Pre?entazzjoni u kompetenzi
Preżentazzjoni u kompetenzi
Kumitat responsabbli:
għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni ta' l-Unjoni u mar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tagħha, b'mod partikulari:
- ir-relazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;
- il-miżuri ta' armonizzazzjoni teknika jew ta' standardizzazzjoni teknika f'oqsma koperti minn strumenti ta' dritt internazzjonali;
- ir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u ma' organizzazzjonijiet li jippromwovu integrazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq livell reġjonali barra mill-Unjoni;
- ir-relazzjonijiet ma' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), inkluża d-dimensjoni parlamentari tagħha.
Il-kumitat jikkomunika mad-delegazzjonijiet interparlamentari u ad hoc li huma rilevanti dwar l-aspetti ekonomiċi u kummerċjali tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi .