Pre?entazzjoni u kompetenzi

Preżentazzjoni u kompetenzi

Kumitat responsabbli:
  1. għall-koordinazzjoni fuq livell Komunitarju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-suq intern u ta' l-Unjoni doganali, b'mod partikulari:
    1. il-moviment ħieles tal-merkanzija, inkluża l-armonizzazzjoni ta' l-istandards tekniċi,
    2. id-dritt li wieħed jiftaħ negozju jew jagħti servizz,
    3. il-libertà ta' l-għoti ta' servizzi, ħlief fis-settur finanzjarju u fis-settur postali;
  2. għall-miżuri li għandhom bħala skop l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' affarijiet li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-operat tas-suq intern;
  3. għall-promozzjoni u l-ħarsien ta' l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, ħlief għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà ta' l-ikel, fil-kuntest tat-twaqqif tas-suq intern.