Pre?entazzjoni u kompetenzi
Preżentazzjoni u kompetenzi
Kumitat responsabbli:
- għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni u tal-Fond għall-Iżvilupp Ewropew, u għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Parlament dwar il-kwittanza, inkluża l-proċedura għall-kwittanza interna, u għall-miżuri l-oħra li jakkumpanjaw jew li jimplimentaw dawn id-deċiżjonijiet;
- għall-għeluq, il-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet finanzjarji u tal-karti tal-bilanċ ta' l-Unjoni, ta' l-istituzzjonijiet tagħha u ta' l-entitajiet iffinanzjati minnha, inkluża d-deċiżjoni dwar liema approprjazzjonijiet għandhom jingħaddu ma' tas-sena ta' wara u s-saldu tal-bilanċi;
- għall-kontoll ta' l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment;
- għall-monitoraġġ ta' l-effettività fl-infiq tat-tipi differenti ta' ffinanzjar Komunitarju fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-Unjoni;
- għall-indagar dwar frodi u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni, għall-miżuri li għandhom bħala skop il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-każijiet, u għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;
- għar-relazzjonijiet mal-Qorti ta' l-Awdituri, għall-ħatra tal-membri tagħha u għall-konsiderazzjoni tar-rapporti tagħha;
- għar-Regolament Finanzjarju għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.