Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-politika ta' l-iżvilupp u l-koperazzjoni ta' l-Unjoni, b'mod partikulari:
    1. id-djalogu politiku mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u fora interparlamentari rilevanti,
    2. l-għajnuna għal u ftehimiet ta' koperazzjoni ma', pajjiżi li qed jiżviluppaw,
    3. il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, ta' l-iggvernar kif xieraq u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
  2. għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim ta' sħubija ACP-UE u għar-relazzjonijiet ma' l-entitajiet rilevanti;
  3. għall-involviment tal-Parlament fil-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet, fejn hu xieraq b'koperazzjoni ma' kumitati u delegazzjonijiet oħra rilevanti.
Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.