Station Europe 

Station Europe

Brussell
Station Europe

Ibda ż-żjara tiegħek fil-Parlament Ewropew fi Brussell fi Station Europe, fl-atmosfera mimlija ħajja ta' Place du Luxembourg. Sew jekk għandek sempliċi kurżità u sew jekk taf eżatt x'tixtieq tara, fi Station Europe se ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn biex tagħmel l-aħjar użu miż-żjara tiegħek.

15'
1
24

Station Europe

Brussell
Station Europe

Station Europe jinsab fil-bini oriġinali tal-istazzjon ferrovjarju Bruxelles-Luxembourg u jservi perfettament ta' pont bejn l-imgħoddi taż-żona bħala l-Kwartier Leopold u r-rwol modern tagħha bħala dar id-demokrazija Ewropea, u joffri xi ħaġa għal kull età.

Ara l-Parlament Ewropew jingħata l-ħajja permezz ta' mudell interattiv u 3D tal-kumpless. Jew idħol fl-istorja tal-Parlament Ewropew permezz tat-touchscreens u ara l-passi ta' liema personalitajiet ta' ispirazzjoni favoriti tiegħek qed issegwi. Tista' anke tittawwal fl-imgħoddi permezz tad-dijorami u tara l-Parlament Ewropew minn angoli differenti, fi żminijiet differenti tal-istorja tiegħu.

Station Europe huwa wkoll mnejn għandek tibda ż-żjara tiegħek fi Brussell, b'persunal minn visit.brussels preżenti biex jagħtik idea ta' kulma hemm iżjed x'tagħmel fil-belt kapitali tal-Belġju.

 

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
mid-9.00 sas-18.00 mill-10.00 sas-18.00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
mid-9.00 sas-18.00
Is-Sibt u l-Ħadd
mill-10.00 sas-18.00
 
 

Magħluq fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Station Europe

Place du Luxembourg / Luxemburgplein 100
B-1050 Brussell
Il-Belġju

How to get there

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Solutions for blind people
Solutions for deaf people
Motor disability
Wifi

Informazzjoni prattika

Continue your visit

  

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
90'
10
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
30-90'
10-100
24

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10-150
24

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
years
150'
16-32
24