Fittex

Ir-riżultati tiegħek

Qed tara 10 minn 68 riżultati

Committee of Inquiry to investigate the use of Pegasus and equivalent surveillance spyware (PEGA) was set up on 10 March 2022. Chaired by MEP Jeroen LENAERS, PEGA Committee investigated infringements and maladministration in application of EU law in relation to the use of Pegasus and equivalent spyware surveillance software. Spyware and other hacking techniques are critical threats to privacy, data protection and democracy in the EU. They serve oppressive agendas against journalists, political activists ...

Il-Parlament Ewropew: proċeduri elettorali

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Il-proċeduri għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma rregolati kemm mil-leġiżlazzjoni Ewropea li tistabbilixxi regoli komuni għall-Istati Membri kollha kif ukoll mid-dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Id-dispożizzjonijiet komuni jistabbilixxu l-prinċipju ta’ rappreżentanza proporzjonali, ir-regoli dwar limiti u ċerti inkompatibbiltajiet mal-mandat ta’ Membru tal-Parlament Ewropew. Ħafna kwistjonijiet importanti oħra, bħal pereżempju s-sistema elettorali ...

Il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Il-proprjetà intellettwali tinkludi d-drittijiet esklużivi kollha għall-kreazzjonijiet intellettwali. Din tħaddan żewġ tipi ta’ drittijiet: il-proprjetà industrijali, li tinkludi l-invenzjonijiet (privattivi), it-trademarks, id-disinni u l-mudelli industrijali, kif ukoll id-denominazzjonijiet tal-oriġini, u d-drittijiet tal-awtur, li jinkludu l-proprjetà artistika u letterarja. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fl-2009, l-UE ngħatat il-kompetenza espliċita ...

Iċ-ċittadini tal-Unjoni u d-drittijiet tagħhom

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-01-2024

Id-drittijiet individwali taċ-ċittadini u ċ-ċittadinanza Ewropea huma minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Dawn huma fatturi essenzjali fil-formazzjoni tal-identità Ewropea. F’każ ta’ ksur serju tal-valuri bażiċi tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jiġi ssanzjonat.

L-iżviluppi li saru sal-Att Uniku Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

L-iżviluppi ewlenin tal-ewwel Trattati huma relatati mal-ħolqien ta’ riżorsi proprji tal-Komunità, mar-rinfurzar tas-setgħat baġitarji tal-Parlament, mal-elezzjoni tal-Membri tal-PE permezz ta’ suffraġju universali dirett u mal-istabbiliment tas-Sistema Monetarja Ewropea. Id-dħul fis-seħħ tal-Att Uniku Ewropew fl-1986, li biddel b’mod sostanzjali t-Trattat ta’ Ruma, saħħaħ l-idea tal-integrazzjoni permezz tal-ħolqien ta’ suq intern kbir.

Il-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi liema huma l-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li tikkonsisti f’żewġ qrati, li huma l-Qorti tal-Ġustizzja proprja u l-Qorti Ġenerali, u toffri mezzi differenti ta’ rimedju, kif stabbilit fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 251-281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 136 tal-Euratom, u l-Protokoll Nru 3 anness mat-Trattati dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni ...

L-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika u bħala tali għandha l-ordinament ġuridiku tagħha stess, li huwa differenti mid-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, id-dritt tal-UE għandu effett dirett jew indirett fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tagħha u jsir parti mis-sistema ġuridika ta’ kull Stat Membru. L-Unjoni Ewropea hija fiha nfisha sors ta’ dritt. L-ordinament ġuridiku huwa ġeneralment kompost mil-leġiżlazzjoni primarja (it-Trattati u l-prinċipji ġenerali tad-dritt), mil-leġiżlazzjoni ...

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-01-2024

Il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni qed jiżdied b’mod kostanti. F’materji tal-liġi ċivili minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja, u b’hekk qed tibni rabtiet bejn sistemi ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza legali u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, ...

It-Trattati jagħtu importanza kbira lill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Fl-2009, ġew introdotti diversi karatteristiċi ġodda importanti: proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratika li sservi ta’ tweġiba għall-abolizzjoni tal-istruttura l-qadima ta’ pilastri; setgħat akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE; u rwol ġdid għall-parlamenti nazzjonali. Id-drittijiet bażiċi huma msaħħa mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea legalment vinkolanti ...

Il-Kummissjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

Il-Kummissjoni hija l-istituzzjoni tal-UE li għandha l-monopolju fuq l-inizjattiva leġiżlattiva u setgħat eżekuttivi importanti f’politiki bħall-kompetizzjoni u l-kummerċ estern. Hija l-korp eżekuttiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea u hija ffurmata minn Kulleġġ ta’ membri magħmul minn Kummissarju wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u r-rispett tat-Trattati mill-Istati Membri; tippresiedi wkoll il-kumitati responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi ...