1

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali

01-02-2018

Sal-lum kien hemm ħames oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP). It-Trattat ta' Lisbona ttrasforma l-QFP minn ftehim interistituzzjonali għal att ġuridikament vinkolanti. Il-QFP, stabbilit għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin, irid jiżgura li n-nefqa tal-Unjoni tiżviluppa b'mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet li l-baġit annwali tal-Unjoni jrid jirrispetta, u b'hekk iqiegħed il-pedament tad-dixxiplina finanzjarja. Partikolarment, ir-Regolament dwar il-QFP ...

Sal-lum kien hemm ħames oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP). It-Trattat ta' Lisbona ttrasforma l-QFP minn ftehim interistituzzjonali għal att ġuridikament vinkolanti. Il-QFP, stabbilit għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin, irid jiżgura li n-nefqa tal-Unjoni tiżviluppa b'mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet li l-baġit annwali tal-Unjoni jrid jirrispetta, u b'hekk iqiegħed il-pedament tad-dixxiplina finanzjarja. Partikolarment, ir-Regolament dwar il-QFP jistabbilixxi limiti massimu għall-kategoriji l-kbar tal-infiq imsejħin intestaturi. Fit-2 ta' Mejju 2018 il-Kummissjoni ppreżentat proposti leġiżlattivi għall-QFP l-ġdid għall-perjodu 2021-2027. Fis-27 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ressqet proposta aġġornata għall-QFP, flimkien ma' proposta għal strument ta' rkupru, Next Generation EU, bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19.