Il-Parlamentarium 

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium

Skopri d-dinja tal-Parlament Ewropew fil-Parlamentarium, l-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari fl-Ewropa, u ara għalfejn diġà żaruh aktar minn 2 miljun persuna.

60'
6
24

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium

Gwidi multimedjali jakkumpanjaw lill-viżitaturi fil-qalba tal-Parlament Ewropew u jispjegaw it-triq lejn il-kooperazzjoni Ewropea, kif jaħdem il-Parlament Ewropew u x'qegħdin jagħmlu l-Membri tiegħu biex jingħelbu l-isfidi tal-lum.

Tista' tesperjenza l-Parlamentarium bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċentru tal-viżitaturi jkun miftuħ sebat ijiem fil-ġimgħa, u d-dħul huwa bla ħlas. Huwa kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'diżabilità.

Il-Parlamentarium għandu ħafna x'joffri lil viżitaturi ta' kull età. Il-viżitaturi jistgħu jżuru l-post mingħajr il-bżonn ta' gwida, u żjara medja tieħu madwar siegħa u nofs. Il-familji u l-gruppi mill-iskejjel għandhom offerta speċjalizzata disponibbli għalihom.

 

Ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn Mit-Tlieta sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
mis-13.00 sas-18.00 mid-9.00 sas-18.00 mill-10.00 sas-18.00
It-Tnejn
mis-13.00 sas-18.00
Mit-Tlieta sal-Ġimgħa
mid-9.00 sas-18.00
Is-Sibt u l-Ħadd
mill-10.00 sas-18.00

Il-viżitaturi jistgħu jidħlu sa nofs siegħa qabel il-ħin tal-għeluq.

Il-Parlamentarium ikun magħluq:
Fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

Skopri l-Parlamentarium

Ibda ż-żjara tiegħek bi vjaġġ tul l-istorja u l-integrazzjoni tal-Ewropa. Ħu postok fiċ-ċinema tal-Parlamentarium biex tara veduta tal-Ewropa u tal-Parlament tagħha fuq 360°. Skopri kif jaħdem il-Parlament, kif isiru l-liġijiet u għaliex il-politika Ewropea hija importanti. Sir af il-Membri tal-Parlament Ewropew u ifhem l-isfidi tal-futur kif spjegati mill-mexxejja tal-gruppi politiċi. Ħu ritratt fil-kabina tar-ritratti tagħna u skopri x'qed jiġri fil-Parlament Ewropew dak il-ħin stess.

Mappa interattiva tieħu lill-viżitaturi fuq dawra virtwali madwar l-Ewropa, b'aktar minn 100 storja dwar id-diversità tal-kontinent tagħna. F'ambjent ta' salott komdu, skopri kif l-UE tolqot il-ħajja ta' kuljum tan-nies, fi kliemhom stess.

Miżuri relatati mal-COVID-19

Aqra l-miżuri li ġejjin sabiex iżżurna b'moħħok mistrieħ (Aġġornata: 15/06/20):

  • Ibbukkja ż-żjara tiegħek online jew bit-telefon (+32 2 283 2222). Jekk ma tkunx ibbukkjajt, titħalla tidħol biss jekk ikun hemm biżżejjed spazju ġewwa.
  • Ma jistgħux jidħlu aktar minn 6 persuni (mill-istess dar) f'daqqa.
  • Ħu ħsieb ġib maskra miegħek.
  • Fid-daħla għandhom mnejn jiċċekkjawlek it-temperatura u, jekk tkunlek ogħla minn 37.7°C, ma titħalliex tidħol.
  • Iż-żjarat isegwu perkors speċifiku u xi partijiet mill-wirja jistgħu jkunu magħluqin.
  • Trid iżżomm distanza ta' 1.5 m minn viżitaturi oħrajn.
  • Japplikaw il-ħinijiet tal-ftuħ normali.

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Aċċessibbiltà

Jekk għandek bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lill-Parlamentarium minn qabel.

Għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa
Il-Parlamentarium joffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna jkun għad-dispożizzjoni biex jipprovdi assistenza.

Għall-viżitaturi b'vista batuta
Il-Parlamentarium joffri gwidi multimedjali b'audio files speċjali li jiddeskrivu l-ispazju u l-kontenut tiegħu u l-karatteristiċi ewlenin. Mapep tattili bil-Braille huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u bl-Olandiż. Il-klieb gwida jitħallew jidħlu wkoll.

Għall-viżitaturi neqsin mis-smigħ
Il-gwidi multimedjali fihom videos bil-lingwa tas-sinjali bl-Ingliż (BSL), bil-Franċiż (LSF), bil-Ġermaniż (DGS), bl-Olandiż (NGT), bil-Franċiż Belġjan (LSFB), bil-Fjamming (VGT), bl-Ungeriż (MJNY) u bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali (IS). Il-Parlamentarium huwa attrezzat kompletament b'induction loops.

Il-Parlamentarium

Esplanade Solidarność 1980
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Post għall-bagalji
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Online EP Talks

Postijiet oħra
60'
10-300
24

Online European Youth Seminars

Postijiet oħra
16
26
-il sena
120'
10-40
EN, FR, DE

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
60'
6
24

Station Europe

Brussell
Station Europe
15'
1
24