FEMMES - Ritratti ta' nisa segwiti minn Samusocial Brussels 

Spotlight
16-10-2020 sa 28-02-2021

FEMMES - Ritratti ta' nisa segwiti minn Samusocial Brussels

Brussell
Il-Parlamentarium

L-istejjer ta' 15-il mara li ngħataw kenn fil-Parlament Ewropew matul il-kriżi tal-COVID-19.

EN, FR, NL

FEMMES - Ritratti ta' nisa segwiti minn Samusocial Brussels

Brussell
Il-Parlamentarium

Il-Parlamentarium, iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, qed jospita l-wirja temporanja "FEMMES - Ritratti ta' nisa segwiti minn Samusocial Brussels", flimkien mas-servizz umanitarju Samusocial u l-Kummissjoni tal-Komunità Komuni ta' Brussell.

Din il-wirja temporanja tirrakkonta l-istorja ta' 15-il mara bla dar li ngħataw kemm f'bini tal-Parlament Ewropew, il-bini Helmut Kohl, matul l-ewwel xhur tal-kriżi tal-COVID-19. Il-wirja FEMMES hija r-riżultat tal-ħidma tal-fotografu Gaël Turine u l-ġurnalista Anne-Cécile Huwart. Flimkien, huma tefgħu dawl fuq 15-il storja ta' sogħba u qtigħ il-qalb, iżda wkoll kilba u ħerqa għal futur aħjar. 

Il-wirja hija miftuħa mis-16 ta' Ottubru 2020 sat-28 ta' Frar 2021. Il-wirja hija disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż, u tista' tinqara wkoll bil-Ġermaniż u bl-Olandiż, permezz ta' kodiċi QR disponibbli fl-ispazju tal-wirja. 

Il-viżitaturi jsibu l-wirja temporanja FEMMES fi tmiem iż-żjara regolari tal-Parlamentarium.
 

Iċ-Ċentru temporanju ta' Samusocial Brussels fil-Parlament Ewropew

Samusocial huwa servizz ta' emerġenza umanitarja li l-għan tiegħu huwa li jipprovdi kura u għajnuna medika ambulatorja u servizzi ta' infermiera lil persuni bla dar u lil persuni f'diffikultà soċjali.

Minn Mejju sa Awwissu 2020, Samusocial Brussels, bl-appoġġ tal-Kummissjoni tal-Komunità Komuni ta' Brussell, fetaħ ċentru għal nisa bla dar fil-bini Helmut Kohl tal-Parlament Ewropew, fi Square de Meeûs fi Brussell. Il-Parlament Ewropew ta kenn lil 279 mara fl-uffiċċji tal-persunal, bħala att ta' solidarjetà u servizz pubbliku. 
 

Il-Parlamentarium

Esplanade Solidarność 1980
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Post għall-bagalji
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika