Pre?entazzjoni u kompetenzi
Preżentazzjoni u kompetenzi
Kumitat responsabbli:
- għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta' intergrazzjoni Ewropea, b'mod partikulari fil-qafas tal-preparazzjoni u tal-ħidma tal-konvenzjonijiet u l-konferenzi intergovernattivi;
- għall-implimentazzjoni tat-Trattat tal-UE u għall-evalwazzjoni ta' l-operat tiegħu;
- għall-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati tat-tkabbir ta' l-Unjoni;
- għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, inkluż l-eżami tal-ftehimiet interistituzzjonali skond l-Artikolu 120(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba li jridu jiġu approvati mill-Parlament;
- għall-proċedura elettorali uniformi;
- għall-partiti politiċi fuq livell Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bureau;
- għad-determinazzjoni ta' l-eżistenza ta' ksur gravi u persistenti, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri;
- għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-proposti għal emendi għar-Regoli.