Quiz: Kemm taf dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-UE?
Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa essenzjali għall-UE. Kemm taf dwarhom? Skopri permezz tal-quiz tagħna!
Bħala ċittadin tal-UE, int tgawdi ħafna drittijiet. L-UE taħdem biex tħares id-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa u lil hinn minnha. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew iqajjem kuxjenza billi jorganizza dibattiti, jadotta riżoluzzjonijiet u jirrikonoxxi l-isforzi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem bi premju annwali.
Taf x'tagħmel l-UE għad-drittijiet tal-bniedem? Agħmel il-quiz tagħna!