Dar l-Istorja Ewropea 

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea

Minn miti u skoperti għall-kaos u l-koeżjoni tas-seklu 20, Dar l-Istorja Ewropea tieħu lill-viżitaturi fuq vjaġġ fl-istorja tal-Ewropa u tisfidahom jirriflettu dwar il-futur tagħha.

90'
10-150
24

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea

Id-dħul huwa bla ħlas u ż-żjarat jieħdu madwar siegħa u nofs. Il-wirja hija disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Hemm disponibbli wkoll riżorsi u esperjenzi mfassla apposta għall-iskejjel, il-familji u l-gruppi.

Ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn Mit-Tlieta sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
13:00 - 21:00 mid-9.00 sas-18.00 mill-10.00 sas-18.00
It-Tnejn
13:00 - 21:00
Mit-Tlieta sal-Ġimgħa
mid-9.00 sas-18.00
Is-Sibt u l-Ħadd
mill-10.00 sas-18.00

Il-mużew ikun magħluq: fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

 

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali u l-gruppi ta' inqas minn 10 persuni m'għandhomx bżonn jibbukkjaw minn qabel biex iżuru l-mużew. Il-viżitaturi jistgħu jduru l-wirja waħedhom, bi gwidi multimedjali disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea.

Kull nhar ta' Tlieta, mill-12.15 sas-13.00, isiru żjarat gwidati bl-Ingliż. M'hemmx bżonn tibbukkja minn qabel.

 

Gruppi

Gruppi ta' aktar minn 10 persuni jridu jibbukkjaw iż-żjara tagħhom online tal-anqas ġimagħtejn minn qabel, jekk jixtiequ jużaw gwida multimedjali, jew 4 ġimgħat qabel, jekk iridu jagħmlu żjara bi gwida. Il-gwidi multimedjali huma disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea u ż-żjarat gwidati jsiru bl-Ingliż,, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż.

Skopri x'joffri l-mużew

Wirja permanenti
Il-wirja permanenti tieħu lill-viżitaturi tul l-istorja Ewropea, mill-oriġini tal-Ewropa u l-evoluzzjoni tagħha, għall-waqgħa fil-gwerra u t-tiftix għal ħajja aħjar.

Wirja temporanja: "Żogħżija Bla Kwiet"
"Żogħżija Bla Kwiet" tirrakkonta l-istorja ta' erba' ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ li saru adulti f'mumenti kruċjali matul is-seklu li għadda.

Edukazzjoni u tagħlim
Permezz ta' workshops u riżorsi edukattivi, l-istudenti jistgħu jiskopru l-istorja Ewropea u l-wirt li ħalliet fid-dinja kontemporanja. 

Familji
Attivitajiet prattiċi u avvenimenti interessanti jinvolvu lill-viżitaturi ta' kull età, u jħallu lill-familji jesploraw l-istorja Ewropea flimkien.
 

 

Dar bi storja

Dar l-Istorja Ewropea tinsab fil-binja Eastman, binja rinnovata b'mod sabiħ ferm qalb is-siġar ta' Parc Léopold. Dan il-ġnien ta' madwar 90 tomna jinsab fis-sit ta' dak li qabel kien il-Ġnien Żooloġiku Rjali u nfetaħ għall-pubbliku fl-1880. Fih lag mill-isbaħ b'għadd ta' annimali selvaġġi, kif ukoll żona barra għall-picnics u bil-bankijiet. Il-bini nnifsu ġie rinnovat bir-reqqa għas-sura oriġinali li kellu fis-snin tletin, meta kien klinika dentali għat-tfal żvantaġġati. Titlifx il-pitturi ta' annimali fl-istil art deco, li ġew irrestawrati b'tant imħabba, u li huma bbażati fuq stejjer tal-awtur Franċiż Jean de La Fontaine.

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Aċċessibbiltà

Il-membri tal-persunal tagħna lesti jaħdmu mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali matul iż-żjarat. Hija r-responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Faċilitajiet

Dar l-Istorja Ewropea fiha lockers, faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jbiddlu lit-trabi, vestjarju, ħanut u kafetterija (b'60 post) fejn issib għażla ta' xarbiet rinfreskanti u snacks tajbin.

Dar l-Istorja Ewropea

Rue Belliard / Belliardstraat 135
1000 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Il-viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell issa jistgħu jħallu l-karozza tagħhom fil-parkeġġ, billi jibagħtu l-formola rilevanti mill-inqas ġurnata tax-xogħol qabel iż-żjara.

Wi-fi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
90'
10
24

Żgħażagħ bla kwiet

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
EN, FR, DE, NL

Worksheets tal-attivitajiet

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
12
18
-il sena
90'
10-60
EN, FR, NL, DE

Il-Perkors ta’ Esplorazzjoni

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
6
10
-il sena
10-30
EN, FR, NL, DE