Jum l-Ewropa 2020 

Jum l-Ewropa 2020

Onlajn
Parlament Ewropew

Ingħaqad magħna online biex infakkru Jum l-Ewropa 2020. Ħu sehem f'xandira diretta mill-Parlament Ewropew, tgħallem dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman u ara s-solidarjetà Ewropea fl-azzjoni.

Jum l-Ewropa 2020

Onlajn
Parlament Ewropew

Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju jfakkar id-data tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman, li biha l-Ewropa bdiet fit-triq lejn l-Unjoni Ewropea tal-lum. Din hija opportunità biex nirriflettu fuq dak li nbena permezz tas-solidarjetà u fuq x'nittamaw għall-ġejjieni.

70 sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman, l-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' kriżi li tagħmilha aktar importanti minn qatt qabel li nimxu id f'id. Din is-sena, Jum l-Ewropa mhux biss huwa ċans biex naħsbu dwar l-Ewropej li għamlu l-istorja fl-1950 iżda biex niffokaw fuq dawk li qed jagħmlu l-istorja llum u li naraw din is-solidarjetà fl-azzjoni.

Kun parti minn Jum l-Ewropa

/multiapp/files/live/sites/visiting/files/Images/Events/Europe%20Day/europe-day-on-facebook.jpg

Fid-9 ta' Mejju tista' tkun parti minn avvenimenti f'ħin reali li jikkommemoraw Jum l-Ewropa fuq il-paġna tal-avveniment fuq Facebook u l-Parlament Ewropew Live:

Żjara tal-emiċiklu minn ġewwa darek
Ingħaqad magħna fil-kamra plenarja biex tifhem kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Skopri kif il-Membri tal-Parlament Ewropew iħejju l-fajls tagħhom, jiddibattu f'ambjent multilingwi u jivvutaw matul is-sessjonijiet plenarji.

Diskussjoni interattiva: ir-reazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Covid-19
Skopri x'qed jagħmlu l-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea biex jindirizzaw il-kriżi tal-Covid-19 f'dan il-Q&A online. Se titgħallem ukoll dwar #EuropeansAgainstCovid19, il-kampanja li tenfasizza s-solidarjetà tal-Ewropej fi żminijiet ta' kriżi.

L-Ewropa fl-2020: 70 sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman
Staqsi l-mistoqsijiet tiegħek dwar l-oriġini ta' Jum l-Ewropa f'din id-diskussjoni tal-panel. L-esperti dwar ix-xogħol ta' Robert Schuman u rappreżentant mill-inizjattiva @70Schuman se jgħidulna għaliex Jum l-Ewropa jaħbat fid-9 ta' Mejju, min kien Robert Schuman, x'kienet id-Dikjarazzjoni ta' Schuman, u ħafna aktar.

 

Jekk ma tistax tingħaqad magħna f'xandira diretta, hemm modi oħra kif tista' tkun parti minn Jum l-Ewropa:

Fittex #Europeday fuq il-midja soċjali
Ingħaqad mal-konverżazzjoni fuq Facebook u Instagram billi tgħidilna xi tfisser lejk l-Ewropa u kif is-solidarjetà Ewropea biddlet ħajtek.

Uri s-solidarjetà tiegħek
Uri lill-ħbieb u l-ġirien tiegħek li temmen li l-isfidi jiġu solvuti aħjar flimkien billi ddendel il-bandiera Ewropea barra t-tieqa tiegħek (jew pinġi waħda!) Ikkondividi r-ritratt jew il-filmat tiegħek fuq l-avveniment tal-Facebook tagħna biex tingħaqad ma' bnadar Ewropej minn madwar l-Ewropa kollha.

Isma' l-ħsejjes tal-Ewropa
Gawdi l-lista mużikali speċjali tagħna tal-jum u ibgħatilna s-suġġerimenti tiegħek biex inlestuha!

X'kienet id-Dikjarazzjoni ta' Schuman?

70 sena ilu, fid-9 ta' Mejju 1950, Robert Schuman għamel dikjarazzjoni ta' solidarjetà bejn Franza u l-Ġermanja. Bħala l-ministru għall-affarijiet barranin Franċiż, huwa xtaq li l-pajjiżi jikkondividu l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar sabiex gwerra ssir "mhux biss inkonċepibbli, iżda wkoll materjalment impossibbli".

Is-sejħa tiegħu nstemgħet madwar l-Ewropa u pajjiżi Ewropej oħra ngħaqdu mal-inizjattiva, u b'hekk wittew il-pedamenti għal paċi dejjiema. Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman, u l-mudell ta' kollaborazzjoni internazzjonali fil-qalba tagħha, kienu l-ewwel pass fit-triq lejn l-Unjoni Ewropea tal-lum. 

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman u l-impatt fit-tul tagħha hawn taħt.




#EuropeansAgainstCovid19

Fil-ġlieda kontra l-Covid-19, l-Unjoni Ewropea turi li s-saħħa tinsab fis-solidarjetà. Din hija kriżi li nistgħu biss negħlbuha lkoll flimkien. 

L-Ewropa għandha storja ta' ħidma flimkien biex tiġġieled kontra l-mard. Tliet snin biss wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman, l-Assemblea Ewropea (li wara saret il-Parlament Ewropew) sejħet għal modi biex tittejjeb is-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-faħam u l-azzar. Dan wassal għal riċerka u fehim aħjar tar-riskji għas-saħħa li qed jiffaċċjaw xi xogħlijiet, li mbagħad wasslu għal miżuri konkreti biex tittejjeb ħajjithom.  

Illum l-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' marda ta' tip differenti. Il-Covid-19 qed jhedded is-saħħa tal-Ewropej kollha u nixtiequ nonoraw lill-Ewropej li qed jagħmlu differenza, irrispettivament minn kemm di hija żgħira, billi jaqsmu l-istorja tagħhom. Nistednuk tgħidilna dwar ir-riċerkaturi, il-persunal mediku, ix-xjenzati, l-għalliema, il-ħbieb u l-ġirien li huma magħqudin biex tingħeleb din l-isfida. 

Aqsam l-istorja tiegħek fuq il-paġna tagħna tal-Facebook ta' Jum l-Ewropa b' #EuropeansAgainstCovid19 #EuropeDay.