Ippjana ż-żjara tiegħek minn qabel.
Isma' min-nies li jiffurmaw parti mill-Parlament Ewropew dwar kif jaħdem u dwar kif isiru l-liġijiet Ewropej f'dan il-filmat li jakkumpanjak fil-gwida multimedjali matul iż-żjarat fi Strasburgu.
Assorbi l-atmosfera tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja. Ingħaqad magħna tkun mnejn tkun biex tiskopri s-setgħat u r-rwol tal-Parlament Ewropew (PE) u ħalli l-membri tal-persunal tal-PE jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Skopri parti minn dak li tista' tara fil-wirja permanenti ta' Dar l-Istorja Ewropea. Is-sitt taqsimiet jesploraw kif l-istorja sawret sens ta' memorja Ewropea u tibqa' tinfluwenza l-ħajja tagħna ta' kuljum.
Ara l-Ewropa mill-għajnejn ta' erba' ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ li kibru f'mumenti kruċjali f'dan l-aħħar seklu. Din il-wirja temporanja turi l-konnessjonijiet transnazzjonali, l-attiviżmu soċjali u l-libertà individwali li jikkaratterizzaw l-istorja taż-żgħażagħ fl-Ewropa.
Hemm ħafna x’tiskopri dwar l-Unjoni Ewropea! Ħu gost b’din is-serje ta’ logħob u kwiżiż. Hemm logħob għal gruppi ta’ etajiet differenti u f’livelli differenti, u kull logħba tista’ tintlagħab fid-dar jew bħala parti mill-lezzjoni tal-iskola.
Sib id-differenza li l-Unjoni Ewropea tagħmel f'ħajtek ta' kuljum b'din il-logħba divertenti online. Qabbel xeni mill-ħajja ta' kuljum u skopri 12-il mod kif l-Unjoni Ewropea ttejjeb ħajjitna.
L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2020 sar online. L-EYE Online huwa mod uniku kif iż-żgħażagħ Ewropej jistgħu jiltaqgħu b'mod virtwali, jispiraw ruħhom u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. L-attivitajiet kollha tal-EYE Online ixxandru fuq Facebook u bħalissa huma disponibbli biex tarahom.
Kun parti minn grupp multikulturali u dinamiku ta' żgħażagħ Ewropej. Ifhem ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, identifika u ddibatti kwistjonijiet importanti għall-Ewropa tal-lum u oħroġ b'soluzzjonijiet konkreti.
Tgħallem dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman, mill-problemi li ħabbtet wiċċha magħhom l-Ewropa fl-1950 sar-raġel li ta ismu lid-dikjarazzjoni storika. Din il-wirja online hija spjegazzjoni perfetta tar-raġuni għaliex id-9 ta' Mejju huwa Jum l-Ewropa kif ukoll tal-oriġini tal-Parlament Ewropew.