Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni (CFSP) u għall-politika Ewropea ta' sigurtà u ta' difiża (PESD). F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għas-sigurtà u d-difiża;
  2. għar-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet u entitajiet oħra ta' l-UE, mal-Ġnus Magħquda u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ma' assembleji interparlamentari għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu;
  3. għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi ma' pajjiżi terzi, b'mod partikulari pajjiżi li jinsabu fil-qrib ħafna ta' l-Unjoni, permezz ta' programmi importanti ta' koperazzjoni u assistenza jew permezz ta' ftehimiet internazzjonali bhal ftehimiet ta' assoċjazzjoni jew sħubija;
  4. għall-ftuħ, il-kontroll u l-konklużjoni ta' negozjati dwar l-adeżjoni ta' Stati Ewropej ma' l-Unjoni;
  5. għal kwistjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-promozzjoni ta' valuri demokratiċi f'pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għad-drittijiet tal-bniedem. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli, membri ta' kumitati u entitajiet oħra li għandhom kompetenzi f'dan il-qasam għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu l-laqgħat tas-sottokumitat.
Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tal-kumitati parlamentari konġunti u tal-kumitati parlamentari ta' koperazzjoni kif ukoll ix-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc u ta' missjonijiet inkarigati mill-kontoll elettorali li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tiegħu.