Aħtaf l-okkażjoni ta' sensiela ta' kunċerti ta' mużika klassika biex tesplora Ġnien iċ-Ċittadini l-ġdid. Mit-2 ta' Settembru sat-30 ta' Ottubru, kull nhar ta' xogħol fis-13:00, il-wirjiet mużikali b'xejn ta' 30 minuta se jippermettu lill-viżitaturi jgawdu l-atmosfera fil-ġnien il-ġdid.
Fil-programm hemm artisti primi rebbieħa ta' konkorsi internazzjonali bħal Christine Lee u mużiċisti promettenti, bħal Florian Delporte u Elen Shahinans.
Il-kunċerti se jinkludu varjetà ta' strumenti klassiċi tal-kordi u tan-nifs, kif ukoll l-akkordjan u l-klaviċembalu. Dawn il-mużiċisti ta' talent kbir jgħixu Brussell jew waqfu għal ftit fil-belt. Il-kunċerti jirriflettu l-impenn tal-Parlament Ewropew favur il-kultura u s-sostenn tiegħu lill-artisti żgħażagħ.
Ġnien iċ-Ċittadini fetaħ fl-1 ta' Settembru bħala oasi ta' natura fil-qalba tal-kwartier Ewropew ta' Brussell. Il-Parlament Ewropew għen biex jiġi ppreservat il-patrimonju ta' Brussell billi rrestawra l-ġnien ta' Antoine Wiertz. Il-kunċerti jevokaw is-serati u l-laqgħat organizzati minn dan l-artist tas-seklu XIX, li ddisinja l-ġnien tiegħu fuq il-mudell tal-Greċja antika u ta' Ruma antika.
Matul il-kunċerti se tintalab tilbes maskra u ssegwi l-istruzzjonijiet biex tinżamm id-distanza bejn in-nies. Int mitlub(a) tasal kmieni u tieħu postok qabel ma jibdew il-wirjiet mużikali. F'każ ta' maltemp, se jittieħdu miżuri xierqa. L-informazzjoni se titħabbar fuq Facebook kemm jista' jkun kmieni.
Vistuvāk Eiropas Parlamentam atrodas Briseles Luksemburgas stacija.