Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-politika ta' l-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali, bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali;
  2. għall-miżuri ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  3. għall-Fond Soċjali Ewropew;
  4. għall-politika tat-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-kwalifiki professjonali;
  5. għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-pensjonanti;
  6. għad-djalogu soċjali;
  7. għall-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol ħlief għad-diskriminazzjoni sesswali;
  8. għar-relazzjonijiet:
-    maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop),
-    mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol,
-    mal-Fondazzjoni Ewropea ghat-Taħriġ,
-    ma' l-Agenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;
-    kif ukoll għar-relazzjonijiet ma' entitajiet oħra rilevanti ta' l-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.