Europa Experience 

Europa Experience

Postijiet oħra

Iċ-ċentri Europa Experience huma spazji multimedjali madwar l-Ewropa b'għodod interattivi li joffrulek spjegazzjoni diretta u affaxxinanti tal-mod kif naħdmu flimkien fil-livell Ewropew biex nindirizzaw l-isfidi l-aktar importanti tal-lum.

Europa Experience

Postijiet oħra

Iċ-ċentri Europa Experience madwar l-Unjoni Ewropea jħalluk tesplora kif l-Ewropej jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-isfidi l-aktar importanti li qed tiffaċċja. Uża għodod multimedjali tal-aħħar ġenerazzjoni biex tiskopri kif taħdem l-Unjoni Ewropea, kif taffettwa l-ħajja tiegħek ta' kuljum u kif inti tista' tagħmel id-differenza.

Iż-żjarat kollha għaċ-ċentri Europa Experience huma bla ħlas u disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ara dak li qed jistennik fiċ-ċentri Europa Experience.

X'tista' tara fiċ-ċentri Europa Experience?

Magħquda fid-diversità

       

Imxi mal-mappa tal-Ewropa u skopri dak li ksibna s'issa kif ukoll l-isfidi li issa qegħdin niffaċċjaw flimkien.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Kopenħagen
  • Tallinn
  • Ljubljana

Ċinema 360°

       

Poġġi bilqiegħda u esperjenza vjaġġ madwar l-Ewropa, l-istituzzjonijiet tagħha u kif flimkien nistgħu nindirizzaw aħjar l-isfidi tal-Ewropa u nsawru l-futur komuni tagħna.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Tallinn

Il-Membri tal-PE u l-Kummissarji

       

Sir taf aħjar il-Membri eletti tiegħek tal-Parlament Ewropew u l-Kummissarji Ewropej.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Kopenħagen
  • Helsinki
  • Tallinn
  • Ljubljana

Kabina tar-ritratti

       

Ħu selfie, ibagħtu lilek innifsek b'email jew aqsmu mal-viżitaturi f'ċentri Europa Experience madwar l-Unjoni Ewropea.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Kopenħagen
  • Helsinki
  • Tallinn
  • Ljubljana

It-Trijangolu istituzzjonali

       

Tgħallem kif it-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien u kif tista' tgħid tiegħek fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Tallinn
  • Ljubljana

Logħba ta' simulazzjoni tar-rwoli

       

Immaġina li int Membru tal-Parlament Ewropew u tgħallem kif jitfasslu l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea f'din il-logħba maħsuba għal studenti li għandhom aktar minn 14-il sena. Irriżerva post billi żżur is-siti web tal-Europa Experience.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Tallinn

L-Ewropa fil-ħajja ta' kuljum

       

Ara l-istejjer personali ta' diversi ċittadini Ewropej u skopri kif l-Unjoni Ewropea taffettwa l-ħajja tagħhom ta' kuljum.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Kopenħagen
  • Helsinki
  • Tallinn
  • Ljubljana

L-Unjoni Ewropea f'ħin reali

       

Segwi l-aħbarijiet live u l-midja soċjali fuq kwistjonijiet kurrenti li l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kummissarji Ewropej qed jindirizzaw bħalissa.

Disponibbli fi:

  • Helsinki
  • Tallinn

Il-mistoqsijiet tiegħek imwieġba

       

Għal gruppi (20+), issir preżentazzjoni u diskussjoni li jgħinu biex jiġu mwieġba mistoqsijiet u li jiffukaw fuq l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u l-kwistjonijiet kurrenti. Irriżerva post billi żżur is-siti web tal-Europa Experience.

Disponibbli fi:

  • Berlin
  • Kopenħagen
  • Helsinki
  • Tallinn
  • Ljubljana