Logħba tar-Rwoli 

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium

Esperjenza r-rwol ta' Membru tal-Parlament Ewropew. L-istudenti tas-sekondarja jistgħu jieħdu kors qasir u intensiv dwar it-tfassil tal-liġijiet Ewropej huma u jinnegozjaw leġiżlazzjoni ġdida għall-Unjoni Ewropea.

14
18
-il sena
150'
16-32
24

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
-il sena
150'
16-32
24

Il-logħba tar-rwoli hija mfassla għal gruppi ta' studenti tas-sekondarja. Il-parteċipanti jinqasmu fi gruppi politiċi immaġinarji u jieħdu r-rwol ta' Membri tal-Parlament Ewropew. Huma jiddibattu kwistjonijiet u temi attwali, u b'dan il-mod jitgħallmu kif tinħoloq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u kif jissawwar il-ġejjieni tal-Ewropa.

Il-Logħba tar-Rwoli tiżvela l-proċess leġiżlattiv kollu kemm hu, mill-konsultazzjonijiet mal-gruppi ta' interess u l-ħolqien ta' alleanzi san-negozjar ma' istituzzjonijiet oħra u l-komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir.

Il-logħba ddum sagħtejn u nofs, trid tiġi bbukkjata minn qabel u hija bla ħlas. Il-logħba ssir darba nhar ta' Tnejn waranofsinhar u darbtejn kuljum mit-Tlieta sal-Ħadd. Il-gruppi għandhom jikkonsistu f'minimu ta' 16 u massimu ta' 32 student.

Minħabba domanda qawwija, nirrakkomandaw li l-logħba tar-rwoli tiġi bbukkjata mill-inqas 4 xhur qabel.

Il-Parlamentarium ikun magħluq f'dawn il-ġranet: fl-1 ta' Jannar, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Novembru, u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Il-Parlamentarium

Bini Willy Brandt
Place du Luxembourg / Luxemburgplein 100
B-1050 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Wi-fi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
90'
10
24

Euroscola

Strasburgu
Parlament Ewropew
16
18
-il sena

Avveniment Ewropew Taż-Żgħażagħ

Strasburgu
Parlament Ewropew
16
30
-il sena
Jum wieħed
20-40
EN, FR, DE

Logħba tar-Rwoli Strasburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew
16
30
-il sena
150'
16-32
24