Dar Jean Monnet 

Dar Jean Monnet

Postijiet oħra
Dar Jean Monnet

Dar Jean Monnet hija l-post fejn tista' tiskopri l-ħajja u x-xogħol ta' wieħed mill-arkitetti tal-Ewropa tal-lum. Il-wirja permanenti interattiva tintroduċik ma' Jean Monnet u tħallik tesplora l-kisbiet tiegħu mill-qrib.

0
99
-il sena
45'-60'
10-25
EN, FR, DE, ES, IT

Dar Jean Monnet

Postijiet oħra
Dar Jean Monnet
0
99
-il sena
45'-60'
10-25
EN, FR, DE, ES, IT

Dar Jean Monnet f'Bazoches-sur-Guyonne hija mimlija storja: fiha l-istatista ħadem bla heda għal għexieren ta' snin. L-attivitajiet multimedjali tagħha juruk l-impatt ta' Jean Monnet fuq l-Ewropa tal-lum u kif l-istituzzjonijiet Ewropej jaffettwawlek ħajtek.

Din id-dar, li tinsab 45 km fil-Punent ta' Pariġi, kienet post ideali biex Monnet jirtira mill-konfużjoni tal-belt kapitali Franċiża u jiżviluppa l-viżjoni li kellu għall-paċi fl-Ewropa.

Id-dħul huwa bla ħlas u ż-żjarat jieħdu madwar siegħa.

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
mid-9.00 sas-18.00 mill-10.00 sas-18.00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
mid-9.00 sas-18.00
Is-Sibt u l-Ħadd
mill-10.00 sas-18.00
 
 

Il-mużew ikun magħluq: fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Viżitaturi individwali

Viżitaturi individwali u gruppi ta' inqas minn 10 persuni m'għandhomx bżonn jibbukkjaw minn qabel biex iżuru l-mużew. Il-viżitaturi jistgħu jgawdu l-wirja bir-ritmu tagħhom, bl-għajnuna tal-gwidi multimedjali disponibbli bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż.

Żjarat fi gruppi

Il-gruppi ta' aktar minn 10 persuni jridu jibbukkjaw minn qabel, kemm għall-gwida multimedjali kif ukoll għaż-żjarat gwidati.

Iż-żjarat bi gwida multimedjali huma disponibbli bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż u jridu jiġu bbukkjati mhux inqas minn ġimagħtejn qabel.

Iż-żjarat gwidati huma disponibbli bil-Franċiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bit-Taljan. Dawn iridu jiġu bbukkjati mill-inqas 4 ġimgħat minn qabel u jistgħu jitfasslu skont l-interessi tal-grupp. Jistgħu jiffukaw fuq varjetà ta' temi mill-Unjoni Ewropea llum sal-perspettiva storika tal-paċi fl-Ewropa.

Jistgħu jiġu organizzati wkoll workshops kreattivi għall-gruppi tal-iskola sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jiskopru kwistjonijiet bħaċ-ċittadinanza Ewropea u kif l-Ewropa twieġeb għat-tibdil fil-klima.

Biex tibbukkja żjara fi grupp, jekk jogħġbok ċempel fuq dawn in-numri:
+33 (0)1 34 86 12 43
+32 (0)2 28 41 357

Min kien Jean Monnet?

Jean Monnet twieled u trabba f'familja ta' produtturi tal-cognac u qatta' ħajtu jaħdem bejn pajjiż u ieħor. Minn dejjem kien konvint li n-nies ikunu f'qagħda aħjar meta jingħaqdu flimkien. Huwa beda l-karriera tiegħu fin-negozju tal-familja u aktar tard ħadem fil-finanzi internazzjonali. Matul iż-żewġ Gwerer Dinjija, kien strumentali biex jikkonvinċi lill-Alleati jaħdmu flimkien.

Wara l-1945, Monnet ħadem biex tinstab soluzzjoni permanenti ħalli l-gwerra ma terġax tinbet fit-territorju Ewropew. Bil-ħsieb li r-rivalità bejn Franza u l-Ġermanja tinġieb fi tmiemha, Monnet u Robert Schuman żviluppaw pjan għall-pajjiżi Ewropej biex jaqsmu l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar, u dan wassal għall-ħolqien tal-ewwel Komunità Ewropea – il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar – u witta t-triq għal aktar kooperazzjoni Ewropea.

Dar Jean Monnet

7 chemin du Vieux Pressoir, Houjarray
78490 Bazoches sur Guyonne
Franza

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

  

Europa Experience

Postijiet oħra

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10-150
24

Conference programme – Conversations on Europe

Postijiet oħra
Dar Jean Monnet