Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
 
għall-politika reġjonali u ta' koeżjoni, b'mod partikulari:
  1. il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond għall-Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni,
  2. il-valutazzjoni ta' l-effett ta' politiki oħra Ewropej fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,
  3. il-koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali ta' l-Unjoni,
  4. ir-reġjuni u l-gżejjer l-aktar imbiegħda, kif ukoll il-koperazzjoni trans-fruntiera u bejn ir-reġjuni,
  5. ir-relazzjonijiet mal-Kumitat għar-Reġjuni, l-organizzazzjonijiet ta' koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-awtoritajiet reġjonali.
Fil-laqgħa ta' l-14 ta' Diċembru 2006, il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tinkludi d-dimensjoni urbana bħala kompetenza impliċita tal-kumitat. Dan se jiġi ċċarat espliċitament fl-Anness VI bir-reviżjoni li ġejja tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.