L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew 

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

L-uffiċċji prinċipali tal-Membri tal-Parlament Ewropew jinsabu fi Brussell. Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tgawdi l-atmosfera eċċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja u ssir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu.

30-90'
10-100
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

L-Emiċiklu jesa' l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew. Waqt is-sessjonijiet plenarji jintuża għall-ikbar u l-aktar dibattiti importanti tal-Parlament Ewropew, u huwa l-post li fih jittieħdu ħafna votazzjonijiet storiċi. Iż-żjarat huma bla ħlas. Il-gruppi jridu jibbukkjaw minn qabel, iżda l-viżitaturi individwali m'għandhomx għalfejn jibbukkjaw.

Iċċekkja  l-kalendarju tal-Parlament Ewropew biex tara meta se jsiru s-sessjonijiet fi Brussell – dawn huma mmarkati bl-aħmar u jsiru fuq jumejn (l-Erbgħa l-Ħamis) erba' darbiet fis-sena.

Ma jsirux żjarat fi tmiem il-ġimgħa, fil-festi pubbliċi u meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. Fl-2019: l-10 ta' Ġunju, il-15 ta' Awwissu, l-1 ta' Novembru u mill-24 ta' Diċembru sat-2 ta' Jannar 2020 inklużi.

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali jistgħu jżuru l-Emiċiklu bi gwida multimedjali, jattendu laqgħa ta' informazzjoni personalizzata jew isegwu s-sessjonijiet plenarji. Iż-żjarat huma disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar ta' mhux aktar minn 10 persuni. Tfal taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn persuna adulta. Jekk jogħġbok, ejja fid-daħla tal-viżitaturi kwarta qabel tibda ż-żjara.

 

Gwidi multimedjali

Żur l-emiċiklu bir-ritmu tiegħek permezz ta' gwida multimedjali, disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Iż-żjarat bi gwidi multimedjali jdumu madwar siegħa. Kun af li dawn iż-żjarat ma jistgħux isiru waqt is-sessjonijiet plenarji.
Tista' tniżżel il-gwida multimedjali qabel tibda ż-żjara tiegħek. L-app "EP Visit" issibha fl-Apple Store u fuq Google Play. Infakkruk li l-app ma taħdimx barra mill-ispazju tal-viżitaturi tal-Emiċiklu.

 

Ħinijiet tal-viżitaturi

Mit-Tnejn sal-Ħamis Il-Ġimgħa
mid-9.00 sal-16.00 mid-9.00 sa 12.00
Mit-Tnejn sal-Ħamis
mid-9.00 sal-16.00
Il-Ġimgħa
mid-9.00 sa 12.00
 
 

Laqgħat ta' informazzjoni fl-Emiċiklu

Gawdi minn żjara iktar personalizzata permezz ta' laqgħa ta' informazzjoni dwar ix-xogħol u r-rwol tal-Parlament Ewropew minn wieħed jew waħda mill-kelliema tagħna. Jiġu offruti laqgħat ta' informazzjoni nhar ta' Tnejn, u kuljum matul is-sajf (ara l-kalendarju hawn taħt). Il-laqgħat idumu bejn nofs siegħa u siegħa, u huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż (lingwi oħra jiddependu mid-disponibbiltà).

 

Kalendarju tal-laqgħat ta' informazzjoni: Minn Settembru sa Ġunju

It-Tnejn
fil-11.00 u fit-15.00
It-Tnejn
fil-11.00 u fit-15.00
 
 
 
 

Kalendarju tal-laqgħat ta' informazzjoni: Lulju u Awwissu

Mit-Tnejn sal-Ħamis Il-Ġimgħa
fil-11.00 u fit-15:00 fil-11.00
Mit-Tnejn sal-Ħamis
fil-11.00 u fit-15:00
Il-Ġimgħa
fil-11.00
 
 

Waqt is-sessjonijiet plenarji jkun disponibbli għadd limitat ta' postijiet għall-viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal siegħa. Id-dħul jiddependi mill-għadd ta' postijiet disponibbli. Iċċekkja l-kalendarju għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

Segwi s-sessjoni plenarja

Waqt is-sessjonijiet plenarji jkun disponibbli għadd limitat ta' postijiet għall-viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal siegħa. Id-dħul jiddependi mill-għadd ta' postijiet disponibbli. Iċċekkja l-kalendarju fuq il-lemin għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell. Iċċekkja l-kalendarju għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

L-Erbgħa Il-Ħamis
mit-15.00 sal-17.30 mid-9.00 sa 12.00
L-Erbgħa
mit-15.00 sal-17.30
Il-Ħamis
mid-9.00 sa 12.00
 
 

Gruppi

Jistgħu jiġu organizzati żjarat fl-Emiċiklu għal gruppi ta' bejn 10 u 100 persuna, li jridu jiġu bbukkjati bejn xahrejn u tliet xhur qabel. It-talbiet jiddependu mid-disponibbiltà tas-swali u tal-kelliema.

Iż-żjarat fi gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn u jikkonsistu f'laqgħa ta' informazzjoni personalizzata mmexxija minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet, u żjara fil-gallerija tal-Emiċiklu. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa tal-UE, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Skont il-kalendarju tal-Parlament Ewropew, il-gruppi jaf ikunu jistgħu jsegwu wkoll is-sessjoni plenarja mill-gallerija għal siegħa.

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola rilevanti online.

Żjarat imħallta

Meta timla t-talba biex tibbukkja, għidilna jekk tkun tixtieq tgħaqqad iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu mal-Parlamentarium u/jew ma' Dar l-Istorja Ewropea. Avviż minn qabel jiżgura żjara bla xkiel.

  Il-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew

Dawk li jżuru l-Emiċiklu jistgħu jaraw ukoll parti mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew.

Din il-kollezzjoni hija magħmula minn 387 opra tal-arti kontemporanja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, b'enfasi fuq artisti żgħażagħ promettenti. Il-Parlament Ewropew aċċetta wkoll aktar minn 120 donazzjoni, u jissellef xogħlijiet tal-arti fuq bażi regolari.

 

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Jistgħu jittieħdu ritratti u videos fiż-żona tal-viżitaturi, iżda mhux fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji.

Aċċessibbiltà

Il-membri tal-persunal tagħna lesti jaħdmu mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali matul iż-żjarat. Hija r-responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Jekk għandek bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avżana minn qabel.

Faċilitajiet

Fil-binja Paul-Henri Spaak hemm canteen, iżda dan hu disponibbli biss għall-gruppi li jibbukkjaw.

Emiċiklu

Bini Paul-Henri Spaak
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

How to get there

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Solutions for blind people
Coffee shop
Solutions for deaf people
Restaurant
Luggage storage
Motor disability
Wifi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
90'
10
24

Station Europe

Brussell
Station Europe
15'
1
24

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10-150
24

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
years
150'
16-32
24