L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew 

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tgawdi l-atmosfera eċċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja u ssir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu. 

30-90'
10-100
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

L-Emiċiklu huwa l-qalba vibranti tad-demokrazija Ewropea, fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu waqt is-sessjonijiet plenarji biex jagħmlu l-akbar u l-aktar dibattiti importanti. Huwa wkoll il-post fejn isiru votazzjonijiet storiċi li jbiddlu l-mod kif jgħixu n-nies fl-Unjoni Ewropea kollha.

Iż-żjara tista' ssir bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat huma bla ħlas. Il-prenotazzjoni minn qabel hija obbligatorja għall-gruppi u l-viżitaturi individwali. L-Emiċiklu huwa kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'diżabilità.

 

Bħalissa qed nipproponu: 

  • taħditiet interattivi online ma' kelliema tal-Parlament 
  • Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej (online)

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali jistgħu jżuru l-Emiċiklu bi gwida multimedjali, jattendu taħdita personalizzata jew isegwu s-sessjonijiet plenarji. Iż-żjarat huma disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar ta' mhux aktar minn 9 persuni. Tfal taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn persuna adulta. 

Matul iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu jkollok ukoll l-opportunità tiskopri l-wirja tal-arti "Magħquda fid-diversità" li hija parti mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew b'xogħlijiet tal-arti mill-Istati Membri kollha. Agħfas fuq din il-link biex issir taf aktar dwar il-kollezzjoni tal-arti.

 

Gwidi multimedjali

Żur l-Emiċiklu bir-ritmu tiegħek permezz ta' gwida multimedjali u skopri kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Iż-żjarat bi gwida multimedjali huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u jdumu madwar siegħa. Kun af li dawn iż-żjarat ma jistgħux isiru waqt is-sessjonijiet plenarji.

Tista' tniżżel il-gwida multimedjali qabel iż-żjara tiegħek. L-app "EP Visit" issibha fl-Apple Store u fuq Google Play.

 

Taħditiet fl-Emiċiklu

Segwi diskors dwar il-ħidma u r-rwol tal-Parlament Ewropew u saqsi l-mistoqsijiet tiegħek lil wieħed mill-kelliema tagħna. It-taħditiet fl-emiċiklu jsiru nhar ta' Tnejn. Idumu madwar siegħa u huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż (lingwi oħra jiddependu mid-disponibbiltà).

 

Segwi s-sessjoni plenarja (żjarat waqt il-plenarja bħalissa sospiżi minħabba l-COVID-19)

Waqt is-sessjonijiet plenarji, numru limitat ta' postijiet ikunu disponibbli għal viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal siegħa. Id-dħul jiddependi mid-disponibbiltà ta' postijiet. Iċċekkja l-ħinijiet taż-żjarat għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

Ħinijiet taż-żjarat

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. Fl-2020, dawn jinkludu t-2/11 u mill-24/12 sat-3/1/2021.

Gwidi multimedjali¹ Mit-Tnejn sal-Ħamis Il-Ġimgħa
10:00 – 16:00 10:00 – 13:00
Gwidi multimedjali¹
 
Mit-Tnejn sal-Ħamis
10:00 – 16:00
Il-Ġimgħa
10:00 – 13:00
Taħditiet It-Tnejn
11:00, 15:00
Taħditiet
 
It-Tnejn
11:00, 15:00
 
 
Sessjonijiet plenarji² L-Erbgħa Il-Ħamis
15:00 – 17:30 9:00 − 12:00
Sessjonijiet plenarji²
 
L-Erbgħa
15:00 – 17:30
Il-Ħamis
9:00 − 12:00
  1. Covid-19: ħinijiet tal-ftuħ adattati. L-aħħar dħul għal żjarat bi gwida multimedjali jsir fl-15.00 mit-Tnejn sal-Ħamis u f'12.00 nhar ta' Ġimgħa.
  2. Is-sessjonijiet plenarji li jsiru Brussell jidhru fil-kalendarju tal-Parlament Ewropew bħala blokok ħomor ta' jumejn.
    • Fl-2020: żjarat waqt is-sessjonijiet plenarji sospiżi
    • Fl-2021: 24 – 25 ta' Marzu, 23 – 24 ta' Ġunju, 10 – 11 ta' Novembru.

Gruppi

Iż-żjarat fi grupp fuq il-post fl-Emiċiklu bħalissa huma sospiżi; madankollu, noffru attivitajiet online alternattivi. 

