Żjara fl-Emiċiklu ta' Strasburgu 

Żjara fl-Emiċiklu ta' Strasburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa miftuħ għall-viżitaturi matul is-sena kollha. Żjara barra s-sessjoni plenarja hija mod eċċellenti biex iżżur il-Parlament Ewropew bir-ritmu tiegħek.

60'
10-75
FR, DE, EN

Żjara fl-Emiċiklu ta' Strasburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew

Żjara fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu tinkludi l-Emiċiklu u l-parlamentarium Simone Veil.

Gruppi ta' bejn 10 u 75 persuna (gruppi akbar jistgħu jiġu aċċettati fuq talba) jistgħu jżuru l-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Gruppi ta' inqas minn 10 persuni huma kkunsidrati bħala viżitaturi individwali. Il-viżitaturi individwali ma jistgħux jibbukkjaw minn qabel, filwaqt li l-gruppi huma obbligati jibbukkjaw. Ftakar li, biex tidħol fil-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu.

Il-Parlament Ewropew ikun magħluq il-Ħdud, fil-ġranet ta' għeluq tal-uffiċċju u fil-festi pubbliċi. Fl-2019: 10/06, 15/08, 01/11, 02/11 u mill-23/12 sat-03/01/2020 inklużi.

Viżitaturi individwali

Iż-żjarat huma limitati għal 75 persuna, li jiddaħħlu fl-ordni skont min ikun wasal l-ewwel. Ara l-iskeda t'hawn taħt għal aktar dettalji. Jekk jogħġbok, ejja fid-daħla tal-viżitaturi nofs siegħa qabel tibda ż-żjara.

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Is-Sibt (22 ta 'Lulju - 31 ta' Awwissu 2019)
9.30−12.00; 13.00−17.00
Mit-Tnejn sal-Is-Sibt (22 ta 'Lulju - 31 ta' Awwissu 2019)
9.30−12.00; 13.00−17.00
 
 
 
 

Gruppi

Iż-żjarat fi gruppi jinkludu żjara ggwidata tal-Parlament Ewropew, inkluża żjara fil-gallerija pubblika tal-Emiċiklu.

Iż-żjarat barra s-sessjoni plenarja jsiru bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.

Il-gruppi jistgħu wkoll iżuru t-terrazzin panoramiku, għalkemm iż-żjara tiddependi minn għadd ta' fatturi, bħat-temp u d-daqs tal-grupp. It-terrazzin joffri perspettiva unika tal-Parlament Ewropew, kif ukoll veduti spettakolari ta' Strasburgu.

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Is-Sibt (22 ta 'Lulju - 31 ta' Awwissu 2019)
9.30−12.00; 13.00−17.00
Mit-Tnejn sal-Is-Sibt (22 ta 'Lulju - 31 ta' Awwissu 2019)
9.30−12.00; 13.00−17.00
 
 
 
 

Mit-22 ta 'Lulju sal-31 ta' Awissu, il-gruppi m'għandhomx bżonn jibbukkjaw.

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Jistgħu jittieħdu ritratti u videos fiż-żona tal-viżitaturi, iżda mhux fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji.

Aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avżana minn qabel.

Viżitaturi individwali

Gruppi

 

Faċilitajiet

Fiż-żona tal-viżitaturi ssib ħanut tas-souvenirs u kafetterija b'xarbiet rinfreskanti u snacks tajbin. Il-canteen tal-viżitaturi huwa disponibbli għall-gruppi li jibbukkjaw.

Il-vestjarju, li jinsab fl-entratura tal-viżitaturi eżatt wara l-kontroll tas-sigurtà, ikun disponibbli biss matul il-ġimgħat tas-sessjoni.

Parlament Ewropew

Entratura Louise Weiss Nru 2
1, Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

How to get there

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Solutions for blind people
Coffee shop
Solutions for deaf people
Restaurant
Luggage storage
Motor disability
Wifi

Informazzjoni prattika

Continue your visit

  

Mafkar Alsace-Moselle

Strasburgu
Siti oħra
0
99
years
2h
15-35
Matul is-sessjoni plenarja

Żjara fl-Emiċiklu ta' Strasburgu - plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew
60' - 150'
10-100
24

Il-parlamentarium Simone Veil

Strasburgu
Parlament Ewropew
10-100