiku huwa ġeneralment kompost mid-dritt primarju (it-Trattati u l-prinċipji ġenerali tad-dritt), mid-dritt sekondarju ...

L-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika u bħala tali għandha l-ordinament ġuridiku tagħha stess, li huwa differenti mid-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, id-dritt tal-EU għandu effett dirett jew indirett fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tagħha u jsir parti mis-sistema ġuridika ta' kull Stat Membru. L-Unjoni Ewropea hija fiha nfisha sors ta' dritt. L-ordinament ġuridiku huwa ġeneralment kompost mid-dritt primarju (it-Trattati u l-prinċipji ġenerali tad-dritt), mid-dritt sekondarju (fuq il-bażi tat-Trattati) u mid-dritt supplimentari.

Il-Parlament Ewropew: sfond storiku

01-03-2018

Il-Parlament Ewropew oriġina mill-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret l-assemblea komuni tat-tliet komunitajiet Ewropej sovranazzjonali li kienu jeżistu dak iż-żmien. Sussegwentement l-assemblea ħadet l-isem "Parlament Ewropew". Maż-żmien, l-istituzzjoni, li mill-1979 il-membri tagħha bdew jiġu eletti direttament, għaddiet minn tibdil profond: minn assemblea b'membri magħżula għal parlament elett li huwa rikonoxxut bħala entità li tinfluwenza l-aġenda politika ...

Il-Parlament Ewropew oriġina mill-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret l-assemblea komuni tat-tliet komunitajiet Ewropej sovranazzjonali li kienu jeżistu dak iż-żmien. Sussegwentement l-assemblea ħadet l-isem "Parlament Ewropew". Maż-żmien, l-istituzzjoni, li mill-1979 il-membri tagħha bdew jiġu eletti direttament, għaddiet minn tibdil profond: minn assemblea b'membri magħżula għal parlament elett li huwa rikonoxxut bħala entità li tinfluwenza l-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew: proċeduri elettorali

01-02-2018

Il-proċeduri għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma rregolati kemm mil-leġiżlazzjoni Ewropea li tiddefinixxi regoli komuni għall-Istati Membri kollha kif ukoll mid-dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Id-dispożizzjonijiet komuni jistabbilixxu l-prinċipju ta' rappreżentanza proporzjonali, ir-regoli dwar limiti u ċerti inkompatibbiltajiet mal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Ħafna kwistjonijiet importanti oħra, bħal pereżempju s-sistema elettorali ...

Il-proċeduri għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma rregolati kemm mil-leġiżlazzjoni Ewropea li tiddefinixxi regoli komuni għall-Istati Membri kollha kif ukoll mid-dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Id-dispożizzjonijiet komuni jistabbilixxu l-prinċipju ta' rappreżentanza proporzjonali, ir-regoli dwar limiti u ċerti inkompatibbiltajiet mal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Ħafna kwistjonijiet importanti oħra, bħal pereżempju s-sistema elettorali eżatta u n-numru ta' kostitwenzi, jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali.

Avvenimenti fil-ġejjieni

20-01-2021
EPRS online policy roundtable with the World Bank: Where next for the global economy
Avveniment ieħor -
EPRS
25-01-2021
Public Hearing on "Gender aspects of precarious work"
Smigħ -
FEMM
27-01-2021
Public hearing on AI and Green Deal
Smigħ -
AIDA

Infographics

Pubblikazzjonijiet tat-Think Tank

Il-kontenut tad-dokumenti kollha inklużi fis-sit elettroniku tat-Think Tank huma r-responsabilità unika tal-awtur, u kwalunkwe opinjoni espressa fihom mhux neċessarjament tirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Huwa indirizzat lill-Membri u lill-persunal tal-PE għall-ħidma parlamentari tagħhom.

It-Think Tank hu dwar...