6

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Ġestjoni tas-Sajd tal-UE

01-01-2018

Il-Ġestjoni tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hija bbażata fuq il-bżon li jiġi żgurat sfruttament sostenibbli ambjentali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-vijabilità fit-tul tas-settur. Biex dan l-objettiv jintlaħaq, bosta standards Ewropej dwar l-aċċess għall-ibħra tal-Unjoni, l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi, il-qabdiet totali permissibbli, il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u miżuri tekniċi.

Il-Ġestjoni tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hija bbażata fuq il-bżon li jiġi żgurat sfruttament sostenibbli ambjentali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-vijabilità fit-tul tas-settur. Biex dan l-objettiv jintlaħaq, bosta standards Ewropej dwar l-aċċess għall-ibħra tal-Unjoni, l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi, il-qabdiet totali permissibbli, il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u miżuri tekniċi.

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

01-01-2018

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (OKS) tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kienet l-ewwel komponent tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). B'mod ġenerali, l-OKS attwali għandha l-għan li tipproteġi l-produtturi u tiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u l-vijabbiltà ekonomika tas-suq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Din ittejjeb u ssaħħaħ l-elementi ewlenin tal-OKS bħall-istandards komuni tas-suq, l-informazzjoni għall-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u tintroduċi elementi ...

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (OKS) tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kienet l-ewwel komponent tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). B'mod ġenerali, l-OKS attwali għandha l-għan li tipproteġi l-produtturi u tiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u l-vijabbiltà ekonomika tas-suq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Din ittejjeb u ssaħħaħ l-elementi ewlenin tal-OKS bħall-istandards komuni tas-suq, l-informazzjoni għall-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u tintroduċi elementi ġodda, bħall-informazzjoni dwar is-suq.

Ir-relazzjonijiet internazzjonali tas-sajd

01-01-2018

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha rwol ewlieni f'termini ta' kooperazzjoni internazzjonali tas-sajd. Permezz tad-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tagħha, l-Unjoni qed tfittex li tissalvagwardja li l-qafas legali tagħha ma jestendix biss għall-bastimenti tal-UE li joperaw f'ibħra internazzjonali. Abbażi tal-objettivi tal-PKS u l-prinċipji dwar il-governanza tajba, l-UE qed tinvolvi ruħha f'diversi ftehimiet multilaterali, f'organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs ...

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha rwol ewlieni f'termini ta' kooperazzjoni internazzjonali tas-sajd. Permezz tad-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tagħha, l-Unjoni qed tfittex li tissalvagwardja li l-qafas legali tagħha ma jestendix biss għall-bastimenti tal-UE li joperaw f'ibħra internazzjonali. Abbażi tal-objettivi tal-PKS u l-prinċipji dwar il-governanza tajba, l-UE qed tinvolvi ruħha f'diversi ftehimiet multilaterali, f'organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs), u f'aktar minn 30 ftehim bilaterali tas-sajd.

Il-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea

01-01-2018

Il-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea għadha relattivament staġnata meta mqabbla mar-rati dejjem jiżdiedu tal-produzzjoni ta' frott tal-baħar imrobbi fil-livell dinji. Matul dawn l-aħħar 20 sena, il-Kummissjoni ppruvat iżżid il-potenzjal ta' produzzjoni tal-UE permezz tat-tnedija ta' diversi dokumenti ta' strateġija u linji gwida, u fl-2016 ġie stabbilit il-kunsill konsultattiv għall-akkwakultura (AAC). Dan il-korp huwa magħmul minn rappreżentanti tal-industrija u ta' organizzazzjonijiet ...

Il-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea għadha relattivament staġnata meta mqabbla mar-rati dejjem jiżdiedu tal-produzzjoni ta' frott tal-baħar imrobbi fil-livell dinji. Matul dawn l-aħħar 20 sena, il-Kummissjoni ppruvat iżżid il-potenzjal ta' produzzjoni tal-UE permezz tat-tnedija ta' diversi dokumenti ta' strateġija u linji gwida, u fl-2016 ġie stabbilit il-kunsill konsultattiv għall-akkwakultura (AAC). Dan il-korp huwa magħmul minn rappreżentanti tal-industrija u ta' organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati rilevanti oħra, u jagħti pariri lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri.

Il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni Ewropea

01-01-2018

Il-Politika Marittima Integrata (PMI) tal-Unjoni Ewropea (UE) hija approċċ olistiku għall-politiki kollha relatati mal-baħar. Hija bbażata fuq l-idea li l-Unjoni tista' tikseb redditi ogħla mill-ispazju marittimu tagħha b'inqas impatt fuq l-ambjent billi tikkoordina l-firxa wiesgħa ta' attivitajiet interkonnessi tagħha relatati mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti. Għalhekk, il-PMI għandha l-għan li ssaħħaħ l-hekk imsejħa ekonomija blu, li tinkludi l-attivitajiet ekonomiċi kollha bbażati fuq il-baħar.

Il-Politika Marittima Integrata (PMI) tal-Unjoni Ewropea (UE) hija approċċ olistiku għall-politiki kollha relatati mal-baħar. Hija bbażata fuq l-idea li l-Unjoni tista' tikseb redditi ogħla mill-ispazju marittimu tagħha b'inqas impatt fuq l-ambjent billi tikkoordina l-firxa wiesgħa ta' attivitajiet interkonnessi tagħha relatati mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti. Għalhekk, il-PMI għandha l-għan li ssaħħaħ l-hekk imsejħa ekonomija blu, li tinkludi l-attivitajiet ekonomiċi kollha bbażati fuq il-baħar.

Iċ-ċifri tas-sajd Ewropew

01-01-2018

It-tabelli ta' hawn taħt juru data statistika bażika f'diversi oqsma relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), jiġifieri: il-flotta tas-sajd tal-Istati Membri fl-2020 (Tabella I), is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-setturi tas-sajd (2017), l-akkwakultura (2016) u l-ipproċessar tal-ħut (2017) (Tabella II), il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fl-2017 (Tabella III), il-konsum apparenti u per capita ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fl-2017 ...

It-tabelli ta' hawn taħt juru data statistika bażika f'diversi oqsma relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), jiġifieri: il-flotta tas-sajd tal-Istati Membri fl-2020 (Tabella I), is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-setturi tas-sajd (2017), l-akkwakultura (2016) u l-ipproċessar tal-ħut (2017) (Tabella II), il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fl-2017 (Tabella III), il-konsum apparenti u per capita ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fl-2017 (Tabella IV) u l-allokazzjonijiet tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd mill-2014 sal-2020 (Tabella V).