Station Europe 

Station Europe

Brussell
Station Europe

Ibda ż-żjara tiegħek fil-Parlament Ewropew fi Brussell fi Station Europe, fl-atmosfera mimlija ħajja ta' Place du Luxembourg. Sew jekk għandek sempliċi kurżità u sew jekk taf eżatt x'tixtieq tara, fi Station Europe se ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn biex tagħmel l-aħjar użu miż-żjara tiegħek.

15'
1
24

Station Europe

Brussell
Station Europe

Station Europe jinsab fil-bini oriġinali tal-istazzjon ferrovjarju Bruxelles-Luxembourg u jservi perfettament ta' pont bejn l-imgħoddi taż-żona bħala l-Kwartier Leopold u r-rwol modern tagħha bħala dar id-demokrazija Ewropea, u joffri xi ħaġa għal kull età.

Ara l-Parlament Ewropew jingħata l-ħajja permezz ta' mudell interattiv u 3D tal-kumpless. Jew itejjeb l-għarfien tiegħek dwar kif l-investimenti u l-politiki tal-Unjoni Ewropea jħallu impatt fuq il-pajjiż, ir-reġjun jew il-belt tiegħek permezz ta' what-Europe-does-for-me.eu fuq apparat b'touchscreen. Tista' anke tittawwal fl-imgħoddi permezz tad-dijorami u tara l-Parlament Ewropew minn angoli differenti, fi żminijiet differenti tal-istorja tiegħu.

Station Europe huwa wkoll mnejn għandek tibda ż-żjara tiegħek fi Brussell, b'persunal minn visit.brussels preżenti biex jagħtik idea ta' kulma hemm iżjed x'tagħmel fil-belt kapitali tal-Belġju.

 

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
mid-9.00 sas-18.00 mill-10.00 sas-18.00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
mid-9.00 sas-18.00
Is-Sibt u l-Ħadd
mill-10.00 sas-18.00
 
 

Magħluq fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Station Europe

Place du Luxembourg / Luxemburgplein 100
B-1050 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Wi-fi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
-il sena
150'
16-32
24

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10-150
24

Il-Parlamentarium

Brussell
Il-Parlamentarium
90'
10
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
30-90'
1-100
24