Ir-rebbieħa nazzjonali tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej 2023

Żgħażagħ bejn is-16 u t-30-il sena li jaħdmu fuq proġetti tal-UE jistgħu japplikaw għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ

Banner tal-Premju Ewropew taż-Żgħażagħ Karlu Manju
Banner tal-Premju Ewropew taż-Żgħażagħ Karlu Manju

Il-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Premju Karlu Manju f'Aachen jagħtu l-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ kull sena lil proġetti minn żgħażagħ b'dimensjoni qawwija tal-UE.

Mill-2008 ’l hawn, 5000 proġett ikkompetew għall-premju.

Il-premju

Se jintgħażlu tliet proġetti rebbieħa minn 26 proġett nominati minn ġuriji nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE. L-ewwel premju huwa €7,500, it-tieni premju €5,000 u t-tielet premju €2,500.

Ir-rappreżentanti tas-26 proġett nazzjonali rebbieħ kollha se jkunu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen, il-Ġermanja.


Ir-rebbieħa nazzjonali

Il-ġurija f’Malta għażlet lil Komunitajiet Kreattivi. Komunitajiet Kreattivi għandhom esperjenza estensiva ta’ ħidma ma’ komunitajiet sabiex jipprovdu workshops u avvenimenti edukattivi ta’ kull xahar kif ukoll arti viżivi u interattivi. L-għan huwa li ż-żgħażagħ jkollhom aċċess għal attivitajiet pożittivi sabiex jibnu l-kunfidenza, l-istima tagħhom infushom u r-reżiljenza. B’dan il-mod, Komunitajiet Kreattivi jappoġġaw l-inklużjoni u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fil-kultura Ewropea, u jippermettulhom jiżviluppaw il-ħsieb kreattiv tagħhom, il-ħiliet tal-ħajja u r-relazzjonijiet interkulturali pożittivi li jipprovdu triq lejn futur tagħhom.

Skopri r-rebbieħa nazzjonali tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej 2023.

Ir-regoli


Il-proġetti jridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin biex jikkwalifikaw:

  • Jippromwovu fehim Ewropew u internazzjonali
  • Irawmu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità u integrazzjoni Ewropea
  • Isservu bħala mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa
  • Joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda


Aqra aktar fuq is-sit web tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ


Kalendarju

  • 2 ta’ Frar 2023: skadenza tal-applikazzjoni
  • Marzu 2023: għażla tar-rebbieħa nazzjonali
  • Data trid tiġi kkonfermata: tħabbir tar-rebbieħa Ewropej u ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen


Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2022

Fl-2022, l-ewwel premju mar għand Orquestra Sem Fronteiras [MT: Orkestra Mingħajr Fruntieri] mill-Portugall. L-inizjattiva tippromwovi l-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-Portugall u Spanja permezz tal-mużika ta’ talenti żgħażagħ li jgħixu fiż-żewġ pajjiżi bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi soċjali u kulturali.


Aqra aktar dwar ir-rebbieħa tal-2022 fl-artiklu tagħna.


Media soċjali


Ingħaqad mad-diskussjoni fuq il-midja soċjali billi tuża l-hashtag #ECYP2023


Aktar dwar il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