 

Taħditiet interattivi online mal-PE

Skopri aktar dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew fi preżentazzjoni online interattiva u personalizzata bl-24 lingwa tal-UE. Tista' tistaqsi l-mistoqsijiet tiegħek lil membru tal-persunal u tistieden MEP.

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online u jinkludu n-nota "Online Talk" fl-ispazju "X'inhu mistenni miż-żjara"

 

Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej (online)

Ipparteċipa f'Seminar għaż-Żgħażagħ Ewropej online. 

Dawn il-webinars joffru esperjenza immersiva għal gruppi ta' żgħażagħ minn pajjiżi Ewropej differenti, li fihom jiddibattu u jesploraw kwistjonijiet importanti. Is-seminars irawmu ċ-ċittadinanza attiva u moħħ miftuħ lejn il-kulturi Ewropej, u jtejbu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċess demokratiku.

Il-programm jikkonsisti f'introduzzjoni għar-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, workshops fi breakout rooms, fejn il-parteċipanti jaħdmu f'sottogruppi biex jidentifikaw l-isfidi u jipproponu soluzzjonijiet konkreti għalihom, u diskussjoni ma' Membru tal-Parlament Ewropew, li jirreaġixxi għall-ideat iġġenerati matul il-workshops.

Il-programm huwa mfassal għal gruppi li jikkonsistu f'parteċipanti ta' bejn is-16 u t-18-il sena jew it-18 u s-26 sena. Il-parteċipanti jitħalltu flimkien biex jinħolqu diversi sottogruppi, li jaħdmu fi breakout rooms fuq aspett differenti tas-suġġett matul il-webinar. 

L-attività ddum madwar sagħtejn. L-attività tiġi organizzata bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż u b'lingwi oħra fuq talba, u hija soġġetta għad-disponibbiltà. 

 

Żjarat fiżiċi (bħalissa sospiżi minħabba l-COVID-19)

Jistgħu jiġu organizzati żjarat fl-Emiċiklu għal gruppi ta' bejn 10 u 100 persuna, li jridu jiġu bbukkjati bejn xahrejn u tliet xhur qabel. It-talbiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-kmamar u tal-kelliema.

Iż-żjarat fi gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn u jikkonsistu f'taħdita personalizzata mmexxija minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet, u żjara fil-gallerija tal-Emiċiklu. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Skont il-kalendarju tal-Parlament Ewropew, il-gruppi jaf ikunu jistgħu jsegwu wkoll is-sessjoni plenarja mill-gallerija għal siegħa.

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. 

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online.  

 

Żjarat imħallta

Meta timla t-talba biex tibbukkja, għidilna jekk tkun tixtieq tgħaqqad iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu mal-Parlamentarium u/jew ma' Dar l-Istorja Ewropea. Avviż minn qabel jiżgura żjara bla xkiel.

Miżuri relatati mal-COVID-19

  • Ibbukkja ż-żjara tiegħek online. Jekk ma tkunx ibbukkjajt, titħalla tidħol biss jekk ikun hemm biżżejjed spazju ġewwa.
  • Ħu ħsieb ġib maskra miegħek.
  • Fid-dħul jiċċekkjawlek it-temperatura u ma titħalliex tidħol jekk tkunlek ogħla minn 37.7°C.
  • Il-viżitaturi individwali kollha jsegwu perkors fiss waqt iż-żjara tagħhom.
  • Trid iżżomm distanza ta' 1.5 m minn viżitaturi oħrajn.

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper sprays, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jiġu mgħoddija lill-pulizija.

Jista' jsir teħid ta' ritratti u filmati fiż-żona tal-viżitaturi, iżda mhux fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji.

Aċċessibbiltà

Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, il-faċilità għall-viżitaturi tal-Emiċiklu toffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna jkun għad-dispożizzjoni biex jagħti assistenza.

Waqt iż-żjarat, huwa pjaċir tagħna li naħdmu mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali. Hija responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Jekk ikollok bżonn assistenza speċjali, avżana bil-quddiem.

Faċilitajiet (mhux disponibbli minħabba l-COVID-19)

Hemm canteen fiż-żona tal-viżitaturi tal-binja Paul-Henri Spaak, iżda huwa disponibbli biss għall-gruppi bi prenotazzjoni.

Emiċiklu

Bini Paul-Henri Spaak
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Post għall-bagalji
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10
24

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
60'
6
24

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
-il sena
150'
16-32
24

Station Europe

Brussell
Station Europe
15'
1
24