Pre?entazzjoni u kompetenzi
Preżentazzjoni u kompetenzi
Kumitat responsabbli:
- għall-kswistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ta' politika komuni għat-trasport ferrovjarju, fuq it-toroq, f'passaġġi ta' l-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru, b'mod partikulari:
- għar-regoli komuni applikabbli għat-trasport fl-Unjoni Ewropea,
- għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta' l-infrastruttura tat-trasport,
- għall-għoti ta' servizzi ta' trasport u għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tat-trasport,
- għas-sigurtà tat-trasport,
- għar-relazzjonijiet ma' entitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trasport;
- għas-servizzi postali;
- għat-turiżmu.