Jum il-Multilingwiżmu 2019 

Spotlight
28-09-2019

Jum il-Multilingwiżmu 2019

Brussell
Emiċiklu

Jum il-Multilingwiżmu 2019 huwa l-opportunità tiegħek biex tagħti titwila wara l-kwinti u tara kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa.

0
99
-il sena
1
24

Jum il-Multilingwiżmu 2019

Brussell
Emiċiklu
0
99
-il sena
1
24

Jum il-Multilingwiżmu huwa l-opportunità tiegħek biex tagħti titwila wara l-kwinti u tara kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa. Tista' tiltaqa' mal-interpreti u t-tradutturi tal-Parlament Ewropew, tagħti daqqa t'għajn fuq xogħolhom u tiskopri l-kamra plenarja tal-Emiċiklu nnifsu.

Il-multilingwiżmu jiżgura li l-Ewropej kollha jistgħu jsegwu l-ħidma tar-rappreżentanti demokratiċi tagħhom fl-aktar parlament multilingwi fid-dinja, bil-lingwa tagħhom stess. Id-diversità lingwistika u kulturali hija fost il-karatteristiċi li jsawru l-qawwa tal-Ewropa u hija minsuġa fit-Trattati Ewropej bħala valur ċentrali. Fi kliem il-lingwista u filosfu Umberto Eco, "il-lingwa tal-Ewropa hija t-traduzzjoni". Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din il-lingwa fl-azzjoni.

Tista' tieħu sehem f'Jum il-Multilingwiżmu 2019 fl-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew u f'Dar l-Istorja Ewropea.

Żona tal-viżitatur tal-Emiċiklu

Attivitajiet (10:00-18:00)

Esplora l-multilingwiżmu b'attivitajiet ta' divertiment.

Pjan terran

  • Workshop dwar il-lingwa taċ-ċittadini fit-test, l-awdjo u l-vidjo: Skopri l-importanza u l-impatt tal-komunikazzjoni multilingwi
  • Kabina fotografika: Ikseb it-tifkira tiegħek ta' jum il-multilingwiżmu
  • Kabina tal-awdjo: Ara kif il-Parlament Ewropew jirreġistra l-podcasts u irreġistra wieħed tiegħek
  • Rokna ta' reġistrazzjoni tad-Dar l-Istorja Ewropea Tiegħi: Ejja poġġi magħna u żid l-istorja Ewropea tiegħek ma' dan il-proġett kollaborattiv ta' storja
  • Rokna għat-tfal: Pittura fuq il-wiċċ u tatwaġġ (temporanju)
 

Ir-4 sular

  • Kabini tal-interpretazzjoni: Ipprova l-interpretazzjoni bil-lingwa materna tiegħek f'kabina tal-interpreti reali
  • Logħob tat-traduzzjoni: Ittestja l-ħiliet lingwistiċi tiegħek b'mod divertenti
  • Workshops dwar it-traduzzjoni u l-lingwaġġ ċar: Sir traduttur u aħdem fuq test reali. Trid tirreġistra mad-dħul

Esperjenza l-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew (10:30-17:30, kull 30 minuta)

Skopri fejn isiru d-dibattiti u l-votazzjonijiet permezz ta' preżentazzjonijiet, inkluża Q&A. Ir-4 sular. Bl-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

 

 

Taħditiet ma' tradutturi u interpreti

Skopri aktar dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni b'taħditiet ta' 30 minuta u sessjonijiet Q&A. It-taħditiet kollha interpretati bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Pjan terran

10:30 – 11:00: Q&A mat-tradutturi: pariri u suġġerimenti dwar is-sengħa

11:00 – 11:30: Kif issir interpretu

11:30 – 12:00: Il-futur tat-traduzzjoni

12:00 – 12:30: Suġġerimenti dwar l-interpretazzjoni

12:30 – 13:00: Interpreti u Tradutturi tal-Parlament Ewropew li jaħdmu għalik

14:30 – 15:00: Kif issir interpretu

15:00 – 15:30: Lingwa ċara, riżultati ċari

15:30 – 16:00: Suġġerimenti dwar l-interpretazzjoni

16:00 – 16:30: Q&A mat-tradutturi: pariri u suġġerimenti dwar is-sengħa

Stand tal-mistednin TRANSPOESIE

Sir af aktar dwar dan il-festival uniku tal-poeżija għall-Jum Ewropew tal-Lingwi u tad-Diversità Lingwistika.

Dar l-Istorja Ewropea

Storja tad-diversità lingwistika (tour ta' 45 minuta)

Ingħaqad ma' wieħed mit-tours li jagħtu ħarsa lejn l-istorja tal-lingwi fl-Ewropa, permezz ta' aneddoti u ta' oġġetti fil-wirja biex juru kif il-lingwi sawru d-diversità rikka tagħha.

Irreġistra: historia-learning@ep.europa.eu jew dakinhar stess mad-desk tal-mużew.

Skeda: Ingliż 10:00, Ġermaniż 11:00, Franċiż 14:00, Olandiż 15:00

Emiċiklu

Bini Paul-Henri Spaak
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Wi-fi

Informazzjoni prattika