Pre?entazzjoni u kompetenzi
Preżentazzjoni u kompetenzi
Kumitat responsabbli:
- għall-politiki ekonomiċi u monetarji ta' l-Unjoni, għall-operat ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u għas-sistema monetarja u finanzjarja Ewropea (inklużi r-relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet rilevanti);
- għall-moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti (pagamenti trans-fruntiera, żona ta' pagament uniku, bilanċ ta' pagamenti, moviment ta' kapital u politika ta' self u tislif, kontroll tal-moviment ta' kapital li ġej minn pajjiżi terzi, miżuri li għandhom bħala skop li jinkoraġġixxu l-esportazzjoni tal-kapital ta' l-Unjoni);
- għas-sistema internazzjonali monetarja u finanzjarja (inklużi r-relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet finanzjarji u monetarji);
- għar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna Statali jew pubblika;
- għad-dispożizzjonijiet fiskali;
- għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' servizzi, istituzzjonijiet u swieq finanzjarji, inkluż ir-rappurtaġġ finanzjarju, il-verifika, ir-regoli dwar il-kontabilità, it-tmexxija ta' kumpaniji u kwistjonijiet oħra marbuta mal-liġi dwar il-kumpaniji u li jikkonċernaw speċifikament is-servizzi finanzjarji.