Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli: 
  1. għall-qafas finanzjarju plurijennali tad-dħul u l-infiq ta' l-Unjoni u għas-sistema tar-riżorsi ta' l-Unjoni stess; 
  2. għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod patikulari l-baġit ta' l-Unjoni u l-innegozjar u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam;
  3. għall-estimi tal-Parlament skond il-proċedura stabbilita fir-Regoli;
  4. għall-baġit ta' entitajiet deċentralizzati;
  5. għall-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment;
  6. biex jiddaħħal fil-baġit il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitat responsabbli għall-Ftehim ta' sħubija ACP-UE;
  7. għall-implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-atti kollha tal-Komunità u għall-kompatibiltà tagħhom mal-Qafas Finanzjarju plurijennali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitati rilevanti;
  8. għall-issorveljar u l-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti minkejja l-Artikolu 72(1), trasferimenti ta' approprjazzjonijiet, proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' l-organigrammi, approprjazzjonijiet amministrattivi u opinjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji qawwija;
  9. għar-Regolament Finanzjarju, bl-esklużjoni ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.