Fittex

Ir-riżultati tiegħek

Qed tara 10 minn 69 riżultati

It-trasport marittimu: approċċ strateġiku

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

Ir-regolamenti tal-UE dwar it-trasport marittimu jiffukaw fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-moviment liberu tas-servizzi u l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-kompetizzjoni, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza, kundizzjonijiet tax-xogħol u standards ambjentali tajbin.

In-Networks Trans-Ewropej – linji gwida

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

In-networks trans-Ewropej (TENs) fit-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni huma żviluppati biex jgħaqqdu r-reġjuni tal-UE u biex jikkontribwixxu għat-tkabbir tas-suq intern u l-impjiegi. Huma jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; In-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) evolva maż-żmien: fl-2013 ġiet adottata riforma fundamentali u reviżjoni sinifikanti ġiet proposta fl-2021. Il-linji gwida dwar l-infrastruttura tal-enerġija (TEN-E) ġew adattati għall-Patt Ekoloġiku Ewropew ...

It-trasport bl-ajru: ir-regoli tas-suq

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-istabbiliment tas-Suq Uniku tal-Avjazzjoni lejn l-aħħar tas-snin disgħin ittrasforma b’mod radikali l-industrija tat-trasport bl-ajru u, matul l-aħħar 20 sena, ikkontribwixxa bil-kbir għat-tkabbir qawwi fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.

It-trasport marittimu: Regoli tat-traffiku u tas-sikurezza

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Tul dawn l-aħħar snin, diversi direttivi u regolamenti tal-UE tejbu ferm l-istandards tas-sikurezza fit-trasport marittimu. Dan it-titjib seħħ, b’mod partikolari, permezz tat-tliet pakketti leġiżlattivi adottati wara d-diżastri b’rabta mal-Erika u l-Prestige.

It-trasport bl-ajru: l-Ajru Uniku Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

L-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew għandha l-għan li żżid l-effiċjenza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru billi tnaqqas il-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew. Din hija inizjattiva pan-Ewropea miftuħa għall-pajjiżi ġirien.

It-trasport bl-ajru: is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Is-sigurtà tal-avjazzjoni (li hija differenti mis-sikurezza tal-avjazzjoni[1]) teżisti biex tipprevjeni atti malizzjużi kontra l-ajruplani u l-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom. Wara l-attakki terribbli tal-2001, l-UE adottat sett ta’ regoli dwar is-sigurtà għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili. Dawn ir-regoli jiġu aġġornati regolarment biex jindirizzaw ir-riskji li qed jevolvu. L-Istati Membri għandhom id-dritt japplikaw miżuri aktar stretti.

Is-sikurezza tal-avjazzjoni

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Ir-regoli komuni, li ġew estiżi progressivament biex jinkludu s-settur kollu tal-avjazzjoni, jiggarantixxu livell uniformi u għoli ta’ sikurezza[1] fi ħdan is-suq intern kollu tat-trasport bl-ajru.

The Executive Vice-President of the Commission, Maroš Šefčovič, appeared before the European Parliament on 3 October 2023 to answer questions put by MEPs from the Committees on the Environment, Public Health and Food Safety (ENVI); Industry, Research and Energy (ITRE); Transport and Tourism (TRAN) and Agriculture and Rural Development (AGRI). During the hearing, he made a number of commitments which are highlighted in this document. These commitments refer to his portfolio, as described in the mission ...

This At a glance note sumarises the study discussing the technological innovations, operational measures and alternative fuels that are needed for the aviation industry to achieve the objectives of the European Green Deal by 2050. The study also presents estimates of the investment needed for the industry to achieve those goals and analyses the EU regulatory framework and funding sources that can support the industry in its decarbonisation pathway.

This At a glance note sumarises the briefing providing the European Parliament’s Committee on Transport and Tourism (TRAN) with an overview of the potential of sustainable fuels in transport in the context of the current Ukraine/Russia crisis. It assesses biofuel’s potential to be quickly ramped up, the impact on LNG demand in the EU transport sector, and the potential use of gas pipelines repurposed for hydrogen.